Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infrastructure Malta – skop ta' xogħol

Question

B'referenza għall-permess DS 11/20 maħruġ f'isem Infrastructure Malta, jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-iskop ta’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajji¿na jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Permezz ta’ din l-aġenzija ġdida, il-Gvern qed iwettaq proġetti madwar il-pajjiż kollu, mhux biss b’titjib kbir fit-toroq arterjali, residenzjali, rurali u oħrajn, iżda anke f’infrastruttura oħra, fosthom l-istrutturi li jintużaw minn diversi setturi marittimi fil-portijiet u ma’ xtut oħrajn f’Malta u Għawdex. Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 Infrastructure Malta ħadet f’idejha wkoll it-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex. Mill-ewwel bdiet ħidma sabiex din l-infrastruttura tkompli tiġi mtejba u msaħħa wkoll, sabiex pajjiżna jibqa’ jibbenefika mill-opportunitajiet tal-ivvjaġġar bil-baħar u attivitajiet marittimi oħrajn relatati bl-aħjar mod possibbli. Fost l-ewwel proġetti li saru mill-aġenzija fil-qasam marittimu kien hemm dak tal-bini mill-ġdid tal-għaxar skali ewlenin li ju¿aw is-sajjieda fil-port ta’ Marsaxlokk. Bdiet tibni wkoll breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten biex ittejjeb l-aċċess u l-użu tal-Port ta’ Marsaxlokk, waqt li għaddejja bl-ippjanar ta’ proġett ieħor sabiex jinbidlu l-puntuni tas-sajjieda fl-inħawi tal-Magħluq fl-istess lokalità. Is-sena l-oħra tlestiet ukoll l-ewwel fażi ta’ proġett fejn saru faċilitajiet ġodda f’Marsamxett għall-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport bil-baħar bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema. Bħalissa qegħdin isiru faċilitajiet simili fix-xatt ta’ Tas-Sliema kif ukoll max-xatt ta’ Bormla. Proġetti marittimi oħrajn li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa jinkludu dak biex ittejjeb il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex. F’Għawdex ukoll, fl-2019 saret l-ewwel fażi ta’ proġett ta’ titjib tal-istrutturi max-xatt tad-daħla ta’ Mġarr ix-Xini u nbena mill-ġdid il-moll ewlieni fil-Bajja ta’ Santa Marija, f’Kemmuna. L-aġenzija qed taħdem ukoll fuq proġetti oħrajn max-xtut ta’ ħafna lokalitajiet oħra. Ix-xogħlijiet jinkludu fost oħrajn tiswijiet ta’ mollijiet u strutturi oħra mal-kosta, fosthom dawk li qegħdin isiru bħalissa f’Wied il-Għajn u fil-bajja tal-Balluta, San Ġiljan. Madwar sena ilu kien ġie innutat li l-promenade tal-Balluta kellu bżonn intervent ta’ manutenzjoni u kostruzzjoni għax kien hemm element ta’ periklu għall-pubbliku. Infrastructure Malta bħalha aġenzija governattiva għandha d-dover li tara li dawn it-tip ta’ strutturi jkunu f’kundizzjoni tajba. F’dan ir-rigward Infrastructure Malta hi eżentata milli titlob permess lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar peress li huwa xogħol ta’ emerġenza dan kif stipulat fl-Att ta’ l-istess Awtorita’ Kapitlu 552, Artiklu 70(d). Madankollu xorta kienu ġew sottomessi applikazzjonijiet maghrufa bħalha ‘Dangerous Structures’ lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Ix-xogħol fil-Balluta li qed issir referenza għalih fil-mistoqsija kien maqsum f’żewġ fażijiet. Is-sena l-oħra, fl-ewwel fażi ta’ dan ix-xogħol, Infrastructure Malta għamlet manutenzjoni tal-istrutturi tal-konkos li huma forma t’arkati u kolonni li fuqhom iserraħ il-prominad fuq in-naħa ta’ Triq Ġorg Borg Olivier. Dawn l-istrutturi huma esposti direttament għall-qilla tal-baħar u għaldaqstant kienu fi stat ħażin. Ix-xogħlijiet saru mit-tarf tal-bajja lejn il-pitch tal-waterpolo tan-Neptunes u estendew sa ħdejn il-pitch ta’ San Ġiljan. Fit-tieni fażi li qed issir bħalissa fuq in-naħa l-oħra tal-bajja, quddiem il-Knisja tal-Balluta, diġà tlestew xogħlijiet ħafna aktar estensivi sabiex inbniet mill-ġdid parti mill-prominad li kienet fi stat ħażin, tant li kienet qed tin¿amm magħluqa biex ma jkunx hemm periklu għall-pubbliku. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu li titkisser parti mill-prominad u terġa’ tinbena mill-ġdid. Kellhom isiru interventi ta’ tiswija mill-baħar, interventi fuq numru ta’ strutturi tal-konkos matul il-bajja u nbidel ukoll parti mill-pavimentar tal-prominad. Fl-istess żona, li hija popolari ħafna għall-għawm kemm mill-Maltin u t-turisti, kien hemm ukoll moll tal-konkos li jintuża mill-għawwiema li kien imnawwar eċċessivament minn taħt l-ilma. Għaldaqstant, dan il-moll li jservi ta’ pjattaforma għall-għawwiema qed jinbena mill-ġdid. Bħalissa qed jitkisser il-moll eżistenti u qed isir it-tħammil neċessarju biex jitnaddaf il-mili u l-konkos l-antik. Qed titħaffer ukoll trinka mal-burdura ta’ barra tal-moll li fiha ser jinbena l-pedament il-ġdid għall-ħajt ta’ barra (seawall) tal-moll. Huwa mmirat li l-moll il-ġdid ikun lest fil-ġimgħat li ġejjin biex ikun jista’ jibda jitgawda mill-għawwiema matul dan is-sajf.

