Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru dwar ftuħ ta’ representations barra minn Malta għat-tliet snin li ġejjin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa ħabbart Malta ser tibda l-preparamenti sabiex tiftah Kummissjoni Għolja gewwa l-Ghana. Rigward rappreżentanzi oħra għat-tliet snin li ġejjin, ser nibqgħu miftuha għal kull opportunita' u kull żvilupp fix-xena internazzjonali li jista' jagħti lok għal ftuh ta' rappreżentanzi oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjiegi fis-settur tar-remote gaming minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella t'hawn taħt .
Employment
(FTE jobs)
2014
2015
2016
2017
% change
As of December
As of June
As of December
As of June
As of December
As of June
Dec 2014
vs
June 2017
Remote
3,102
3,318
3,908
5,295
5,327
5,542
79%
Land-based
622
597
799
855
866
865
39%
Total
3,724
3,915
4,707
6,150
6,193
6,407
72%
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn rapport imħejji mill-Malta Gaming Authority, huwa stmat li meta wieħed jikkalkula wkoll l-ammont ta’ impjiegi indiretti relatati mal-industrija din il-figura titla għal madwar 9,000.
Kumpaniji fir-remote gaming li kabru l-operat tagħhom
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji stabbiliti fir-remote gaming qabel Marzu 2013, kabbru l-operat tagħhom hawn Malta f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Malta dwar il-Loghob ma tiġborx informazzjoni dwar kumpaniji individwali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix studju li jevalwa l-impatt tal-industrija tar-remote gaming fuq is-settur tal-kirjiet privati u residenzjali u fuq is-settur tad-divertiment?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-impatt tal-industrija tar-remote gaming fuq is-settur tal-kirjiet qed jiġi kkunsidrat flimkien ma’ setturi ohra fix-xogħol li qed isir fuq il-white paper dwar il-kirijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu maħluqa units tal-housing fl-erba’ snin li ġejjin bil-ħidma tal-Gvern u f’liema lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Gvern beda bil-ħidma tiegħu sabiex jibni binijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali sabiex tkun indirizzata l-problema ta’ allokazzjonijiet. Matul l-2017, Il-Housing Projects Management Unit beda bl-iskavar f’numru ta’ siti ppjanati għal proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali. Dan l-investiment ser ikun qiegħed jaħseb għal 684 unit ta’ akkomodazzjoni soċjali; fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt:
· Triq il-Għenba Attard – 8
units
· Tas-Sisla B’Kara – 73 -il
unit
· Helen’s Gate Cospicua – 65 -il
unit
· Triq il-Lewżiet, Kirkop A – 19 -il
unit
· Triq Salvu Sacco, Kirkop B – 18- il
unit
· Triq tal-Fieres, Kirkop C – 8
units
· Triq tal- Fieres, Kirkop D – 8
units
· Ħal-Farruġ, Luqa – 182 -il
unit
· Valley Road, Msida – 102
units
· Triq it-Tuffieħ, Naxxar – 12-il
unit
· Triq N. Mifsud, Qrendi A – 24 -il
unit
· Triq N. Sammut, Qrendi B – 26 -il
unit
· Triq Nikol Zammit, Siġġiewi – 84-il
unit
· Triq l-Indipendenza, Ħaż-Żebbuġ A – 20 -il
unit
· Triq il-Qolla, Ħaż-Żebbuġ B – 8
units
· Triq Ciantar, Żurrieq – 27-il
unit
Ħ’Attard, Ħal-Lija, Ħal Balzan, San Ġwann, Għargħur, l-Imsida, Birkirkara, u s-Swatar – xogħlijiet fuq toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru fuq it-toroq f’dawn il-lokalitajiet; Ħ’Attard, Ħal-Lija, Ħal Balzan, San Ġwann, Għargħur, l-Imsida u Birkirkara, inkluż is-Swatar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
L-Imsida, Birkirkara (inkluż is-Swatar) u San Ġwann – proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett tal-akkomodazzjoni soċjali maħsub għal-lokalitajiet tal-Imsida, Birkirkara, inkluż is-Swatar u San Ġwann?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-proġett għall-akkomadozzjoni soċjali li l-Gvern diġa’ beda jaħdem fuqu f’diversi lokalitajiet, jinkludi wkoll bini ta’ appartamenti fl-Imsida u Birkirkara.
