Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Far - Żona Industrijali - Triq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni preċiża dwar meta ser tinfetaħ it-triq tant meħtieġa fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far fejn hemm spazji diġà allokati lill-imprendituri mill-INDIS Malta Limited?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant jippriċiża għall-liema triq qiegħed jirreferi.

Reklamazzjoni tal-art - Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk apparti l-proġett ta’ reklamazzjoni tal-art fiż-żona tal-Freeport li ssemma fid-diskors tal-Baġit mill-Ministru għall-Finanzi, xi proġetti għandu l-Gvern biex fix-xhur li ġejjin ivara proġetti ta’ ‘land reclamation’ f’pajjiżna li dwarhom diġà sar ħafna xogħol?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Kif ġie mħabbar fil-baġit fix xhur li ġejjin ħa jitniegħda process ta konsultazzjoni ghal Progett tal land reclamation lil hinn mill-Freeport. Ninforma lil Onor interpellant li bħalissa diġà ghaddej progett ta land reclamation ġewwa l Freeport.

Airbnb - Special Designated Areas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk jikkonsidrax li jkun hawn ‘Special Designated Areas’ f’Malta u Għawdex li fihom biss tista’ ssir akkomodazzjoni turistika tat-tip Airbnb?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-liġi tal-akkommodazzjoni li qed tiġi proposta u li ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika, hemm proposta li tħalli lill-Gvern li jkun jista’ joħloq kundizzjonijiet partikolari f’zoni jew lokalitajiet speċifiċi.

Airbnb - Regolarizzazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li b’xi mod wieħed jirregola l-akkomodazzjoni tat-tip Airbnb f’pajjiżna?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha kemm ġiet ippubblikata proposta ta’ liġi sabiex tirregola l-akkomodazzjoni ta’ kull tip, kemm dik kollettiva kif ukoll dik privata. Din il-proposta ta’ liġi tinkludi regolamenti speċifiċi li jindirizzaw din it-tipoloġija ta’ akkomodazzjoni privata. F’dan l-istadju, il-liġi proposta ġiet ippubblikata u tinsab għal konsultazzjoni pubblika. Il-Ministeru mhux biss ippropona liġi u regolamenti ġodda, iżda qed iħejji wkoll sabiex jiġu implimentati żewġ proġetti pilota f’żewġ lokalitajiet speċifiċi, sabiex ikunu jistgħu jiġu ndirizzati uħud mill-effetti li jħallu dawn it-tipi ta’ akkomodazzjoni.

Turisti ‘inbound’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm mit-turisti ‘inbound’ qed joqogħdu f’akkomodazzjoni tat-tip ‘Airbnb’ mis-sena 2021 'il quddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-akkomodazzjoni jiġi klassifikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Għandu jiġi nnutat li ‘Airbnb’ mhix tip ta’ akkomodazzjoni, iżda pjattaforma li permezz tagħha t-turisti jistgħu jagħżlu l-akkomodazzjoni tagħhom, li ġeneralment taqa’ fil-kategorija ta’ ‘other rented’ kif muri fit-tabella. Fl-2024, tletin fil-mija (30%) tat-turisti għażlu din it-tip ta’ akkomodazzjoni, u tendenzi riċenti juru li dan il-perċentwal qed jiżdied. Inbound Tourists by Type of Accommodation 2021 2022 2023 2024 Rented accommodation 824,270 2,017,112 2,667,173 3,245,037 Collective 623,186 1,452,452 1,867,997 2,174,146 Other rented 201,084 564,660 799,176 1,070,892 Non-rented accommodation 143,866 269,485 314,303 318,581 Total 968,136 2,286,597 2,981,476 3,563,618 Share of tourists staying in 'other rented accommodation' 20.8% 24.7% 26.8% 30.1% Source: NSO Note: Other rented accommodation comprises holiday furnished premises (farmhouses, flats and villas), host families, marinas, paid-convents, rented yachts and student dormitories.