Bajja tal-Balluta — pjanijiet

Question

B'referenza għall-Bajja tal-Balluta u ta' San Ġiljan, jista’ l-Ministru jispjega jekk hemmx pjanijiet approvati mill-Gvern biex din il-bajja ssir port għal katamarani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ninsab infurmat li l-bajja msemmija, ser tibqa’ swimming zone fil-parametri tas-snin l-imgħoddija.

Burdnara — Ħruġ ta' liċenzji - deroga

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi deroga għal Malta mogħtija mill-Unjoni Ewropea li jippermetti li l-gvern jirrifjuta l-ħruġ ta’ liċenzji ġodda ta’ burdnara? F'każ li hemm, jista jpoġġi d-dokumentazzjoni relatata fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li ma nbidel xejn minn dak li kien ġie miftiehem waqt it-taħdidiet li kien hemm biex Malta tkun aċċettata bħala Membru Sħiħ tal-Unjoni Ewropea.

Burdnara ġodda — pjanċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jinħarġu pjanċi “HQ” għal burdnara ġodda (new entrants) u jekk le x’inhi r-raġuni?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-kwistjoni tal-ħruġ ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni bl-ittri 'HQ' tikkostitwixxi l-mertu ta' proċeduri ġudizzjarji li jinsabu sub judice u jinvolvi entitajiet governattivi oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' Ministeru ieħor u għalhekk ma jkunx floku li tingħata risposta għal din id-domanda qabel ma jkun hemm eżitu finali għal tali proċeduri ġudizzjarji.

Statistika li turi inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika li turi l-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku f’dawn l-aħħar għaxar snin? Din l-istatistika għandha tindika: - Numru ta’ inċidenti totali; - Numru ta’ inċidenti li kienu jinvolvu mutur (motorcycle); - Numru ta’ inċidenti li ħallew nies midruba bi bżonn ta’ kura fl-isptar; - Numru ta’ persuni li mietu f’inċidenti tat-traffiku?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħddi din il-Mistoqsijiet Parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat li hu responsabbli mill-Affarijiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi.

Awtorità tal-Ippjanar — L-Imrieħel - High Rise Zone

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar li fiha ttieħdet id-deċiżjoni sabiex l-Imrieħel tiġi inkluża bħala High Rise zone?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed npoggi fuq il-mejda tal-kamra d-dokumenti mitluba.

Bord tal-PA — Imrieħel - High Rise Zone

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza li l-Bord tal-PA kien irċieva mill-Eżekuttiv tal-Gvern qabel jew wara d-deċiżjoni li l-Imrieħel ikun inkluż bħala High Rise Zone fl-2014?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza minghand is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċess Amministrattiv bid-data tal-5 ta’ Marzu, 2014 qabel id-deċiżjoni li l-Imrieħel ikun inkluż bħala High Rise Zone fl-2014.

