Legislature:
Category:
Reset
Active:

Road Checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru road checks matul din is-sena mill-entitajiet li jagħmlu parti mill-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u t-30 ta’ Lulju 2025, il-Korp tal-Pulizija wettaq 2,116 kontroll tat-traffiku (road checks) madwar il-gżejjer Maltin. Dawn il-kontrolli saru f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, u ġew imwettqa mill-Pulizija tad-distretti rispettivi, kif ukoll minn taqsimiet oħra tal-Korp, b’assistenza mill-Forzi Armati ta’ Malta f’ċerti każijiet. Minn naħa tagħha, l-Aġenzija LESA infurmat li matul l-istess perjodu ġew organizzati l-fuq minn 50 spezzjoni (roadside inspections), dan apparti minn servizz kontinwu ta’ rondi u spezzjonijiet oħra li jsiru 24 siegħa kuljum.

Immigranti irregolari li waslu bil-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti irregolari bil-baħar u kemm persuni ġew ritornati għax ma jikkwalifikawx għall-ażil, għall-perjodu bejn l-2013 u l-2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali. Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar. Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti. Twaqqaf ukoll Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna. Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija. Dan wassal sabiex f’ħames snin, il-wasliet irregolari bil-baħar naqsu b’93%, meta wieħed iqabbel is-sena 2024 mas-sena 2019. Nitlob lill-Onorevoli interpellant tirreferi għal mistoqsija 26115. Matul is-sena 2024 il-wasliet irregolari bil-baħar kienu ta’ 238 persuna u fl-istess perjodu ġew irritornati 162 persuna lejn il-pajjiż tal-oriġinu għaliex ma kienux jikwalifikaw għall-ażil, filwaqt li fis-sena 2025 il-wasliet irregolari bil-baħar jammontaw għal 28 persuna u fl-istess perjodu ġew irritornati 45 persuna lejn il-pajjiż tal-oriġinu għaliex ma kienux jikwalifikaw għall-ażil.

Omiċidji volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji volontarji mis-sena 2003 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ omiċidji volontarji li seħħew mis-sena 2003 sas-6 ta’ Mejju 2025 huwa hekk kif ġej: Każijiet ta’ Omiċidji – 2003 sas-6 ta’ Mejju 2025 Numru ta’ ka ż ijiet Status Sena Solvuti Mhux solvuti 2003 0 0 0 2004 7 7 0 2005 4 4 0 2006 0 0 0 2007 4 3 1 2008 7 4 3 2009 4 3 1 2010 4 3 1 2011 3 3 0 2012 10 7 3 2013 6 4 2 2014 6 2 4 2015 4 2 2 2016 5 3 2 2017 9 5 4 2018 6 6 0 2019 3 3 0 2020 6 6 0 2021 2 2 0 2022 8 8 0 2023 3 3 0 2024 5 5 0 2025 0 0 0

AFM — Fondi allokati għal taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi allokati għal taħriġ fil-Forzi Armati ta' Malta (AFM) mis-sena 2010 sas-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-fondi allokati għal taħriġ fil-Forzi Armati ta' Malta (AFM) mis-sena 2010 sas-sena 2024 huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dan juri kemm bħala Gvern qegħdin ninvestu f’Korpi Dixxiplinati dejjem aktar imħarrġa. Year Budget allocated to AFM Training 2010 €135,000 2011 €340,000 2012 €340,000 2013 €340,000 2014 €340,000 2015 €340,000 2016 €430,000 2017 €630,000 2018 €900,000 2019 €1,100,000 2020 €1,400,000 2021 €1,400,000 2022 €1,400,000 2023 €1,400,000 2024 €1,800,000

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23553 tal-Leġiżlatura XIII dwar persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament taċ-ċifri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li b’żieda mal-informazzjoni provduta f’mistoqsija parlamentari 23553 tal-Leġiżlatura XIII, infurmat li bejn is-sena 2022 u 2025, kien hemm każ wieħed ta‘ suwiċidju. Wieħed irid jiftakar li wara kull numru hemm persuni u familja. Kien għalhekk li fil-ħabs ittieħdu miżuri bla preċedent favur riabilitazzjoni u għajnuna medika.