Tursiti - Length of stay

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienet il-‘length of stay’ tat-turisti mis-sena 2015 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt. Din turi l-medja ta’ ljieli tat-turisti li żaru Malta bejn is-sena 2015 u s-sena 2024. Wieħed jinnota li matul dan il-perjodu, il-medja ta’ ljieli naqset b’mod gradwali, minn 7.9 iljieli fl-2015 għal 6.4 iljieli fl-2024. Average Length of Stay 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 2024 January 8.1 7.7 7.1 6.8 7.1 6.3 13.8 9.7 7.6 5.9 February 7.1 7.2 6.5 6.1 6.2 5.8 12.4 8.0 6.2 6.0 March 7.1 6.9 6.1 6.5 6.4 5.9 14.9 6.7 6.1 5.8 April 6.7 6.6 6.3 6.3 6.2 n/a 17.2 6.2 6.1 5.5 May 6.8 6.6 6.6 6.6 6.3 n/a 10.9 6.1 5.9 5.8 June 7.4 7.5 7.0 7.1 6.9 n/a 9.1 6.5 6.6 6.6 July 9.0 8.6 8.4 8.2 7.9 12.2 9.2 8.3 7.8 7.2 August 9.6 9.4 9.0 8.7 8.6 9.4 8.6 8.2 7.8 7.4 September 8.4 7.9 7.8 7.5 7.3 9.3 7.9 8.0 7.2 6.9 October 7.6 7.2 6.8 6.7 6.7 8.6 7.6 6.6 6.6 6.2 November 7.4 6.8 6.3 6.3 6.3 14.3 6.9 6.9 6.4 6.5 December 8.4 7.1 7.2 7.2 6.9 17.6 10.2 7.1 6.7 6.3 Total 7.9 7.6 7.3 7.1 7.0 7.9 8.7 7.3 6.8 6.4 Source:NSO

Bed stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm prospetti li jiżdied il-‘bed stock’ f’pajjiżna mis-sena 2026 sas-sena 2029?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 24451. Ninfurmah li tbassir fuq akkommodazzjoni turistika fuq numru ta’ snin futuri jista’ jkun prematur anke fid-dawl ta’ tibdil li l-Gvern qed iħabbar fir-regolamenti tal-akkommodazzjoni turistika f’dawn il-ġranet.

Numru ta’ sodod turistiċi f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm sodod turistiċi bħalissa, u jaqsam din l-informazzjoni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod turistiċi għal Malta u Għawdex sa Ottubru 2025 huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt: Licences - October 2025 (Accommodation) Malta total premises total bedrooms total beds Guest Houses 197 2439 4948 Hostels 37 723 2526 Hotels 170 19300 39599 Tourist Village 1 186 738 Holiday Furnished Premises 6094 12350 23576 Host Families 1272 2082 3683 Gozo total premises total bedrooms total beds Guest Houses 31 375 769 Hostels 2 18 34 Hotels 19 824 1638 Holiday Furnished Premises 1522 4070 8160 Host Families 182 422 633

Tribunal Speċjali għall-Ukraina - Ġudikanti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30452, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk f’dan l-istadju ġietx diskussa l-kompożizzjoni tal-Ġudikanti tat-Tribunal Speċjali għall-Ukraina u l-metodu ta’ kif dawn ser jinħatru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal ser ikunu magħmul minn 3 Kmamar b’formazzjonijiet differenti: (a) Imħallef wieħed bħala l-Imħallef ta' Qabel il-Proċess (Pre-Trial Judge); (b) tliet Imħallfin f'Kamra tal-Proċess (Trial Chamber); (c) ħames Imħallfin f'Kamra tal-Appell (Appeals Chamber). Il-Membri u l-Membri Assoċjati tal-Management Committee tal-Enlarged Partial Agreement ser ikunu jistgħu jipproponu kandidati għar-roster tal-Imħallfin, liema roster se tkun magħmula minn 15-il Imħallef. Se jkun hemm Bord konsultattiv indipendenti li ser jirrakkomanda lill-Management Committee l-aktar kandidati adattati għal din ir-roster. Sussegwentement, il-Management Committee ser teleġġi l-Imħallfin li ser jitqiegħdu fuq ir-roster b'vot sigriet, b'maġġoranza assoluta u għal perjodu ta' disa' snin.

MTA - Avukati impjegati full-time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx avukati impjegati full-time mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jekk huwa l-każ, jagħti lista ta’ min huma?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandha żewġ impjegati full-time li huma avukati. Dawn huma Marc Sant impjegat bħala Senior Manager Legal u David Mifsud li huwa Direttur.

PC Applications

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie approvat bħala PC Applications marbuta ma’ artijiet li b’mod speċifiku daħlu fl-iskema matul is-sena 2006? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm pendenti li għadhom mhux approvati u jindika n-numru u l-lokalità ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 139 PC Application li 77 minnhom kienu għal bdil fil-linja tal-bini.  7 minn dawn ġew sottomessi qabel l-approvazjoni tar- Rationalisation of Development Boundaries fis-26 ta’ Lulju 2006. 62 applikazjoni oħra kienu għal bdil fiż- Zoning. Fil-5 ta’ Novembru 2025, kien hemm 26 applikazzjoni pendenti, u qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-numri f’kull Kunsill Lokali.

