Legislature:
Category:
Reset
Active:

Strateġiji għal tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gass serra

Question

Peress li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ntalbu li jiżviluppaw strateġiji fit-tul dwar kif qegħdin jippjanaw li jirreġistraw tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra biex jintlaħħqu l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll dawk tal-UE, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-istrateġija fit-tul nazzjonali ta’ Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-istategija in kwistjoni ser tinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika iktar tard din is-sena.

Politika dwar in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art

Question

Peress li t-13-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea nnotifikaw lill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni (UNCCD) li huma milquta serjament min-nixfa hekk kif l-art issir dejjem aktar arida u peress li ġie rrappurtat li l-Italja żviluppat politika dwar in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art u l-UNCCD ħeġġeġ lill-pajjiżi l-oħra biex jagħmlu l-istess, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hux qiegħda taħdem fuq l-istrateġija tagħha dwar dan? Meta huwa mistenni li narawha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta, hija wieħed mit-13-il pajjiż tal-UE li huma milquta serjament min-nixfa, hekk kif pajji¿na huwa affettwat mill-klima arida, id-degradazzjoni tal-art u n-nixfa. Permezz tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA), Malta qiegħda taħdem fuq strateġija sabiex tiġġieled id-de¿ertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art u n-nixfa. L-istrateġija se tkun definita fi Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni li għandu bħala għan ewlieni li tnaqqas id-degradazzjoni u b’hekk Malta tilħaq newtralità tad-degradazzjoni tal-art. Il-prinċipji li se jiggwidaw dan il-pjan huma: (1) li nipprevjenu u ntaffu aktar degradazzjoni tal-ħamrija u nippreservaw il-funzjonijiet tagħha u; (2) li l-ħamrija degradata terġa’ tinġib fi stat li l-livell ta' funzjonalità tagħha jkun konsistenti mal-użu attwali u maħsub. Il-proċess sabiex infasslu dan il-Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni qiegħed isir parallelament mal-Istrateġija Nazzjonali u Pjan ta’ Azzjoni għall-Bijodiversità 2022-2031, bit-tir li dawn jitlestew sal-2022, wara proċess sħiħ ta’ konsultazzjoni, hekk kif mitlub mill-Att għall-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549 tal-Liġijiet ta’ Malta). L-ewwel proċess tal-konsultazzjoni dwar l-intent tal- Pjan Nazzjonali ta' Azzjoni diġà inbeda. Għal aktar tagħrif nirreferi lill-Onorevoli għas-sit elettroniku tal-ERA.

Maniġġar tal-Iskart

Question

Fid-dawl tal-oġġettiv dwar l-ekonomija ċirkolari li jkollna tnaqqis bin-nofs tal-iskart residwali muniċipali sal-2030, it-Taxonomy Report Technical u l-komunikat tal-Kummissjoni tal-2017 dwar “l-irwol tal-iskart li jiġi ttrasformat f’enerġija fl-ekonomija ċirkolari”, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini ta’ din il-faċilità huwiex fil-livell tal-miri tal-UE dwar l-immaniġġar tal-iskart li jridu jintlaħħqu? Jekk kif din il-faċilità mhijiex fil-livell tal-miri tal-Unjoni dwar it-tnaqqis tal-iskart, il-proġett x’aktarx ma jikkwalifikax għal fondi mill-EIB, kif biħsiebu jħallas għal din il-faċilità l-gvern?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nassumi li l-Onor. Interpellant huwa nfurmat dwar il-miri l-ġodda fil-qasam tal-iskart skond dak l-imsejjaħ New Waste Package tal-2018. Nassumi wkoll li l-Onor. Interpellant huwa familjari mad-dokument tal-2015 Closing the loop - An EU action plan for the Circular Economy li fih kien diġà mbassar li l-Kummissjoni kienet se tistabbilixxi miri iżjed ambizzjużi. Ma dana kollu dan id-dokument kien elenka li: “When waste cannot be prevented or recycled, recovering its energy content is in most cases preferable to landfilling it, in both environmental and economic terms. ‘Waste to energy’ can therefore play a role and create synergies with EU energy and climate policy, but guided by the principles of the EU waste hierarchy”. U hekk qegħdin nagħmlu. Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-immanniġġjar ta’ l-iskart ma jdurx biss mal-impjant hekk imsejjaħ Waste to Energy. Bħala ma żgur segwa l-Onorevoli Kollega, ħabbarna numru ta’ impjanti li l-ewwel u fuq kollox ser iwasslu biex nilħqu l-miri tagħna f’dak li għandu x’jaqsam mar-riċiklar. Biex infakkar lil din il-Kamra, ser inkunu qed nibnu Material Recovery Facilty li tippermetti li skart riċiklabbli jiġi separat u mibgħut barra biex jerġa jinħadem f’materja prima kif ukoll Organic Waste Treatment Facility biex l-iskart organiku jiġi ttrattat biex apparti l-enerġija nipproduċu kompost li jista’ jintuża biex itejjeb il-kwalita tal-ħamrija tagħna. Din hi l-bażi ta’ ekonomija ċirkulari fejn l-iskart isir materja prima li jista jintuża f’settur ekonomiku ieħor. Dawn l-impjanti flimkien ma’ l-impjant Waste to Energy ser ukoll jgħinu biex nilħqu l-mira li tillimita l-ammont ta’ skart muniċipali li jista’ jintrema fil-miżbla. Nirreferi lill-Onor. Interpellant ukoll għall-aħħar dokument li għada kif ħarġet il-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari l-isem, A new Circular Economy Action Plan for a Cleaner and More Competitive Europe biex jinforma ruħu fejn il-Kummissjoni qegħda tagħmel enfasi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ekonomija ċirkolari. Nawgura li meta naslu għal dawn ir-riformi fil-prattiċi, insib lill-Onorevoli kollega u lill-Oppożizzjoni spalla ma spall miegħi u b’dan l-istess entużjażmu biex tassew intawwlu l-ħajja tar-riżorsi naturali anke f’pajjiżna. Dwar l-iffinanzjar ta’ dan il-proġett il-gvern diġà wera biċ-ċar li ser ikun qed jipprovdi l-fondi neċessarji, filwaqt li mhux qed ikun eskluż li jintużaw strumenti oħra neċessarji li jkunu disponibbli għall-gvern. Dan ġaladarba il-pjan tal-Gvern jirrispetta d-direttivi u l-miri kollha Ewropej.