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-kirjiet ta’ fondi kummerċjali, inkluż dawk li skont il-Kodiċi Ċivili se jagħlqu din is-sena, hux se jkunu jagħmlu parti mill-White Paper li se tkun imnedija mill-istess Ministeru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-White Paper dwar il-kera, ser tkun qiegħda tindirizza kirjiet residenzjali iżda teskludi kera ta’ proprjeta’ għal skopijiet kummerċjali u turistiċi.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx policy dwar kif jingħataw fondi lill-għaqdiet volontarji jew jeżistux xi rekwiżiti? Jekk teżisti tali policy jew rekwiżiti jista’ l-Ministru jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-policy dwar kif jingħataw fondi lill-għaqdiet volontarji toħroġ mill-istess Att dwar is-Settur tal-Volontarjat tal-2007 illi jistabbilixxi illi l-għaqdiet volontarji jridu jkunu reġistrati u konformi mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi indirizzati għall-istess settur. Apparti dan kull fond ikollu l-linji gwida u l-kriterji ta’ eliġibilità partikolari tiegħu.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-fondi kollha li ngħataw lill-Għaqdiet Volontarji fis-sena 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi t-tliet skemi li minnhom ingħataw fondi lill-Għaqdiet Volontarji fis-sena 2017, fl-ewwel parti taħt il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili u tkomplew taħt dan il-Ministeru u amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, huma l-Voluntary Organisations Projects Scheme, is-Small Initiatives Support Scheme u s-Civil Society Fund. Id-dettalji tal-fondi kollha li ngħataw qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Twaqqif ta’ Regolatur li jirregola kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet minn konċessjonijiet sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Regolatur imsemmi f’Avviż Legali li jirregola l-Kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet minn konċessjonijiet sportivi hux imwaqqaf u min hu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Iva, il-Kummissjoni għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi twaqqfet u ċ-Chairperson huwa Dr David Farrugia Sacco.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn l-Awtorità dwar il-Mediċini ma weġbitx ittri mibgħuta lilha mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew inkella twieġeb tali mistoqsija tramite l-preżenti mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Mediċina bagħtet risposta lill-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament.
Ship Management Offices – reġistrazzjoni ta’ bastimenti
Question
Jista’ l-Ministru jispjega xi sforzi qed isiru min-naħa tal-entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex f’Malta mhux biss jiġu r-reġistrazzjoni tal-bastimenti, però f’pajjiżna jiġu stabbiliti wkoll Ship Management Offices?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa mpenjat li jkompli jibni u jikkonsolida l-qasam marittimu. Huwa għalhekk li qed jikkonsidra jdaħħal diversi mizuri li jattiraw kumpaniji tal-immaniġjar tal-bastimenti biex jiftħu ufficini f’Malta. Minbarra li d-deċiżjoni rigward t-Tonnage Tax li ġiet approvata mill-Unjoni Ewropeja ix-xahar li għadda u li tinkludi inċentivi fiskali għal dawn it-tip ta’ kumpaniji, il-Gvern, permezz ta’ Transport Malta, qiegħed ukoll jizviluppa qafas legali li jintroduċi benefiċċji għall-ħaddiema ta’ dawn il-kumpaniji biex hekk ikun aktar faċli u attraenti li dawn jiftħu uffiċini f’Malta. Barra minn hekk, bħalissa għaddej xogħol fuq l-iżvilupp ta’ strateġija biex jkunu attirati aktar żagħżagħ lejn dan il-qasam tant importanti għall-ekonomija Maltija. Fost il-mizuri li qed jiġu kkunsidrati hemm it-twaqqif ta’akkademja marittima li taħseb għall-ħtiġijiet attwali u futuri ta’ din l-industrija, partikolarment kumpaniji tal-immaniġjar tal-bastimenti. Hu meħtieġ li noffru ‘one stop shop’ għall-edukazzjoni marittima li tinkludi kemm it-taħriġ vokazzjonali, bħal baħħara fuq bastimenti merkantili kif ukoll lawrji universitarji u diplomi. B’hekk ikun zgurat li dawn il-kumpaniji jsibu il-ħiliet meħtieġa meta jistabilixxu uffiċini fil-pajjiż.
