Legislature:
Category:
Reset
Active:

Magħtab – bini tal-Organic Processing Plant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn beħsiebu jibni l-Organic Processing Plant (OPP) ġdid fil-Magħtab u x'tunnellaġġ ser jitratta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-volum massimu li qed jigi ikkunsidrat ghall Organic Processing Plant hu ta’ 110,000 tunnellata fis-sena. Dwar il-post fejn ser isir nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-Mitoqsija Parlamentari 14095

Bini ta’ Organic Processing Plant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jibni impjant ġdid OPP jew inkella jirriloka l-impjant eżistenti f’Sant’Antnin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li hija wieghda elettorali ta’ dan il-Gvern li l-impjanti ta’ Sant’Antnin jingħalqu u l-art t’hemmhekk tingħata lura lill-poplu. U hekk ser isir. Fil-fatt l-Gvern ser jibni impjant OPP ġdid fil-kumpless tal-Magħtab bl-aħjar teknoloġija li minnu ser ikun prodott kompost agrikolu. Dan ser ikun proġett ieħor minn katina ta’ proġetti u inizjattivi li jien diġa’ ħabbart u li ser jgħinu biex nagħmlu qabza ta’ kwalita’ għal benefiċċju tal-poplu Malti kollu.

Skart muniċipali landfilled

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema tip ta’ skart muniċipali qed jiġi landfilled u x’inhu l-persentaġġ fix-xahar tal-iskart muniċipali li qed jinġabar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li bħalissa jinġabru 3 tipi ta’ skart muniċipali: dak fil-borża s-sewda, dak riċiklabbli fil-borża griża, ħadra kif ukoll ħġieġ, u l-organiku fil-bajda. Mill-borża l-griża/ħadra u l-bajda xejn ma hu qiegħed imur fil-landfill u dan lis-skart jiġi trattat kollu b’mod separat. Qabel il-pandemija l-ammont tal-borża s-sewda kien qiegħed jiġi trattat ukoll biex minnu jitneħħa materjal li jista' jiġi ffrankat mill-landfill. F’din l-aħħar sena, bejn April 2019 u Frar 2020 il-medja tal-persentaġġ ta’ skart landfilled (minn dak migbur) kien ta’ 47.5%.

Magħtab – Waste to Energy Plant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun il-persentaġġ ta’ ko-finanzjament mill-Fondi Ewropej taħt l-Operations Programme għal Politika ta’ Koeżjoni 2014 -2020 għall-proġett tal-impjant tal-Waste to Energy Plant(W2E) fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

NInforma lill Onor interpellant jirreferi ghat-twegiba tal-PQ 14798.

Waste to Energy – skart trattat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid it-tipi ta’ skart li se jiġu trattati fil-Waste to Energy Plant (W2E) u x’inhuma l-persentaġġi tagħhom bbażati fuq il-kapaċità ta’ 200 tunnella fis-sena skont kif deskritt fil-PQQ ppubblikat fil-15 ta’ Mejju?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Wasteserv – skart riċiklabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart riċiklabbli (mill-green u grey bags u Bring in Sites) iddaħħlu għat-trattament il-Wasteserv minn kemm ilu li nħaraq l-impjant tal-MRF f’Sant Antnin f’Mejju 2017 u x'persentaġġ hu dan mill-materjal riċiklabbli kollu li jintrema Malta kull sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li t-total ta’ skart mill-borza griża/hadra u l-Bring-In Sites li iddahhal il-WasteServ minn meta inharaq l-impjant ta’ Sant’Antnin sa issa huwa ta’ 89,000 tunnellata. Infakkar ukoll li mhux il-materjal kollu li jiddahhal ghand il-WasteServ minn dawn is-sorsi fil-fatt ikun riciklabbli. Dan ghaliex ċertu materjal li jintefa’ fil-fatt ma jkunx riciklabbli, bhal per eżempju l-‘composite material’, waqt li materjal li seta kien riciklabbli ikun kkontaminat u allura ma jibqax riciklabbli, bhal per eżempju kaxxa tal-kartun imċappsa biz-zejt. Dawn it-tip ta’ materjali jispiċċaw bhala Refused Derived Fuel (RDF) li jkun l-ewwel storjat u imbaghad esportat hekk kif ikun hemm kwantitajiet vijabbli u jinstab is-suq ghalih. Materjal iehor li la jkun riciklabbli u l-anqas jista jmur bhala RDF sal-lum jispiċċa fil-landfill. Għalkemm hemm materjal riċiklabbli li l-iskemi jgħaddu lil faċilitajiet privati, il-maġġor parti tal-materjal li jinġabar fil-boroz grizi/ħodor u l-bring in sites jiddaħħal għand il-Wasteserv.