Bed stock - Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet dwar ‘bed stock’ turistiku f’pajjiżna mis-sena 2025 'il quddiem?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mil-bidu ta’ Jannar 2025 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat tnejn u disgħin applikazzjoni għal estensjonijiet jew żviluppi ġodda, li ser joħolqu żieda ta’ bedstock turistku, għal użi li jaqgħu fis-segwenti klassijiet ta’ żvilupp, kif kategorizzati fl-iskeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.15: KLASSI 3A - Guest Houses , Palazzini , Akkomodazzjoni - għal Turiżmu Boutique , Hostels KLASSI 3B – Hotels - Użu għal lukanda Dawn ma jinkludux djar residenzjali li jintużaw biex fihom joqogħodu anke it-turisti.

L-Awtorità tal-Ippjanar - Bed stock - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u mhux approvati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżdied il-‘bed stock’ f’pajjiżna u jaqsam din l-informazzjoni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazjoni mitluba ma tinġabarx u ma tinżamx mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Vittmi ta’ inġustizzji - Fond speċifiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31180 u jgħid jekk hemmx xi fond speċifiku għall-vittmi ta’ inġustizzji sia politiċi u sia ta’ xort’oħra, liema vittmi jkunu wkoll fl-impossibbilità fattwali, legali jew xort’oħra li jiġbru danni mill-persuna jew persuni li jkunu kkaġunawlhom tali danni skont il-liġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interprellant, illi kif ben konsapevoli, talbiet għal kumpens relatati ma’ inġustizzji li ma jaqgħux taħt skemi jew liġijiet uffiċjali, jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu kkunsidrati għal kumpens ex gratia bl-approvazzjoni tal-Kabinett. Ma jeżistix fond dedikat għal dan il-kumpens, u kwalunkwe allokazzjoni finanzjarja trid issir ad hoc mill-Ministeru tal-Finanzi. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Ombudsman jista’ jkollu kompetenza f’dawn il-każijiet, partikolarment meta l-inġustizzja tirrigwarda l-operat ta’ entità pubblika.

Public Liability Insurances/Professional Indemnity Insurances - Vittmi li jsofru danni kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31585 u jgħid jekk fir-rigward ta’ ‘Public Liability Insurances’ jew ‘Professional Indemnity Insurances’ in ġenerali, għandux intenzjoni jew hux qed jaħdem attwalment fuq qafas leġislattiv dwar vittmi li jsofru danni kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra, jew f’każ ta’ terzi li jfittxu professjonisti in konnessjoni max-xogħol tagħhom b’mod li t-terzi jkunu jistgħu jinnegozjaw jew eventwalment jipproċedu direttament kontra l-assikurazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta għall-interpellanza numru 31888, peress illi s-sitwazzjoni legali hija simili u l-oqsma ta’ assikurazzjoni li tirreferi għalihom din l-interpellanza ukoll m’ humiex regolati bid-dritt Ewropew in kwantu għall-azzjoni diretta.

Assikurazzjonijiet - Impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol - Dritt ta’ ‘direct action’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31584 u jgħid jekk hux qed jaħdem fuq qafas leġislattiv ġdid jew jekk hux opportun li jiddaħlu emendi dwar il-possibilità li jiġi introdott b’mod ċar id-dritt ta’ ‘direct action’ favur l-impjegati u l-ħaddiema, direttament kontra l-assikurazzjonijiet li jipprovdu kopertura lill-‘employers’ fir-rigward ta’ ‘claims’ għal danni jew ġrieħi minn impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol simili għal dak li hu provdut fl-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni, Kap. 104 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’mod li min iweġġa’ jkun jista’ jinnegozja jew eventwalment jipproċedi direttament kontra l-kumpanija tal-assikurazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-qasam tal-assikurazzjoni kontra korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa legalment distint minn dak tal-assikurazzjoni tal-vetturi bil-mutur u mhux regolat mid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt tal-azzjoni diretta f’dan il-qasam jeżisti biss f’numru limitat ta’ Stati Membri,u f’ċerti każijiet speċifiċi. Nassigura ukoll lill-Onorevoli Interprellant, illi bħala Gvern nibqgħu miftuħin li jiġi kkunsidrat l-introduzzjoni ta’ dan id-dritt u dan wara konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet kollha ikkonċernati.