Inċinerazzjoni tal-Iskart

Question

Fid-dawl li rapporti mill-Portugal, il-Belġju u l-Iskandinavja wrew li l-gvernijiet qegħdin jitbiegħdu mill-inċinerazzjoni tal-iskart, anke jekk Malta żżid il-kapaċità tar-riċiklaġġ tagħha, fil-livell tal-miri tal-UE dwar l-immaniġjar tal-iskart, dan jirriżulta f’inqas skart li jkun qiegħed jintbagħat għall-inċinerazzjoni u jkun ifisser li Malta jkollha ġġib l-iskart minn barra biex il-faċilità tkun ekonomikament vijabbli, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsiderazzjoni ta’ dawn il-fatturi hekk kif kienu qegħdin jitfasslu dawn il-pjanijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

L-incineratur ġie ddisinjat għall-ammont ta' skart li jifdal wara li jintlaħqu l-miri tar-riċiklaġġ kif meħtieġa mill-Waste Package il-gdid. Dan il-mudell ġie stabbilit mill-JASPERS li huma l-konsulenti tal-Bank Ewropew għall-Investiment. Ta' min ifakkar li kien diġà sar studju dwar il-fattibilità tal-inċinerazzjoni tal-iskart meta mqabbla mal-esportazzjoni ta' l-istess skart li wera li ekonomikament jagħmel sens li jkun hawn impjant lokali. Irrid infakkar ukoll illi Malta hija gżira izolata mill-kontinent u allura m'ghandiex il-lussu ta' sistemi ta' trasport li jistghu jittrasferixxu ammonti ta' skart lejn facilitajiet ohra f'zoni jew pajjizi differenti kif jigri fl-Ewropa kontinentali. Taħt il-prinċipju ta' sostenibilità u self sufficiency allura jagħmel aktar sens li Malta jkollha l-impjant għall-irkupru tal-enerġija mill-iskart tagħha li jkun iddisinjat b'mod li jkun ukoll flessibbli ghal certa kambjamenti fil-generazzjoni tal-iskart.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament m’għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li mill-baġit tal-Ministeru tiegħi ma sarux ħlasijiet lil persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament mill-2013 l’hawn.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-18 ta’ Ġunju 2020.

Kuntratt bejn Wasteserv u Ballut Blocks – materjal skavat u mormi

Question

B'referenza għall-kuntratt li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, liema kuntratt iġib id-data ta' u iffirmat bejn il-Wasteserv u Ballut Blocks reference CT2001/2012 u WSM Ref No: WSM9/2012, jista' l-Ministru jgħid x'materjal u x'tip ta' ġebla ġie skavat u allura mormi skont it-termini ta' dan il-kuntratt? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-ħlasijiet kollha li saru s'issa marbutin ma' dan il-kuntratt u l-irċevuti li jikkonfermaw fejn dan il-materjal skavat ġie mormi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-konfront ta’ x’tip ta’ ġebla kienet skavata nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15350. Jien infurmat li l-ammont li tħallas lill-kumpanija msemmija taħt il-kuntratt in kwistjoni kien ta’ €866,474. Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-materjal li inħareġ marbut max-xogħlijiet in kwistjoni. Bħala operator fis-settur il-kuntrattur kellu jieħu dan il-materjal u jiddisponi minnu skont il-liġi. Il-ħlasijiet li saru għal dan il-materjal kienu skont il-provvedimenti tal-kuntratt li kien approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

Kuntratt bejn Wasteserv u Ballut Blocks — Geological Survey

Question

B'referenza għal kuntratt bejn Wasteserv u Ballut Blocks reference CT2001/2012 u WSM Ref No: WSM9/2012, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Geological Survey inkluż il-mappa minfejn ittieħdu l-cores?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport geotekniku sħiħ li jiddefinixxi t-tip ta' blat skavat fil-landfill il-ġdida u jinkludi l-mappa minnfejn ittieħdu l-cores.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, preżentament għandu karozzi mikrija u mixtrija hekk kif ġej: Sena Ammont 2017 9 2020 3 Mikrija Mixtrija Sena Ammont 1993 1 1995 1 1996 1 1999 1 2002 2 2005 1 2006 5 2008 1 2010 3 2011 3 2012 7 2013 1 2014 4 2015 9 2016 5 2017 29 2018 11 2019 6

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant għar-risposta li ngħatat għall--Mistoqsija Parlamentari 14840.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għas-seduta 175 tal-14 ta’ Lulju 2014 fejn il-kuntratt tas-Sinjura Sai Mizzi Liang flimkien ma kopja tal-payslip kienu imqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Numru fejn isib elenkati l-ispejjeż relatati mal-kuntratt tagħha meta kienet impjegata mal-Malta Enterprise.​

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni għadha qedt tinġabar.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija fil-mistoqsija qatt ma kellha mpjieg mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jew id-dekasteru tiegħu. Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qatt ma sar ebda ħlas mill-baġit tal-Ministeru lill-persuna imsemmija fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, m’għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qatt ma tħallset mill-baġit tal-Ministeru minn mindu twaqqaf .

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.