Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-investiment li sar fl-2017, 2018, 2019 ufl-2020 mill-Gvern Ċentrali fuq l-iżvilupp tal-ġonna madwar il-Belt Valletta, f'liema ġonna sar dan ix-xogħol u fiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-On Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-ministru kkoncernat.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet din is-sena fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2020, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, ngħataw tnejn u disgħin (92) promozzjoni. Dawn kienu mqassimin hekk:
Fis-Servizz Pubbliku, ħmistax-il (15) promozzjoni li kollha ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet; Fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA), disgħa u tletin (39) promozzjoni li dsatax (19) minnhom ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet, filwaqt li l-għoxrin (20) l-oħra saru a ba¿i ta’ snin ta’ servizz sodisfaċenti skont il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv; Fl-Awtorità tal-Ippjanar, tmienja u tletin (38) promozzjoni li minnhom erbatax (14) ngħataw wara sejħa għall-applikazzjonijiet, dsatax (19) saru a ba¿i ta’ snin ta’ servizz sodisfaċenti skont il-provvedimenti tal-ftehim kollettiv, filwaqt li ħamsa (5) ngħataw b’assimilazzjoni mal-kisba ta’ kwalifika xierqa.
Jista' l-Ministru jispjega jekk teżistix xi tip ta' għajnuna lil dawk l-individwi li jridu jiżirgħu iktar siġar fil-għelieqi tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-Gvern, permezz tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, diġa’ joffri servizz ta’ xiri ta’ siġar ghall-bdiewa bi prezz adattat. Barra minn hekk il-Ministeru tieghi permezz ta’ Ambjent Malta ghandu ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ ghaqdiet bhall-FKNK, KSU u ohrajn ball-FWA fejn jassistihom fit-thawil ta’ siġar. Din l-itess ghajnuna tinghata wkoll lill-ghaqdiet ambjentali li jitolbuha. Sadanittant, konxji mill-fatt li ħafna mill-art tal-Gvern hija mikrija lill-terzi, l-Ministeru tieghi qed ifassal skema ta’ kif jista’ jkun inċentivat aktar t-tħawwil ta’ siġar f’għelieqi privati.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2017 sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, l-allowances li tħallsu lill-impjegati li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2017 sal-lum kienu jammontaw għal wieħed u għoxrin elf u disgħa u tletin ewro (EUR 21,039).
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Ħlas ta’ Allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:Copy of PQ 16148 - Ħlas ta' Allowances.pdf
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar sitt xhur u f'liema grad?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, id-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħtu, ma j¿ommux informazzjoni tal-impjegati skont jekk għandhomx diżabilità.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – nisa impjegati minn skala 7 ’l fuq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa ’l fuq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, in-numru ta’ nisa impjegati fil-livelli li tirreferi għalihom il-mistoqsija huwa ta’ mija erbgħa u ħamsin (154). Dan l-ammont jinkludi nisa minn skala sebgħa ’l fuq fuq l-iskali tas-Servizz Pubbliku u, fejn jikkonċerna l-entitajiet, nisa impjegati mill-ogħla livell ta’ middle-management ’il fuq.
WasteServ – riżenji, tkeċċijiet, ħatriet ġodda u ħolqien ta’ karigi ġodda fil-middle u top management
Question
Jista' l-Ministru jgħid, matul din il-leġiżlatura, kemm kien hemm riżenji, tkeċċijiet, ħatriet ġodda u/jew ħolqien ta' karigi ġodda fl-istruttura tal-middle u top management tal-Wasteserv u meta seħħew? Hemm xi diretturi tal-kumpanija li għandhom xi rwol eżekuttiv fit-tmexxija jew management tal-istess kumpanija? Hemm xi uffiċjali li qed jservu bħala liaison bejn il-kumpanija u l-ministeru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tkeccija filwaqt li kien hemm tlett rezenji fil-middle u top management tal-WasteServ. Ma dan kollu sar razzjonalizzazjoni tal-organigramma hekk kif normali jsir f’entitajiet illi huma kommessi li jtejbu l-operat tagħhom b’mod kontinwu. Dan l-istreamlining wassal biex jiġu issimplifikati l-linji ta’ rappurtaġġ, biex tinħoloq aktar sinerġija bejn id-dipartimenti, kif ukoll biex jittejbu r-riżultati tal-kumpanija. Bħala parti minn dan il-proċess, numru ta’ funzjonijiet li jeħtieġu sinerġija assoluta għaddew direttament taħt l-ufficju tal Kap Ezekuttiv il-ġdid li fih gew integrati numru ta manigers ezistenti kif ukoll ġodda. Ukoll, gie ingaġġat awditur principali ġdid ġewwa l-ufficju taċ- Cermen u dan bil-għan li jiġu żgurati l-kontabilita` u li l-kontrolli interni qeghdin jitħaddmu b’mod effettiv. Nikkonferma li ma hemm ebda diretturi tal-kumpanija li għandhom xi rwol eżekuttiv fit-tmexxija jew management tal-istess kumpanija. Nikkonferma wkoll li ma hemm l-ebda persuna fi hdan il-WasteServ li qed isservi b mod specifiku bhala liaison bejn il-kumpanija u l-Ministeru.
