Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema fis-segretarjat privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fis-Segretarjat Privat tad-dekasteru tiegħu? Xi kwalifiki għandhom? Kemm jitħallsu fix-xahar u x'perkaċċi għandhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 14883, is-Segretarjat tiegħi huwa kompost skont kif jipprovdi l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – vacancies għas-sajf għal studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn ser ikunu, xi kwalifiki ser ikunu mitluba u kemm ser jidħlu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, l-ingaġġ ta’ studenti fi żmien il-vakanzi tas-sajf isir skont il-provvedimenti taċ-ċirkolari annwali li tinħareġ mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Fil-każ tas-sajf 2020, iċ-ċirkolari msejħa “Opportunitajiet ta’ Xogħol tas-Sajf 2020 għall-istudenti” kienet iġġib ir-referenza MEDE/10/2020.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Board meetings matul l-2020
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16122.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – family friendly measures u childcare facility
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-family-friendly/work-life balance measures li jitħaddmu fid-dekasteru tiegħi huma dawk li jistipula l-Manual on Work-Life Balance Measures li wieħed jista’ jaċċessah online fuq is-sit tas-Servizz Pubbliku. Il-mi¿uri li jipprovdi għalihom dan il-Manwal huma applikabbli għall-impjegati kollha fl-Amministrazzjoni Pubblika. Fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ childcare, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, grazzi għall-miżura tal-Free Child Care, kif implimenta mill-Gvern fl-aħħar snin, dawk il-ġenituri/gwardjani li qegħdin, jew li jixtiequ jidħlu, fid-dinja tax-xogħol jew li jkomplu bl-istudji tagħhom, jistgħu jibbenefikaw minn child care tal-għażla tagħhom b’xejn mingħajr il-ħtieġa li jkollhom it-tali faċilità fuq il-post tax-xogħol.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlas għall-konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u minn dipartimenti fid-dekasteru tiegħu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi break down lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuta sa dan l-aħħar tas-sena u nofs?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – nisa li talbu għal transfer f’Għawdex minħabba tqala
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħu biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar ħames snin, fid-dekasteru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi ma kien hemm l-ebda mara Għawdxija li matul it-tqala tagħha talbet li tiġi ttrasferita lejn Għawdex b’mod proviżorju u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema fuq bażi ta’ kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal-liema kuntratti qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-promozzjoni ta’ xogħol aħdar (green jobs) kompla matul l-aħħar snin permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-iStrateġija għal Ekonomija Ħadra fejn komplejna l-promozzjoni ta’ investiment u tħaddin ta xogħol aħdar. Fl-istħarriġ li sar fl-2015 permezz tal-Uffiċju Nazzjonali għall-Istatistika ħareġ li 3.6% mill-impjiegi Maltin huma meqjusa ‘green jobs’. Dawn huma mferrxin tul numru ta’ setturi ekonomiċi, xhieda tal-penetrazzjoni li dawn it-tipi ta’ impjiegi qed ikollhom. Ix-xogħol dwar promozzjoni tal-ekonomija l-ħadra tkompla u l-ministeru tiegħi qiegħed jistħarreġ kemm żdiedu dawn it-tip ta’ impjiegi fis-snin 2018 u 2019 u 2020 bl-assistenza tal-uffiċċju nazzjonali ta’ l-istatistika. Fix-xhur li ġejjin ikollna stampa iktar riċenti ta’ fejn qiegħed pajjiżna fir-rigward ta’ ekonomija ħadra. Irrid inżid illi impjiegi ħodor jistgħu jkunu kkrejati minn kull settur ekonomiku u mhux permezz ta’ xogħolijiet fl-ambjent biss. Il-Ministeru tiegħi jista’ jagixxi ta’ xprun permezz tal-politika li huwa jħaddan. Ta’ min jgħid li ftit ilu ħabbart investiment kbir f’infrastruttura ħadra fil-lokalitajiet tal-Mosta, il-Ħamrun u Ħal-Qormi li għandhom ikunu ta’ xprun ta’ kif nixtiequ li l-iżvilupp tagħna jsir. Dan ser ikompli joħloq aktar postijiet tax-xogħol ħodor. L-istess jista’ jingħad fil-qasam tal-iskart fejn l-investimenti bla preċedent li ser nagħmlu għandhom jixprunaw ukoll dawn it-tip ta’ impjiegi.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – laqgħat ta’ kumitati matul l-2020
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Mejju 2020, saru laqgħat tal-bordijiet, il-kumitati, l-kummissjonijiet, il-korpi, il-kunsilli u l-punt fokali li ġejjin u li kollha jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi:
Il-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi Il-Bord tal-Azzjoni
dwar il-Klima Il-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija Wasteserv (Malta)
Limited Il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar Il-Bord
tal-Immaniġġar ta’ Il-Majjistral, Park ta’ Natura u Storja Il-Bord
tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar Il-Forum Konsultattiv
għall-Ippjanar Intelliġenti Il-Korp ta’ Approvazzjoni dwar
Eżenzjonijiet fl-Eko-Kontribuzzjoni Il-Kummissjoni tal-Ippjanar
fl-Awtorità tal-Ippjanar Il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar l-Agrikoltura
tal-Awtorità tal-Ippjanar Il-Kummissjoni Konsultattiva għall-Għażla
ta’ Siti li jistgħu jiġu inklużi bħala Siti ta’ Wirt Dinji jew
Geoparks Nazzjonali Il-Kummissjoni għal Vetturi Iktar Indaf Il-Kunsill
Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Il-Kunsill Xjentifiku Konsultattiv
Nazzjonali dwar l-Ambjent Il-Punt Fokali dwar Stima Ambjentali
Strateġiku
Il-bordijiet u l-kumitati ma ltaqgħux kienu:
Il-Bord tal-Appelli dwar l-Eko-Kontribuzzjoni Il-Bord tal-Gvernaturi
ta’ Ambjent Malta Il-Bord Konsultattiv tal-Aġenzija għall-Irkupru
tar-Riżorsi u Riċiklaġġ Il-Kumitat għat-Tmexxija tad-Dwejra il-Kumitat
tal-Utenti tal-Awtorità tal-Ippjanar
Ta’ min ifakkar li wara l-ħatra ta’ Amministrazzjoni ġdida, f’Jannar li għadda, bosta mill-bordijiet imsemmija kienu fil-proċess li jinħatru mill-ġdid, filwaqt li, fir-rigward tal-Bord tal-Appelli dwar l-Eko-kontribuzzjoni, ninsab infurmat li, matul il-perjodu msemmi, l-Bord ma rċieva l-ebda appell.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – laqgħat minn kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16122.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – impjegati b’aktar minn mobile phone wieħed imħallas mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi, inkluż is-Segretarjat, ma hemmx impjegati tal-Gvern li għandhom iktar minn mobile wieħed jew aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern u għaldaqstant ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – impjegati f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skont il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi hemm jaħdmu 12-il persuna li għalqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena. Minn dawn tlieta (3) huma nisa u disgħa (9) irġiel. Is-setturi li jaħdmu fihom dawn il-ħaddiema huma s-sigurtà, l-operat fl-ambjent, ix-xjenza u t-teknika fl-immaniġġar tal-iskart, l-ippjanar, l-infurzar, il-customer care u s-servizzi korporattivi/amministrazzjoni.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – talbiet għal teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fl-aħħar sena, kien hemm għaxar (10) uffiċjali pubbliċi li għamlu talba għal telework u uffiċjal pubbliku wieħed (1) li talab reduced hours. Dawn it-talbiet, li saru skont it-taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Manwal fuq Miżuri ta’ Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, ntlaqgħu kollha.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Ħaddiema impjegati fuq bażi part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Għoti ta’ direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-2017 sal-lum, kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward ta’ parti mill-perjodu mitlub, informazzjoni dwar Direct Orders, mogħtija skont ir-Regolament 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), kienet ingħatat diġà permezz ta’ dokumenti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-Mistoqsijiet Parlamentari 9112 u 11781. B’żieda ma’ dan, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni li tkopri l-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2018, u mis-17 ta’ Novembru 2019 sal-lum, kif ukoll informazzjoni dwar żewġ direct orders mogħtija minn Ambjent Malta fl-2019 li ma kinux jidħlu fil-parametri tal-mistoqsijiet preċedenti.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Nefqa fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa’ taħtu matul is-snin 2018, 2019 u 2020 s’issa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – nefqa fuq fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq fuel/petrol tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu, matul is-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 s’issa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tas-snin 2017, 2018 u 2019, l-informazzjoni mitluba kienet ingħatat diġà bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 12613. B’¿ieda ma’ din it-tweġiba, ngħarrfu li, minn Jannar sa Lulju 2020, in-nefqa globali fuq fuel fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi kienet ta’ EUR 569,885.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati b’kollox fl-Awtorità Maltija għar-Riżorsi u jekk humiex kollha full-time? Kif inhuma mqassmin? X’inhi l-kirja li qed tħallas l-istess Awtorità għall-uffiċini tagħha? X’inhu t-total salary bill tal-impjegati tal-Awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm 12 il-impjegat u kollha full-time. 10 impjegati huma diretti mal-Awtorita, 1 ma’ Engineering Resources Ltd u 1 ma’ Environment and Resources Authority. Il-kirja tal-Ufficini hi ta’ Eur15,756 fis-sena filwaqt li t-total salary bill tal-impjegati jammonta ghal Eur 368,021 (sena bazi 2019 u tinkludi NI Contributions)