Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti - Persuni li tressqu b’arrest

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34330 u jgħid kemm-il persuna tressqet b'arrest quddiem il-Qorti matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom tressqu fuq vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni li ngħatatli b’rabta mal-mistoqsija tagħha. Sena Total ta’ persuni mressqa b'arrest quddiem il-Qorti għal kull reat inkluż DV Total ta’ persuni mressqa b'arrest quddiem il-Qorti fuq vjolenza domestika mit-total ta’ dawk imressqa 2024 1,218 299 2025 1,635 446

Twelid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu jew ġew irreġistrati twelid matul dawn l-aħħar ħames snin fejn wieħed mill-ġenituri huwa Malti u l-ieħor mhux Malti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fir-Reġistri Pubbliċi ta’ Malta u Għawdex, matul dawn l-aħħar ħames snin ġew reġistrati total ta’ 4,098 tarbija fejn wieħed mill-ġenituri huwa Malti u l-ieħor mhux Malti.

Żwiġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru jew ġew reġistrati żwiġijiet bejn persuna Maltija ma’ barrani matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fir-Reġistri Pubbliċi ta’ Malta u Għawdex, matul dawn l-aħħar ħames snin ġew reġistrati total ta’ 1,774 żwieġ bejn persuna Maltija u persuna barranija.

Tneħħija ta’ persuni ta’ ċittadinanza barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tneħħew persuni ta’ ċittadinanza barranija mill-pajjiż matul is-sena 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2025, tneħħew 1,674 persuna ta’ ċittadinanza barranija mill-pajjiż. Ukoll in-numru ta’ wasliet ta’ immigranti irregolari lejn pajjiżna naqas b’93% meta mqabbel mal-2019, filwaqt li s-sena l-oħra ġew ritornati l-ekwivalenti ta’ 83% tal-wasliet irregolari. Dan grazzi għal strateġiji li ħaddem dan il-gvern fl-aħħar snin fosthom it-twaqqif ta’ unit ta’ ritorn li tajtha prijorità hekk kif sirt ministru. Ta’ min jinnota li f’Diċembru 2025, ġew ritornati 48 immigrant irregolari lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara biss 17-il ġurnata mid-dħul irregolari tagħhom f’Malta. Din l-operazzjoni tant kienet effettiva li ġiet imfaħħra mill-Kummissjoni Ewropea bħala eżempju ta’ prattika tajba li tista’ tiġi adottata minn Stati Membri oħra.

Qabdiet tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni ta’ qabdiet tad-droga li saru mill-Korp tal-Pulizija fis-sena 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 ġew irreġistrati mija u tmenin (180) qabda sinifikanti ta’ droga mit-Taqsima Kontra d-Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Dan l-ammont jinkludi wkoll każijiet ta’ qabdiet li ġew segwiti u investigati b’mod konġunt mid-Dipartiment tad-Dwana u l-Pulizija. Dawn il-qabdiet ma jiġux bil-kumbinazzjoni imma permezz ta’ prattiċi ta’ intelligence-led policing fejn permezz ta’ analiżi anke bl-użu tat-teknoloġija l-Korp tal-Pulizija llum qiegħed jaddotta targeted policing. Dan filwaqt li llum il-Korp tal-Pulizija ma jieqafx biss mar-reat prinċipali imma jaraw ukoll lil min stagħna minn dawn ir-reati biex ikissru ċrieki kriminali billi qegħdin jiffukkaw ukoll fuq l-assi mhux fuq it-traffikant u l-pussess biss. Kultura li qed iġġib ir-riżultati filfatt dawn huma l-qabdiet li saru mill-Korp tal-Pulizija fl-2025: Kokaina: 668.09 kilogramma Crack Cocaine: 286.6 gramma Eroina: 989.8 gramma Reżina tal-Kannabis: 4.33 kilogramma Ħaxixa tal-Kannabis: 314.46 kilogramma Pjanta tal-Kannabis: 249 XTC tablets: 1825 MDMA powder: 4.07 kilogramma Droga sintetika: 198 gramma Psychedelic mushrooms: 22 gramma Amphetamine: Kilogramma KHAT: 19.4 kilogramma GBL: 300 millimetru Ketamina: 111-il gramma Pilloli MDMA: 414