San Ġiljan — Jetty - minuti tal-laqgħat

Question

Jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħat kollha tal-bord u kumitati tal-ERA li fihom ġie diskuss il-Jetty ta’ San Ġiljan PA/07628/19?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tal-ERA dwar permessi ta’ zvilupp huwa wiehed fejn hi tkun kkonsultata mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li imbaghad tiehu d-decizjoni finali. F’dan il-kuntest allura materja bhal dik in kwistjoni ma’ jkollhiex ghalfejn titla quddiem il-Bord tal-ERA ghaliex huwa d-Direttorat ta-Ambjent u r-Rizorsi fl-istess ERA li jiehu hsieb jaghmel l-evalwazzjonijiet teknici relevanti u imbaghad jissottometti r-rakkomandazzjonijiet mehtiega lill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Ta’ min jghid li ‘il fuq minn 8000 konsultazzjoni fis-sena jiġu notifikati lil ERA għar-rakkomandazzjoni ambjentali. L-ERA żviluppat għodod aministrattivi sabiex tkun tista’ tilħaq din il-funzjoni b’mod effettiv, partikolarment fuq applikazzjonijiet ta’ żvilupp ta’ relevanza ambjentali, minħabba li r-rispons tal-ERA jrid jingħata fi żmien tletin ġurnata. L-applikazzjoni in kwistjoni ġiet proċessata bl-istess mod kif jiġu proċessati l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp kollha li fuqhom l-ERA tagħti rikomandazzjoni, fejn d-Direttorat tal-Ambjent u Riżorsi jevalwa l-applikazzjoni, jekk ikun neċessarju għall-proposta li tkun qed tiġi evalwata jintalbu studji, u tingħata rakkomandazzjoni fiż-żmien stipulat mill-liġi. F’dan il-każ partikolari, l-applikazzjoni bin-numru PA/07628/19 ma ġietx diskussa fl-ebda laqgħa formali tal-Bord tal-Awtorità.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – organigramma tal-awtoritajiet u entitajiet kollha

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-kariga rispettiva tagħhom, jista' ħdejn kull kariga jindika l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal dik il-kariga?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar u se tinghata seduta ohra.

Riċiklaġġ ta’ tyres ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti f’dak li huwa riċiklaġġ ta’ tyres tal-vetturi? Il-kuntrattur qiegħed jirnexxilu jlaħħaq mar-responsabbiltajiet tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-WasteServ, tramite id-Dipartiment tal-Kuntratti, qiegħda fil-proċess li tiffinalizza kuntratt ġdid għall-imballar ta’ tyres sabiex imbgħad dawn jkunu jistgħu jiġu esportati. Sadanittant il-WasteServ għandha arranġament ma’ kuntrattur ieħor li qed jesporta tyres li jkunu ġew imballati. Minħabba dewmien proċedurali sabiex ikunu ffinalizzati l-kuntratti neċessarji kien hemm akkumulu ta’ tyres li l-WasteServ qed taħdem biex jitnaqqas.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – uffiċjali li jużaw karozzi tal-awtoritajiet għal użu personali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, kemm hemm uffiċjali li għandhom karozza tal-awtorità għall-użu personali tagħhom? Mingħajr ma jsemmi ismijiet, jista' jindika l-kariga li jokkupaw? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-ippjanar u kemm fil-qasam tal-ambjent?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Bord tal-Appelli – appelli ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell ġdid daħal quddiem il-Bord tal-Appelli tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar/Environment and Planning Review Tribunal tul dawn l-aħħar seba’ snin, jiġifieri bejn is-sena 2013 u s-sena 2020? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miltuba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Qawra u Buġibba – tindif tal-lokalitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tieħu passi mmedjati sabiex il-lokalitajiet tal-Qawra u Buġibba jitnaddfu billi jew tingħata kull għajnuna possibbli lill-kunsill lokali li jidher li m'għandux il-mezzi biex jagħmel xogħlu b'mod effettiv jew inkella jintervjeni direttament bir-riżorsi tiegħu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija fir-reponsabbiltà tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar li jara li l-lokalità tinżamm nadifa f’kull mument, hekk kif stabbilit fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Il-Kunsill Lokali għandu l-kuntrattur tiegħu, u dan għandu jwettaq l-obbligi tiegħu kif stipulat fil-kuntratt. Id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni lesta li tassisti ladarba jkun hemm il-bżonn. Pero’ dan isir wara li ssir verifika, jekk il-kuntrattur responsabbli hux iwettaq xogħolu u jkun hemm ‘ default notices’ maħruġa mill-Kunsill stess hekk kif stipulat fl-istess kuntratt. Intant, tajjeb li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant, li fis-sitwazzjoni preżenti d-Direttorat tat-Tindif Pubbliku għaddej b’eżerċizzju intensiv ta’ disinfettar fuq bażi regolari fl-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin, ħafna drabi tard filgħaxijiet u tul il-lejl sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Fil-fatt San Pawl il-Baħar u Buġibba kienu inklużi u gew disinfettati kemm-il darba.