Ta’min wieħed isemmi li sal-lum il-ġurnata għandna diġa mas-sitt kumpaniji tal-immaniġjar tal-bastimenti li fetħu uffiċju f’Malta u fil-jiem li ġejjin ser inkunu qed ninawguraw uffiċju ieħor. Wieħed irid ukoll isemmi li dawn l-inizjattivi, kollha ġew xprunati minn diskussjonijiet li Transport Malta kellha mal-kumpaniji li diġa stabilixxew uffiċju f’Malta. Ninsab ukoll infurmat li hemm diversi diskussjonijiet ma’ kumpaniji oħra li qed jikkunsidraw jistabbilixxu uffiċju f’Malta.
Jista’ l-Ministru jispjega kif ġiet riżolta l-kwistjoni tat-tonnage tax mal-Kummissjoni Ewropea u x’vantaġġi ħa pajjiżna mill-fatt li ġiet riżolta din il-kwistjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara sitt snin ta’ diskussjonijiet mal-Kummisjoni Ewropeja, l-Gvern irnexxielu jikseb riżultat pożittiv ħafna għall-industrija marittima Maltija – rizultat li permezz tiegħu nistgħu nixprunaw l-futur tal-qasam marittimu Malti. Il-Gvern, permezz ta’din id-deċiżjoni, irnexxielu jneħħi l-incertezza li kien hemm fl-industrija marittima għal dawn l-aħħar sitt snin u jpoġġi lil Malta bħala waħda mill-ewwel ġurisdizzjonijiet li għandhom sistema approvata mid-Direttorat tal-Kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropeja u għalhekk ser jintuza bħala mudell għal sistemi ohra li ser jiġu kkunsidrati mill-Unjoni Ewropeja fil-futur.
Dan ir-rizultat ser iġib diversi vantaġġi għall-pajjiż. L-aktar ħaġa mportanti hija li r-reputazzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni marittima ser tissaħħah aktar u ninsabu kunfidenti li l-operaturi ser jikkunsidraw aktar lil pajjizna. Permezz ta’din id-deċiżjoni, Malta ser tkun f’pozizzjoni aktar b’saħħitha biex tattira kumpaniji tal-immaniġjar tal-bastimenti merkantili (shipmanagement). Barra minn hekk, għall-ewwel darba, d-deċiżjoni aċċettat li jottijiet lussużi li jintużaw kummerċjalment jistgħu jibbenefikaw mis-sistema tat-Tonnage Tax. Id-deċiżjoni toffri wkoll vantaġġi għal vapuri tal-passiġġieri u għalhekk Malta ser tkun f’pożizzjoni favorevoli ħafna biex tattira dan it -tip ta‘ operat.
L-istabbilita’ li s-sistema Maltija ser tkun qed toffri ser tkompli żżid is-serħan fil-moħħ tal-operaturi li ser ikunu qed joperaw taħt sistema li hija approvata mill-Unjoni Ewropeja. Tajjeb li wieħed jgħid li din id-deċizjoni bagħtet ukoll messaġġ b’saħħtu f’setturi oħra, inkluż dak finanzjarju. Fi kliem il-Kummissjoni, Malta topera sistema ta’ ring fencing robust ħafna u għalhekk tassigura li ma jkunx hemm evażjoni tat-taxxa.
Remotely Piloted Aircraft u Drones — regolamentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tidħol ir-regolamentazzjoni tar-Remotely Piloted Aircraft (RPA) jew drones?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, Transport Malta qed taħdem fuq abbozz ta’ liġi għar-regolamentazzjoni tad-drones,liema dettalji mistennija jitħabbru fil-futur qarib.