Tas-Sliema - Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' kriminalità f'Tas-Sliema bejn l-2010 u l-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija għal tas-Sliema mis-sena 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2025 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. L-informazzjoni turi kif bis-saħħa tal-prevenzjoni u preżenza aktar, ir-rata ta' kriminalità f'din il-lokalità naqset, minkejja żieda l-attività ekonomika, popolazzjoni u turiżmu. Sena Numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati - Sliema 2010 894 2011 814 2012 1176 2013 1062 2014 1158 2015 1289 2016 1440 2017 1383 2018 905 2019 855 2020 653 2021 648 2022 645 2023 673 2024 638 2025 592

Malta - Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' kriminalità f'pajjiżna bejn l-2010 u l-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali għall kull elf persuna rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija f’dawn il-gżejjer mis-sena 2004 sal-aħħar ta’ Diċembru 2024 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Year Crimes per 1000 persons 2004 46 2005 46 2006 40 2007 37 2008 36 2009 29 2010 32 2011 34 2012 37 2013 41 2014 38 2015 39 2016 38 2017 37 2018 33 2019 31 2020 25 2021 30 2022 28 2023 30 2024 29

Qorti - Persuni li tressqu b’arrest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet b'arrest quddiem il-Qorti matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom tressqu fuq vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni ser tiġi provduta f'seduta oħra.

Total ta’ ħaddiema reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema reġistrati f'impjieg full-time fl-oqsma tat-turiżmu u divertiment, saħħa, kura tal-anzjani, kostruzzjoni u amministrattivi, li huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra mhux fl-UE?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra mhux fl-UE li huma reġistrati f'impjieg full-time fl-oqsma tat-turiżmu u divertiment, saħħa, kura tal-anzjani, kostruzzjoni u amministrattivi kien ta’ 36,324 sal-aħħar t’ Awwissu 2025 (l-aħħar ċ-ċifri ppublikati).

Każijiet ta’ omiċidiji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31216, jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar kemm omiċidji twettqu u ġew solvuti fl-aħħar 25 sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif indikat fit-tabella, n-numru ta’ każi ta’ omiċidji li ġew irreġistrati mal-Pulizija bejn is-sena 2000 u l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2025 kienu skont it-tabella hawn taħt. Kif jidher fit-tabella l-omiċidji kollha fl-aħħar tmien snin kollha ġew solvuti. Każijiet ta’ Omiċidju – Mis-sena 2000 sas-sena 2025 Numru ta’ każi Status Sena Solvuti Mhux solvuti 2000 4 4 0 2001 7 6 1 2002 6 5 1 2003 0 0 0 2004 7 7 0 2005 4 4 0 2006 0 0 0 2007 4 3 1 2008 7 4 3 2009 4 3 1 2010 4 3 1 2011 3 3 0 2012 10 7 3 2013 6 4 2 2014 6 2 4 2015 4 2 2 2016 5 3 2 2017 9 5 4 2018 6 6 0 2019 3 3 0 2020 6 6 0 2021 2 2 0 2022 8 8 0 2023 3 3 0 2024 5 5 0 2025 3 3 0

Rata ta’ serq – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta’ serq f'pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kif titqabbel ma’ snin preċedenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni mitluba hekk kif tidher fit-tabella hawn taħt, turi li Malta kellha l-inqas rata ta’ serq is-sena li għaddiet, liema rata hi iktar sinjifikattiva meta wieħed iħares lejn iż-żieda fl-attività ekonomika u t-turiżmu. Jekk wiehed iqabbel is-sena li ghaddiet mas-sena 2012 jara r-rata ta' serq f'pajjizna naqset bin-nofs. Ir-rata tas-sena 2025 hija wkoll anqas minn dik ta' żmien il-Covid. Dawn il-figuri jinkludi kull tip ta' rapport ta' serq u cioe' anke dawk ta' valur baxx. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Malta tpoġġiet ukoll mal-iktar 12-il pajjiż sigur fid-dinja fil-World Justice Project Rule of Law Index. Dan ma jfissirx li nistgħu nistrieħu fuq il-ħidma li saret, anke għaliex illum jeżistu realtajiet ġodda li rridu nindirizzaw bi strateġiji ċari fuq quddiem nett dawk ta’ prevenzjoni. Sena Ammont totali ta’ serq 1998 7984 1999 9096 2000 10366 2001 9694 2002 10376 2003 10870 2004 11333 2005 11238 2006 10005 2007 8982 2008 8127 2009 6859 2010 7827 2011 8547 2012 8721 2013 8495 2014 8236 2015 8691 2016 8834 2017 8272 2018 6551 2019 6626 2020 4578 2021 4458 2022 4599 2023 4715 2024 5206 2025 4405

Omiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji fl-aħħar 25 sena u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni hija kif jidher fit-tabella hawn taħt. Tajjeb li wieħed jirrimarka kif bis-saħħa ta' ħaddiema mill-aqwa, bl-aħjar taħriġ u għodda biex jaħdmu, wassal biex fl-aħħar snin l-omiċidji kollha kienu solvuti. Kazijiet ta’ Omicidji – 2000 sad-9 ta’ Ottubru 2025 Numru ta’ każi Status Sena Solvuti Mhux solvuti 2007 4 3 1 2008 7 4 3 2009 4 3 1 2010 4 3 1 2011 3 3 0 2012 10 7 3 2013 6 4 2 2014 6 2 4 2015 4 2 2 2016 5 3 2 2017 9 5 4 2018 6 6 0 2019 3 3 0 2020 6 6 0 2021 2 2 0 2022 8 8 0 2023 3 3 0 2024 5 5 0 2025 3 3 0

L-Għadira - Caravans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-titolu li għandhom l-inkwilini tal-caravans fl-Għadira ġiex imġedded, u jekk iva, meta ġie mġedded u għal kemm żmien? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kera żdiditx fuq dik li kienet fil-perjodi ta’ qabel?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Belt Valletta – Barrakka ta’ Fuq - Lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni użaw il-lift li mix-xatt tal-Belt Valletta jagħti għall-Barrakka ta’ Fuq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li total ta’ persuni li użaw il-Lift mill-bidu tas-servizz fl-2016 sa 2024 huwa s-segwenti: Sena Total 2016 362,981 2017 509,486 2018 732,016 2019 576,700 2020 151,036 2021 289,772 2022 944,217 2023 1,298,785 2024 1,640,912 Minn Jannar sa Ġunju 2025 it-total ta’ persuni li użaw il-lift kien ta’ 865,674.

L-Isptar Sir Paul Boffa - Binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min hija assenjata l-binja tal-Isptar Sir Paul Boffa fil-Furjana?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta l-Artijiet riċentement approvat it-trasferiment ta’ l-Isptar Sir Paul Boffa lid-Dipartiment tal-Kura u tas-Saħħa Primarja fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanita Attiva sabiex tintuża għal skopijiet marbuta mal-kura tas-saħħa.

Persuni barranin - Deportazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deportati persuni barranin għax kisru l-liġi jew ma kellhomx id-dritt li jkunu f’Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-2021 sal-31 t’Awwissu 2025, tneħħew 5,481 immigrant irregolari mill-pajjiż. Minn dawn, 2,298 ġew deportati lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom skont kif gej: Year Returns Assisted Voluntary Return Totals 2021 408 40 448 2022 303 45 348 2023 589 10 599 2024 452 35 487 Aug-25 398 18 416 TOTAL 2298 Dan filwaqt li 3,183 immigrant irregolari oħra ġew trasferiti lejn Membri Stati oħrajn hekk kif ġej: Year Returns 2021 122 2022 618 2023 778 2024 937 Aug-25 728 TOTAL 3183 Ir-raġunijiet ta’ tneħħija kienu jvarjaw minn persuni li ma kwalifikawx għall-ażil, persuni li nstabu jgħixu f’Malta b’mod irregolari u oħrajn li ġew ritornati b’mod volontarju. Infurmat li in-nazzjonalitajiet kienu varji, fosthom; Bangladexx; Indja; Pakistan; Kolombja; Albanija; Eġittu; Serbja; Mali; Gambja; Niġerja; Ċad; Senegal.