Wied tal-Bidnija – Sheep Farm

Question

B'referenza għal dik il-binja fil-Wied tal-Bidnija li suppost hija Sheep Farm, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jgħixu nagħaġ fis-sular ta’ fuq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed nassumi li l-binja fil-Bidnija li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant hija dik koperta bil-permess PA7946/18 maħruġ mill-Awtorità għall-Ippjanar sabiex jinbena razzett tal-annimali. Ninsab infurmat li l-permess li nħareġ huwa għal sular wieħed biss ‘l-fuq mill-basement, għalkemm dan jinkudi għoli doppju kif solitu jkunu l-irziezet. Jista' jaghti l-kaz li peress li L-art hija mxqailba parti mill-basement ikun jisporgi ftit ‘ fuq. Irrid nghid ukoll li tali permess inhareg wara li saret rakkomnadazzjoni favorevoli mill-Agricultural Advisory Committee. Ghalkemm l-informazzjoni li nghatatli tindika li ser ikun hemm xi ftit aktar minn-60 naghga l-ammont ta’ naghag huwa rregolat mid-Direttorat ghar-Regolazzjoni Veterinarja u allura kwalunkwe informazzjoni fuq dal-livell ghandha tibtalab lill-Ministru kkoncernat.
Leg 13 PQ #13726 Sitting 319 2020-04-21 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pariri Legali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti elenku tal-pariri li ta lill-predeċessur tiegħu f'din l-istess leġiżlatura? Jista’ jgħid is-suġġett ta’ kull parir, x'parir ingħata u jekk ġiex aċċettat? Kemm tħallas ta’ dawn il-pariri?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-pariri li l-Prim Ministru Robert Abela ta lill-Kabinett tal-Ministri u lill-Prim Ministru ta’ dakinhar Joseph Muscat, bejn Ġunju 2017 sa Jannar 2020, huma ta’ natura privileġġjata u kunfidenzjali. Għalhekk il-prudenza u l-etika kienet titlob li mistoqsija parlamentari bħal din lanqas biss issir, in kwantu qed jintalab l-iżvelar ta’ pariri li bil-liġi hu preklu¿ milli jiġu żvelati, u kieku jiġużvelati tkun qed tinkiser il-liġi. Jiġifieri l-Onor. Interpellant qed jistieden lill-Prim Ministru biex jikser il-liġi b’din il-mistoqsija parlamentari. Kif kien imħabbar f’Ġunju 2017, il-Prim Ministru Robert Abela, dakinhar deputat, kien irinunzja għall-ħlas ta’ dak dovut lilu bħala konsulent legali tal-Prim Ministru u tal-Kabinett. Il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ ma jirċievi ebda ħlas għax-xogħol kollu li għamel f’dan l-irwol sakemm baqa’ konsulent legali tal-Prim Ministru, jiġifieri sal-bidu ta’ Jannar 2020.
Leg 13 PQ #13695 Sitting 318 2020-04-20 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ftehim mas-sidien tal-iżvilupp tat-Torrijiet fl-Imrieħel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jew xi entitajiet li fihom għandu kontroll il-Gvern, daħlux f’xi ftehim jew intendiment ta’ liema xorta jkun, mas-sidien tal-iżvilupp tat-torrijiet li qegħdin taħt kostruzzjoni fl-Imrieħel, biex jinxtraw jew jinkrew xi spazji f’dawn it-torrijiet la jkunu lesti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-ebda dipartiment u l-ebda entità li taqa’ fid-dekasteru tiegħi m’għandu xi ftehim kif qed jindika l-Onor Interpellant.