Skart – final recycling certificate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata minn dan l-iskart għandu final recycling certificate, jiġifieri ġie trattat, mibjugħ lil terzi lokalment jew esportat bħala recycling material?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Materjal riċiklabbli – persentaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ dan il-materjal riċiklabbli li ġie meqjus spiċċa landfilled?

Response (FARRUGIA, AARON)

Il-materjal tal-borża l-griża kollha, għajr xi ammonti żgħar ta’ materjali reċikklabli li jiġu prelevati mill-linja u li jitpoġġew għall-bejgħ fis-suq lokali, jiġi trattat b’mod separat u jintbagħat kollu barra minn Malta. Jiġifieri għajr ammonti żgħar li jidħlu b’mod abbusiv fuq it-tip face l-ebda minn dan il-materjal ma jintefa fl-Għallis.

Il-Magħtab u n-Naxxar – rotot

Question

Jista' l-Ministru jelenka kif ser jikkumpensa lir-residenti tal-madwar minħabba l-inkwinament li ser jinħoloq minħabba liż-żibel kollu ta' Malta issa ser jgħaddi minn lokalità waħda, ċjoè, il-Magħtab u n-Naxxar? Jista' jippubblika r-rotot prinċipali li ser jintużaw waqt il-bini u l-operat ta' dawn l-impjanti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant, il-viżjoni u l-ħidma tagħna huma l-oppost tal-prattiċi ta’ amministrazzjonijiet preċedenti, jiġifieri li l-Magħtab tkun il-miżbla tal-pajjiż u allura l-oppost mill-prattiċi ta’ landfilling. L-impjanti state-of-the-art se jkunu qed jibdlu l-iskart f’riżorsa. Dan qed nagħmluh biex nilħqu l-miri ambjentali, ta’ riċiklaġġ u għax hekk jixraqlu l-poplu Malti. Il-familji tal-madwar se jaraw prattiċi ta’ landfilling, bil-ħsara kollha li ħolqu fil-passat jonqsu drastikament u jaraw ambjent ħafna isbaħ u aħjar. Kliem fieragħ tal-passat li qatt ma twettaq dwar il-magħtab issa spicca. Din hi era ġdida. Intant, kull studju li l-awtoritajiet kompetenti ser jitolbu, inkluz fuq it-traffiku, dawn isiru u l-miżuri neċessarji jittieħdu. Nisħaq u nirrepeti li l-gvern preżenti qed jimplimenta il-proġett ECOHIVE li ser jagħti nifs ġdid liż-żona billi b’mod konkret ser inkunu qed nimxu lil hinn min dipendenza massiċċa fuq landfilling.

Magħtab – engineered landfill

Question

Jista' l-Ministru jgħid b’kemm-il metru kwadru fond u wisa’ ġiet (/jew ser tiġi) estiża ż-żona għal engineered landfill fil-kumpless tal-Magħtab, wara li tal-Għallis issa hi mimlija?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-enginereed landfill il-gdida, se jkollha volum kumplessiv ta 1,844,338m3. Dan jinkludi kemm iz-zona ta' taht l-art u anka il-parti li tittella 'l fuq mill livell ezistenti ta l-art, bhall ma hu l-kaz fil-landfills l-ohra. Il-footprint totali taghha hu ta 31,000m2 u l-fond massimu mill-livell tal-art hu ta 45m.