Awtorità tal-Artijiet – Ċens temporanju u ċens perpetwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet fl-2022, 2023 u 2024 lill-Awtorità tal-Artijiet dwar kuntratti ta’ ċens temporanju kif ukoll ta’ ċens perpetwu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta u Għawdex — Rata ta’ Kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ kriminalità ta’ pajjiżna dawn l-aħħar snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ rapporti ta’ reati kriminali li saru mal-pulizija mis sena-1998 sal-aħħar tas-sena 2023 kien kif indikat fit-tabella hawn taħt. Year Crimes per 1000 persons 1998 41 1999 41 2000 44 2001 40 2002 43 2003 45 2004 46 2005 46 2006 41 2007 37 2008 34 2009 29 2010 32 2011 34 2012 37 2013 41 2014 38 2015 39 2016 38 2017 37 2018 33 2019 31 2020 25 2021 30 2022 28 2023 30

Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat ill n-numru totali ta' ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-14 ta’ Novembru 2024*, maqsuma sena b'sena, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. SenaTotal ta’ mpjegati mal-korp 20041936 20051951 20061914 20072092 20082020 20091975 20102044 20112046 20122020 20132062 20142268 20152267 20162295 20172373 20182391 20192379 20202344 20212314 20222290 20232344 2024*2405

Remote reporting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li saru online minn meta ddaħlet is-sistema ta' remote reporting?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-15 ta’ Lulju 2024 meta ġiet introdotta s-sistema tal-online reporting fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, sat-22 ta Ottubru 2024, kien hemm total ta’ elf, sebgħa mija u sitta u disgħin (1,796) rapport li sar online.

Omiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew solvuti u kemm le?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mis-sena 2020 sal-24 ta’ Ottubru 2024, kien hemm tnejn u għoxrin (22) każ ta’ omiċidju, li kollha ġew solvuti kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta każi Każi solvuti 2020 6 6 2021 2 2 2022 8 8 2023 2 2 2024 4 4 Total 22 22

Att dwar il-Pensjonijiet lin-Nisa Romol u Tfal Iltiema — kontribwenti

Question

Billi l-artikolu 12 tal-Att dwar il-Pensjonijiet lin-Nisa Romol u Tfal Iltiema, Kapitlu 58, isemmi li l-Gvern għandu jżomm reġistri u informazzjoni ta' kull kontribwent, jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal kontribwenti ħajjin fuq dawn ir-reġistri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ kontribwenti ħajjin huwa ta’ 3,432.

Floriana – xogħlijiet fuq l-iljun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fuq l-iljun tal-Floriana u xi pjanijiet hemm biex dan ix xogħol jitlesta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għaddej b’taħdidiet mal-entitajiet involuti għat-twettiq ta’ dan il-proġett.

Awtorità tal-Ippjanar – binjiet/strutturi skedati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' binjiet/strutturi, maqsuma lokalità b’lokalità, li l-Awtorità tal-Ippjanar skedat matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Matul dawn l-aħħar ħames snin (2017-2022) skont il-Website tal-Awtorità tal-Ippjanar, ġew skedati 227 Binjiet/strutturi maqsumin bejn dawn il-lokalitajiet: Bormla, 4; Għajnsielem, 1; Ħad-Dingli, 1; Ħal Balzan, 1; Ħal Ghaxaq, 2; Ħal Lija, 1; Ħal Tarxien, 4; Ħ'Attard, 2; Il-Belt Valletta, 3; Il-Birgu, 2; Il-Gudja, 1; Il-Gżira, 5; Il-Marsa, 3; Il-Mellieħa , 1; Il-Qrendi, 1; In-Naxxar, 2; Ir-Rabat, 34; Ir-Rabat (G), 1; Is-Siġġiewi, 1; Ix-Xagħra, 1; Ix-Xewkija, 1; Iż-Żejtun, 3; L-Gharb, 1; L-Imqabba, 1; L-Imsida, 8; Paola, 1; San Ġiljan, 2; San Ġwann, 2; San Lawrenz , 1; Tal-Pieta, 10; Tas-Sliema , 126.