Garanziji jew letter of comfort ma’ banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel tajjeb b’xi garanziji jew ‘letters of comfort’ ma’ xi banek għan-nom ta’ Steward Healthcare Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma ta l-ebda garanzija jew letter of comfort lill-kumpanija Steward Malta Healthcare.

Steward Healthcare Malta — dejn

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total ta’ dejn li Steward Healthcare Malta għandha mal-Gvern (inkluż il-banek li fihom il-Gvern għandu kontroll)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali u la jista’ jinġabar u lanqas jingħata.

Charging Points ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu nstallati ċ-Charging Points il-ġodda li l-Gvern wiegħed li kellhom ikunu qed jiffunzjonaw aktar minn sena ilu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li x-xogħol sabiex iktar nies jibdew jużaw vetturi elettriċi ma qata’ xejn. L-infrastruttura inizjali b’firzxa wiesgħa ta’ charging points u saħansitra solar car ports, mal-pajjiż kollu, kif ukoll skemi ġenerużi sena wara sena, għenu biex iktar u iktar sidien ta’ karozzi jaddottaw it-teknoloġija ta’ vetturi elettriċi, meta jagħżlu li jinvestu. Ta’ min isemmi kif f’dawn l-aħħar snin b’inizjattiva tal-Gvern iddaħħal f’Malta l-kunċett ta’ vehicle sharing u iktar minn hekk sharing, permezz ta’ vetturi elettriċi, kemm karozzi, kif ukoll muturi jew pedelecs. Fl-inizjattiva tal-car sharing inħolqu 450 parkeġġ li għadd minnhom għandhom il-faċilita li jiċċarġjaw il-karozzi elettriċi. Barra minn hekk, kompla l-investiment f’iktar infrastruttura u ħafna tħejjija biex il-frott ta’ dan l-investiment jibda jidher fit-toroq tagħna fil-futur qarib ħafna. Dan minkejja l-isfidi ġodda li qegħdin naffaċċjaw minħabba l-imxija tal-Covid19.

Telgħet ix-Xemxija – bini ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se terġa’ tinbena mill-ġdid Telgħet ix-Xemxija li hi fi stat diżastruż?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta, l-aġenzija li twaqqfet inqas minn sentejn ilu biex twettaq il-pjan tal-Gvern għal infrastruttura aħjar, bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna, bħal m’huma l-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Reġjonali, l-Imsida ta’ Triq tal-Balal, bejn San Ġwann u n-Naxxar, Triq il-Buqana, l-Imtarfa u Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi, kif ukoll bi proġetti multi-miljunarji oħra bħall-Marsa Junction Project u Central Link Project. Din il-ħidma se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta. Sfortunatament, meta snin ilu t-triq indikata nbniet mill-ġdid, ma saruliex pedamenti adekwati biex tiflaħ għad-domanda ta’ persuni li jivvjaġġaw minnha ta’ kuljum, u li jixirqu triq arterjali bħal din. Għalhekk, sabiex din it-triq tinbena mill-ġdid jeħtieġ li tinqala’ mill-qiegħ u jsirulha strutturi ta’ pedamenti ġodda. F’dawn l-aħħar snin, Infrastructure Malta u Transport Malta wettqu diversi xogħlijiet ta’ tiswijiet temporanji sabiex il-wiċċ ta’ din it-triq ma jkunx ta’ periklu għall-pubbliku, sakemm tkun tista’ tinbena mill-ġdid. Xogħlijiet ta’ tiswijiet simili biex temporanjament jitranġaw uħud mill-ħsarat li fiha din it-triq huma ppjanati li jsiru qabel is-sajf li ġej. Infrastructure Malta tkun tista’ tibda l-proġett estensiv biex tinbena mill-ġdid din it-triq b’pedamenti sodi kif kellu jsir meta din it-triq inbniet mill-ġdid snin ilu, wara li jsir proġett separat ta’ bdil ta’ servizzi tad-drenaġġ u tal-ilma li hemm taħt l-art fl-istess inħawi, minn entità oħra.