Magħtab – estensjoni tal-landfill

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti tal-kumpless tal-Magħtab tinsab l-estensjoni tal-landfill, kemm ġie eskavat materjal u x’sar mill-materjal skavat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-estensjoni li qed jirreferi ghaliha hu fil-fatt hija dik li kienet l-hazardous cell li tinstab fin-naha tal-Lbic fil-kumpless tal-WasteServ gewwa l-Maghtab u li l-Gvern iddecieda li ifannadha iktar fil-fond sabiex ikun ikkreat spazju imdaqqas ghall-landfilling. Jien infurmat li sa l-ahhar ta April 2020 il-fuq min 400,000m 3 gew skavati u mibghuta f’facilitajiet licenzjati.

Landfill – skart u lifespan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart tesa’ u x’inhi l-lifespan tal-landfill?

Response (FARRUGIA, AARON)

Il-mizbla l-gdida mistennija tesa 1,844,338 metri kubi. Wiehed jrid jikkonsidra ‘landfilling’ li jammonta ghal bejn wiehed u iehor it-360,000 tunnellata ta’ skart fis-sena, flimkien ma’ volumi ta’ saffi mandatorji bhal ‘stabilization layers, capping etc.’ li komplessivament se jlahhqu medja ta’ 395,000 tunnellata fis-sena. B’hekk din il-facilita mistennija taghtina bejn wieħed u ieħor, 41 xahar ta’ uzu operatti. Dan l-investiment ser iwassal ghal aprocc ta’ ekonomija cirkulariu u b’hekk din il-figura mistennija tigi estiza b’mod sostanzjali. Dan ikompli jenfasizza l-importanza ta’ l-istrategija ta’ dan il-gvern sabiex l-impjanti jitwettqu malghajr kemm jista jkun.

Skart li hu stmat li jiġi landfilled

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart hu stmat li se jiġi landfilled sakemm jinbena l-impjant tal-waste to energy?

Response (FARRUGIA, AARON)

Kull sena, madwar 300,000 tunnellata ta’ skart qed jiġu landfilled. Sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri li qed jimplimenta l-gvern mhuwiex mistenni li dan l-ammont jonqos b’mod konsiderevoli. Madankollu ta’ min wieħed iżid li l-istrateġija l-immaniġġar ta’ l-iskart il-ġdida ser ikolla diversi miżuri li jkomplu fuq l-approċċ ta' reduce, re-use, recycle. Minkejja dan, xorta waħda nafu li l-ekonomija ta' dan il-pajjiż qiegħdha dejjem tikber u li għalkemm il-ġenerazzjoni per kapita hemm sforzi kbar biex tiġi indirizzata, wieħed ma jistax jinjora l-fatt li l-popolazzjoni tal-pajjiż qiegħda tikber. Dan qed jiġi kkunsidrat u tant hu hekk li l-impjant tal-waste to energy, għalkemm ħa jkollu l-kapaċità neċessarja biex jindirizza dawn il-bżonnijiet, hu ser ikollu żewġ linji biex meta l-quddiem għad jonqos il-bżonn tiegħu f’perjodi partikolari tas-sena, linja minnhom tkun tista' tintefa.

Wasteserv — investiment

Question

Peress li l-Gvern għadu kif nieda kampanja dwar l-akbar investiment li l-Wasteserv ser tagħmel fil-Magħtab, jista’ l-Ministru jgħid minn liema pjan strateġiku dan l-investiment joħroġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Minn barra t-twegiba li inghatat ghal PQ14503 u d-dokumenti hemm referuti, ta min wiehed jghid li dan l-investiment huwa bbazat fuq principji cari u strategici li johorgu minn obbligi Ewropej. Dawn l-impjanti ser ikunu qed iwasslu lil pajjiz bix b’mod strategiku jilhaq l-obbligi tieghu bl-aqwa mod possibli.