Awtorità tal-Ippjanar – strutturi perikolużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ permessi mitluba minħabba strutturi perikolużi (dangerous structures) li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat (kompletament jew parzjalment) elf ħames mija u ħamsa u erbgħin (1,545)-il applikazzjoni ta’ din it-tip f’dawn l-aħħar ħames snin.

Awtorità tal-Ippjanar — Proġetti appoġġjati mid-Development Planning Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ proġetti appoġġjati sa mill-2017 mill-Awtorità tal-Ippjanar permezz tad-Development Planning Fund? X'kien il-finanzjament ġenerali allokat għal dawn il-proġetti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – skemi favur il-konservazzjoni taż-żoni ċentrali urbani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-familji li bbenefikaw minn skemi ta’ għotjiet maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar favur il-konservazzjoni taż-żoni ċentrali urbani tagħna? X'kien il-finanzjament totali mogħti permezz ta' dawn l-iskemi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – infrastruttura ta’ spatial data nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità tal-Ippjanar biex tiżgura li Malta jkollha infrastruttura ta' spatial data nazzjonali? X'għodod ta’ tixrid żviluppat l-Awtorità biex tqassam u tirrapporta d-data lill-pubbliku?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha żewġ inizjattivi ewlenin biex tiġi disseminata informazzjoni spatial data nazzjonali. Dawn huma il-portal SintegraM, li huwa frott fondi Ewropej, illi ħoloq infrastruttura li biha entitajiet governattivi ikollhom repożitorju ta’ spatial data filwaqt illi tista’ tkun aċċessibbli għal entitajiet oħra. Il-pubbliku jista’ jaċċessa partijiet minn din l-informazzjoni. L-Awtorità għandha wkoll il-mapserver tagħha illi fih minjiera ta’ spatial data illi hija aċċessibbli għal kullħadd. Ta’ min isemmi illi l-Awtorità hija l-entità responsabbli mid-direttiva INSPIRE. L-Awtorità tieħu ħsieb illi tinġabar spatial data meħtieġa mid-direttiva u din tkun aċċessibbli fuq skala Ewropea.

Awtorità tal-Ippjanar – promozzjoni u appoġġ fil-qasam tat-teknoloġija ġeospazjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità tal-Ippjanar qed tippromwovi u tappoġġja lill-persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku biex javvanzaw il-kompetenzi tagħhom fil-qasam tat-teknoloġija ġeospazjali (Ġeomatika)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità kisbet fondi Ewropej biex nediet proġett li jissejjaħ SpatialTrain li kellu l-iskop li jħarreġ uffiċjali tal-gvern fil-qasam tal-ġeomatika. Ta’ min jgħid li ħmistax-il student ġabu livell ta’ Masters, wieħed livell ta’ Baċellerat, tnejn u tletin livell ta’ Diploma u wieħed u tletin livell ta’ Ċertifikat. Dan il-proġett jintemm f’Diċembru li ġej permess ta’ konferenza. B’hekk l-għarfien tad-dixxiplina tal-ġeomatika infirex mal-gvern kollu.

Awtorità tal-Ippjanar – basemap ġdida ta’ Malta

Question

B’rabta mal-basemap il-ġdida għal Malta, li tnediet fl-2020, jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità tal-Ippjanar biex tiżgura li din tibqa’ aġġornata u relevanti għall-ħtiġijiet tal-lum?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar nediet il-mappa bażi ġdida fl-2018. Il-proċess ta’ tiġdid beda fl-2020 billi qed jintużaw droni li bihom qed tinġabar informazzjoni aġġornata tal-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex. Sa issa tlesta Għawdex kollu u sittax il-lokalità f’Malta.

Awtorità tal-Ippjanar – permessi ta’ żvilupp – xogħlijiet ta’ restawr jew rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien in-numru ta’ permessi ta’ żvilupp (maqsuma skont kull lokalità) li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar li kienu jinvolvu xogħlijiet ta’ restawr jew riabilitazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3094, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta’ Ottubru 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, sena b’sena, maqsuma b’kull lokalità, fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi kliem relatati ma’ restawr jew riabilitazzjoni.