Jista’ l-Ministru jispjega liema kienet l-aħjar sena mill-2011 s’issa għal dak li huwa reġistrar fis-settur tar-reġistrazzjoni tal-opri tal-ajru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul dawn l-aħħar ftit snin kien hemm tkabbir sostanzjali fir-reġistru tal-ajruplani, bl-aħjar sena reġistrata s’issa tkun dik tal-2015 fejn ġew reġistrati 61 ajruplan, li minnhom 57 kienu ajruplani kbar. Fl-istess sena it-total t’ajruplani fuq ir-reġistru Malti kien ilaħħaq 213 filwaqt li sal-aħħar tas-sena 2017 kien hemm total ta’ 265 ajruplan reġistrat.
Iż-żewġ tabelli hawn taħt juru l-andament tar-reġistrazzjonijiet t’ajruplani f’dawn l-aħħar snin.
Number of Aircrafts Registered Per Year 2011 - 2017
Year
Total No of Registrations
Large Aircraft
Light Aircraft
Micro Lights
2011
18
12
6
0
2012
36
20
14
2
2013
35
31
4
0
2014
47
45
1
1
2015
61
57
3
1
2016
52
48
3
1
2017
46
46
7
1
Number of Aircrafts on the Malta Aircraft Register
Year
New Registrations
De Registrations
Total
2011
18
-9
103
2012
36
-11
128
2013
35
-8
155
2014
47
-29
174
2015
61
-22
213
2016
52
-22
243
2017
46
-24
265
2018
3
0
268
Jista’ l-Ministru jispjega xi standing għandu r-reġistru tal-bastimenti merkantili fuq livell Ewropew, kif ukoll dinji?
Response (BORG, IAN)
Bi pjaċir ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Reġistru tal-Bastimenti Merkantili ta’ Malta fl-aħħar sena kompla jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala l-akbar reġistru fl-Unjoni Ewropeja u s-sitt l-akbar fid-dinja. Hawn ta’ min jgħid li grazzi għall-kooperazzjoni li dejjem sibna mill-industrija u l-ħidma sfiqa ta’ Transport Malta r-reġistru mhux biss irreġistra żieda ta’ tmienja (8%) fil-mija fuq is-sena li għaddiet, imma kompla jattira tunnellaġġ ta’ kwalita. Ilum ir-Reġistru Malti qed ikun imfittex minn operaturi ta’ kwalita.
Ir-Reġistru Malti kompla wkoll jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu fis settur tal-jottijiet lussużi fejn is sena l-oħra ġiet reġistrata żieda ta’ kważi għoxrin (20%) fil-mija fuq is-sena ta’qabel. Dan huwa rekord ġdid għar-Reġistru Malti.
Birkirkara — Spezzjonijiet biex jiġi aċċertat li ma ssirx attività illegali
Question
Dwar il-permess li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (a) li jittratta skavar ta’ ġibjun fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (b) u dwar il-permess li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (c) li jawtorizza diagnostic service & electrical repairs only, hekk kif ġie rilevat diversi drabi minn sidien li jgħixu fiż-żona, anke permezz ta’ ittri legali mibgħuta għan-nom tagħhom, saret u għadha ssir attività relatata ma’ dik ta’ mechanic li m’għandha x’taqsam xejn mal-permess indikat. Dan ifisser li skont l-istess ġirien qiegħed isir xogħol mekkaniku (mhux elettroniku) fuq bażi regolari, ġeneralment wara nofsinhar, fejn numru ta’ karozzi jitħallew għand sid il-garage sabiex jissewwew, ħafna drabi bil-bieb magħluq fejn isir ħafna storbju. Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dan ir-rigward min-naħa tal-MEPA in kwantu spezzjonijiet sabiex jiġi aċċertat li ebda attività illegali ma qiegħda ssir fl-imsemmi fond? Kemm–il spezzjoni saret? Meta u x’ħin saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn diversi spezzjonijiet li saru matul ħinijiet differenti tal-ġurnata fil-fond imsemmi, ma jirrizultax lill-Awtorità li qed isir xogħol ta’ mechanic iżda xogħol relatat mal-permess maħruġ