Il-Magħtab – Strategic Environment Assessment

Question

Peress li d-Direttiva 2001/42/EC (SEA Directive) tikkonċerna studji ddettaljati fuq l-effetti li ċertu pjanijiet u programmi (inkluż dawk relatati mal-iskart) għandhom fuq l-ambjent, jista' l-Ministru jippubblika l-iStrategic Environmental Assessment li għamel il-Gvern sabiex wasal għad-deċiżjoni għall-investiment li ħabbar fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-impjanti kolla li thabbru u li qedin jigu proposti qedin jigu mghoddija mill processi ta studji u permitting neccesarji. Kull studju li ntalab mill awtoritajiet regolatorji u ta l-ipjanar qed isir u dawn jigu ppublikati bhala parti mill process tal-permitting.

Il-Magħtab – investiment — fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-investiment li ħabbar fil-Magħtab hu investiment minn Fondi Ewropej?

Response (FARRUGIA, AARON)

ħNinforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma għamel fis-snin mgħoddija l-Gvern hu kommess li jagħmel użu tajjeb u sħiħ mill-fondi Ewropej allokati lill-pajjiżna. Iżda kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant l-ippjanar tal-programm il-ġdid ta’ fondi Ewropej għas-snin 2021 -2027 għadu għaddej u għal dan il-għan iridu jsiru d-diskussjonijiet rispettivi sabiex ikun assigurat li l-fondi jintużaw bl-aħjar mod u in linea mċar-regolamenti applikabbli fuq il-fondi. Li hu żgur huwa li nista’ inserraħ ras l-Onor. Interpellant minn zewg affarijiet. L-ewwel li l-impjanti mehtiega ghall-iskart ser isiru bl-ahjar mod u t-tieni li dal-Gvern ma jahlix fondi Ewropej u juzahom bl-ahjar mod.

Polluter Pays Principle – Cost Benefit Analysis

Question

Peress li r-regoli stabbiliti, inkluż dawk li joħorġu minn direttivi Ewropei, jisħqu fuq il-Polluter Pays Principle u peress li l-Gvern ser jagħlaq Sant'Antnin wara biss ftit żmien jopera, jista' l-Ministru jikkonferma kif ser japplika l-Polluter Pays Principle tul l-operat ta' dawn l-impjanti ġodda, ċjoè, għal għoxrin sena li ġejjin? Fid-dawl ta' dan, jista’ jippubblika l-Cost Benefit Analysis li għamel għal kull wieħed minn dawn l-impjanti ġodda ħalli l-poplu Malti jkun jaf x'qed jippjana l-Gvern fuq il-finanzjament ta' dawn il-proġetti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta ohra.

Wasteserv – art fil-Magħtab

Question

Qabel il-Wasteserv identifikat l-art li trid tittieħed fil-Magħtab, jista' l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-art imsemmeija ġiet identifikata wara li l-Wasteserv ħadet kont tal-infrastruttural ezistenti ġewwa l-Magħtab u l-ispazju li kull faċilita kellha bzonn inkluz l-ispazji ta' ċirkolazzjoni. Il-Gvern kien diġa aġixxa għall-ewwel rejazzjoni ta' dawk li kienu ser ikunu affetwati mit-teħid ta' l-art u naqqas b'mod konsiderevoli l-ammont ta' art li issa qeda tiġi proposta minn dik oriġinali. Saret konsultazzjoni mal-istakeholders kollha involuti nkluz il-kunsilli lokali, raprezentanti tal bdiewa, raprezentanti tar-residenti, raprezentanti tas-setturi kummercjali u ukoll NGOs li urew interess f’dan l-investiment. Irrid infakkar lill-Onorevoli Interpellant fil-miri l-ġodda li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret għar-riċiklaġġ tal-iskart, miri li għalihom jinħtieġu dawn il-faċilitajiet. Mingħajr dawn il-faċilitajiet mhux biss inkunu qegħdin infallu li nilħqu l-miri tagħna imma wkoll ikollna bzonn ħafna izjed art għal skop ta' engineered landfill (mizbla).

Tqassim ta’ art

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-pjanta li turi kif l-art verġni, li ser tittieħed, ser tiġi mqassma sabiex tilqa' dan l-investiment ġdid u kif se jaħdem l-aċċess?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari 14095, jien infurmat li dwar aċċessi għas-siti varji dawn għadhom qed ikunu determinati. Fil-kuntest ġenerali nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 14652.