Ta’ min wieħed jispega li dan it-tibdil diġa qed iħalli l-frott b’numru ta’ suċċessi li ġew imħabbar diġa b’mod specjali fejn jidħol ir-riciklar, u b’oħrajn li ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-istaff ministerjali tiegħu li jservu wkoll fuq boards li fihom hemm rappreżentanza tal-Gvern Malti anke bħala minority shareholder? Liema huma dawn il-membri tal-istaff, x’kariga għandhom, fuq liema boards iservu u kemm jitħallsu ta’ dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema – talba għal trasferiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu trasferimenti minn ħaddiema fid-dipartiment/uffiċini li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u kemm minnhom intlaqgħu? Jista' jgħid minn liema dipartiment intalab it-trasferiment u għal fejn sar it-trasferiment?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar sitt xhur, ma kien hemm l-ebda uffiċċjal pubbliku fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar li talab trasferiment u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – xiri ta’ printers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2019 u 2020 sabiex jintużaw fil-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Jista’ jgħid minn fejn inxtraw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul il-perjodu indikat, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar inxtraw ħames (5) printers, li tlieta (3) minnhom huma multifunction printers li jservu wkoll ta’ photocopier u scanner għal numru ta’ users. Dawn it-tliet (3) multifunction printers inxtraw mingħand Image Sytems wara li ntgħażlet l-orħos offerta minn fost dawk li kienu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet. Il-prezzijiet rispettivi (bil-VAT inkluża) kienu EUR 5029, EUR 1171 u EUR 2056. Iż-żewġ (2) printers l-oħra nxtraw mingħand PC Options għall-prezz ta’ EUR 306 u EUR 128 (VAT inkluża). L-ewwel wieħed inxtara a bażi tal-orħos offerta minn fost dawk konformi mal-ispeċifikazzjonijiet filwaqt li t-tieni wieħed inxtara b’direct order.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlas ta’ overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'
overtime
matul is-snin 2019 u 2020, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlasijiet lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u l-provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħidma u xogħlijiet b’riżq persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma u xogħlijiet saru b'riżq persuni b'diżabilità mill-Ministeru tiegħu f'kull uffiċċju u dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fl-aħħar sena, fil-Ministeru għall-Ambjent it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar saru xogħlijiet sabiex jitjieb l-aċċess u jkun hemm faċilitajiet aħjar għall-persuni b’diżabilità. Dawn ix-xogħlijiet, li saru f’Casa Leoni, fil-Head Office tal-Ministeru u f’Hexagon House, kienu jinkludu faċilitajiet sanitarji, spazji għall-parkeġġ, rampi għall-aċċessibiltà u twessigħ ta’ bibien.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar ’l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mas-Segretarjat Privat tal-Ministru? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif kont spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 14883, l-ingaġġi fuq ba¿i ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru ssir skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tas-Segretarjat tiegħi, n-numru ta’ impjegati li ġew ingaġġati mis-Servizz Pubbliku huwa ta’ tnejn (2).
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – xiri ta’ laptops u notebooks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops u notebooks minn kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul l-aħħar sena u nofs? X'kienet l-ispiża minfuqa? Mingħand min inxtraw? Kif ġie deċiż mingħand min jinxtraw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – lista ta’ konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għamlu użu minnhom matul is-snin 2017, 2018, 2019 u 2020? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.