Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #15207 Sitting 340 2020-06-08 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex Prim Ministru – ittra tar-riżenja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix kopja tal-ittra tar-riżenja mill-kariga tal-Prim Ministru mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-pussess tal-gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill Onor Interpellant li l-ittra li qed jirreferi għaliha, kienet indirizzata lill-President ta’Malta.

Water Framework Directive – Bathing Water Management Committee

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi l-informazzjoni rigward il-kostituzzjoni tal-Bathing Water Management Committee, liema kumitat kellu jiġi mwaqqaf skont l-Avviż Legali 125 tal-2008 għall-implimentazzjoni tas-2nd Water Catchment Management Plan taħt il-Water Framework Directive?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma Interpellant illi dan il-bord kien appuntat biex jistabilixxi l-kriterji skont l-Avviż Legali 125 tal-2008 dwar ir-Regolamenti ta’ l-2008 dwar il-Maniġġjar tal-Kwalita’ ta’ l-Ilma Tajjeb għall-Għawm. Ġaladarba l-kriterji ġew stabbiliti u ġew eżekwiti, illum qed isiru konsultazzjonijet mall-entitajiet ikkonċernati skont l-esiġenzi.

Bathing Water Management Committee – SWM 11

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-miżuri u azzjonijiet u deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Bathing Water Management Committee sabiex tiġi implimentata l-miżura SWM 11 tas-2nd Water Catchment Management Plan rigward iż-żoni uffiċjali tal-Għawm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi d-domanda parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Water Framework Directive – Bathing Water Management Committee

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni rigward il-kostituzzjoni tal-Bathing Water Management Committee, liema kumitat kellu jiġi mwaqqaf skont l-Avviż Legali 125 tal-2008 għall-implimentazzjoni tas-2nd Water Catchment Management Plan taħt il-Water Framework Directive?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ħlas lill-persuna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar kull ħlas li qatt sar mill-budget tal-Ministeru tiegħu jew minn kull entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu jista’ jagħti totali għal kull sena bir-raġuni għal-ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – impjieg ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lil din il-Kamra jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew konsulenza jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ma ingħatat l-ebda impjieg jew konsulenza jew kuntratt la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – ħlas lill-persuna

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lil din il-Kamra dwar kull ħlas li qatt sar mill-budget tal-Ministeru tagħha jew minn kull entità li taqa’ taħt il-Ministeru tagħha mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġobha tista’ tagħti totali għal kull sena bir-raġuni għal-ħlas?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija qatt ma ingħata xi tip ta’ ħlas la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet taħt ir-responsabbilita’ tal-Ministeru.

Ġebla taż-żonqor

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi studji li għandu f’idejh dwar l-ammont u l-post eżatt fejn tinstab fil wiċċ il-ġebla taż-żonqor? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra x’inhu l-prezz li din il-ġebla ġġib fis-suq bħalissa fil-forom varji tagħha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant li jien m’għandix f’idejja l-istudju li qed jirreferi għalih. Infakkar ukoll li s-settur in kwistjoni huwa suq liberu u l-prezz huwa dak li jkun ddeterminat fis-suq fil-mument tat-transazzjoni relattiva. Ovvjament il-materja allura ma taqax taħt ir-responsabbiltà tad-dekasteru tiegħi.

Settur tal-Haulage

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk is-settur tal-Haulage hux liberalizzat jew hekk hux Closed Shop?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għar-Risposta tal-Mistqosija Parlamentari Numru 14692 ta’ Seduta 332 li kienet tittratta l-istess suġġett. Intenni li l-materja mqajma minnu fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 14993 hija intrinsikament konnessa u korollarja għall-kwistjoni tal-ħruġ ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni bl-ittri 'HQ', liema kwistjoni, kif digà spjegajt fir-Risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14692, tikkostitwixxi l-mertu ta' proċeduri ġudizzjarji li jinsabu sub judice u tinvolvi entitajiet governattivi oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' Ministeru ieħor u għalhekk qed jerġa' jiġi mtenni li ma jkunx floku li tingħata risposta għal din id-domanda qabel ma jkun hemm ezitu finali għal tali proċeduri ġudizzjarji.

Transport Malta – liċenzja skont il-liġi 65.19

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk persuna li hi liċenzjata b’liċenzja ta’ Transport Malta skont il-liġi 65.19, jistax jopera liberalment fil-portijiet Maltin?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għar-Risposta tal-Mistqosija Parlamentari Numru 14993 tal-istess Seduta.

Marsa – għeluq tal-inċineratur tal-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jagħlaq l-inċineratur tal-Marsa ġaladarba jibni inċineratur ġdid fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-Impjant il-gdid fil-Maghtab se jkun qed jiehu post dak tal-Marsa.
Leg 13 PQ #14827 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-Prim Ministru – termination package

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-termination package li ngħata l-ex Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li benefiċċji terminali għal eks-Prim Ministri huma bbażati fuq skema, li kienet ġiet introdotta fl-2004 u emendata fl-2018 u fl-2019. Hemm skema li tapplika wkoll għall-membri kollha tal-Kabinett. Skont skema, li ġiet introdotta fl-1995 u emendata fl-2013, eks-Prim Ministri huma intitolati għal assistent personali u xufier.
Leg 13 PQ #14828 Sitting 338 2020-06-02 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-Prim Ministru – ittra ta’ riżenja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ riżenja tal-ex Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12568.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew konsulenza jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettaliji tagħha ingħataw separatament m’għandha l-ebda tip ta impjieg, konsulenza jew kuntratt mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej– ħlas lill-persuna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar kull ħlas li qatt sar mill-budget tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu jista’ jagħti totali għal kull sena bir-raġuni għal-ħlas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 s’issa qatt ma saru pagamenti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej lill-persuna dettaliji tagħha ingħataw separartamnet.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji ż-Żgħar – impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew konsulenza jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi din il-persuna msemmija m’għandiex impjieg, konsulenza jew kuntratt ta’ebda xorta mal-ministeru jew xi entità li taqa' taħtu.

Malta North – materjal riċiklabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kapaċità f’tunnellaġġ ta’ materjal riċiklabbli fis-sena li qed jiġi trattat fil-Malta North?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar sena kalendarja, il-materjal riċiklabbli miġbur mill-borża griża laħaq il-kapaċità totali ta’ madwar 32,000 tunnellata.

Magħtab – Material Recovery Facility

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ materjal riċiklabbli se jkun jista’ jitratta fis-sena l-Material Recovery Facility ġdid li l-Gvern beħsiebu jibni fil-Magħtab?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-volum massimu li qed jiġi kkunsidrat hu ta' madwar 70,000 tunnellata fis-sena.

Organic Processing Plant u The Anaerobic Digestion Plant

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li ż-żewġ impjanti, jiġifieri l-Organic Processing Plant (OPP) u The Anaerobic Digestion Plant (AD) fil-Magħtab u f’Sant Antnin huma biżżejjed biex jitrattaw il-volum kollu ta’ organic waste ġġenerat fil-pajjiż?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li żewġ impjanti msemmija jifilħu għal skart kollu li mistenni jinġabar mill-borża l-bajda.