Maġistrati - Status u kundizzjonijie

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħax konjizzjoni ta’ dak li qal il-Prim’ Imħallef u ta’ dak li kien hemm reċentement fid-dominju pubbliku sabiex il-Maġistrati jingħataw l-istess status bħala salarju, benefiċċji u protokoll bħall-Imħallfin u jekk hux qed jaħdem f’din id-direzzjoni sabiex din id-distinzjoni ta’ bejn Maġistrat u Imħallef titneħħa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern jieħu konjizzjoni tal-proposti pubbliċi tas-Sinjorija tiegħu l-Prim Imħallef, u nibqu’ miftuħa għal kull proposta li tista’ tkompli saħħaħ il-Korp tal-Ġudikatura f’pajjiżna.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Acknowledgements ta’ ittri mibgħuta minn ċittadini

Question

Jista’ l-Prim Ministru, senjatament is-Segretarju Permanenti Ewlieni, jgħid jekk għadhiex teżisti l-prassi li meta ċittadin jibgħat ittra lill-Ministru, Segretarju Permanenti jew Uffiċjal Għoli ieħor tal-Gvern, dan jirċievi ‘acknowledgment’ tal-ittra tiegħu fi żmien raġonevoli?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Direttivi tas-Servizz Pubbliku huma kollha aċċessibbli permezz tal-portal uffiċċjali https://publicservices.gov.mt/en/people/Pages/Directives.aspx Għar-rigward ta’ dak li qed jistaqsi dwaru l-Interpellant, dan hu regolat minn Direttiva 4.2 tas-Servizz Pubbliku, li tinsab aċċessibbli għall-pubbliku kif spjegajt diġa u li kopja tagħha qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residual Balances Fund - Każ ta’ bank

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont lill-Kamra fiex wasal l-inkariku tar-Residual Balances Fund stabbilit permezz tal-Att dwar il-Fond għall-Bilanċi Residwi, Att XLVIII tas-sena 2020 fejn jidħol il-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll: i.            Min huma l-membri kollha tal-Kumitat tal-Fond, involuti f’dan il-proċess? ii.            Min huma l-konsulenti legali li qed jassistu lil dan il-Fond f’tali proċess? iii.            Jekk il-‘claims’ ta’ persuni versu dan il-bank humiex qed jiġu pproċessati? iv.            Jekk hemmx terminu stabbilit li fih għandu jiġi tterminat tali inkariku?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi - Il-membri tal-Kumitat tal-Fond u r-rwoli tagħhom huma skond it-tabella hawn taħt: Persuna Rwol Ms. Stephanie Mifsud Chairperson Mr. Frans Camilleri Membru Dr. Michele Magro Membru Il-Fond bħalissa m’għandux konsulenti legali involuti direttament fil-proċess tar-rilaxx tal-fondi, iżda dalwaqt se jiġi ppubblikat proċess kompetittiv ta’ offerti ( tender ) biex tiġi ingaġġata assistenza esperta. Il-konsulenti legali ġenerali tal-Fond huma Fenech & Fenech Advocates. Id- deposit liability transfer instrument ġie ippublikat mill-MFSA fit-18 ta’ Settembru 2025. Din hi id-data meta l-MFSA ordnat lil Kontrollur ta’ Sata Bank jittrasferixxi porzjon tad-depożiti lir- Residual Balances Fund .  Il-Fond bħalissa qed iħejji l-proċess biex jinnotifika lid-depożitaturi pendenti kollha kif stabbilit mil-liġi, u qed jimplimenta l-qafas ta’ compliance u due diligence dovuta kif previst mil-liġi. Huwa ċċarat ukoll li d- deposit liability transfer instrument assenja biss depożitanti b'ammonti ta' depożiti li jaqbżu t-€30,000 lill-Fond. Il-bqija tad-depożitanti u l-ammonti tad-depożiti li jifdal baqgħu mal-bank, u d-distribuzzjoni ta’ dawk il-flejjes qed issir mill-Kontrollur ta’ Sata Bank. Ir- Residual Balances Fund Act jikkontempla li id-depo ż itanti iridu jissotomettu applikazjoni kompluta fejn jitolbu id-depo ż iti taghhom u l-fondi iridu jkunu rilaxxati fi ż mien tlett (3) snin mid-data ta trasferiment ġ ifieri mit-18 ta’ Settembru 2025. Dan wara li jkunu saru il-verifici me ħ tie ġ a ta’ compliance u due diligence skond l-Att u ir-regolamenti .

Yerevan, Armenia - Rappreżentanza Maltija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx konsulat jew uffiċċju ta’ konslu sabiex jirrappreżenta l-interessi ta’ Malta fil-Yerevan fl-Armenia?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha Konsolat Onorarju f’Yerevan, l-Armenja. Il-Konsolat Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta f’Yerevan jirrapreżenta l-interessi ta’ Malta - fil-fini tad-doveri tiegħu - b’ġurisdizzjoni fuq ir-Repubblika tal-Armenja. Il-Konslu Onorarju ta’ Malta għall-Armenja huwa s-Sur Artur Aleksayan. Apparti minn hekk, Malta għandha wkoll Ambaxxatur mhux residenti għall-Armenja, l-E.T. Giovanni Miceli.