Peress li t-tibdil fil-klima u l-enerġija nadifa jimxu flimkien, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tal-Gvern fir-rigward ta' inċentivi għall-enerġija nadifa meta mqabbla ma’ enerġija konvenzjonali aktar irħisa? Liema miż-żewġ sorsi l-Gvern iħoss li l-aktar jista’ jiddefendi?
Fir-rigward tal-inċineratur, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar x’inhi s-sistema ta’ kif jintgħażel l-iskart biex jinħaraq? X’inhi l-istandard operating procedure ta’ kif jintgħażel il-waste? Kif u fuq liema kriterju tintgħażel il-waste stream, jew l-iskart jinħaraq on a first come first burn basis? Jekk le, fejn jiġi storjat il-waste kliniku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolarment żewg tipi ta’skart jaslu l-inċineratur li huma fdal tal-annimali u skart kliniku. Il-fdal tal-annimali li jistgħu jinħadmu l-Autoclave jiġu pproċessati hemm waqt li l-bqija jgħaddi għall-ħruq fl-inċineratur. Skart Kliniku jgħaddi mill-ewwel għall-hruq fl-inċineratur. Barra minn hekk, skart ieħor bhal skart farmaċewtiku jew materjali kkonfiskati mid-dwana li jistghu jinharqu fl-incineratur, jiġi aċċettat fuq bażi ta’ appuntament u l-proċess tal-ħruq isir fil-presenza tal-awtoritajiet kompetenti, skont il-każ. Il-vetturi liċenzjati li jidħlu, jgħaddu kollha mill-miżien u wara ssirilhom spezzjoni fuq kull kontenitur. Skont in-natura tal-iskart, dan jew jinhadem fl-Autoclave jew inkella jgħaddi direttament ghall-inċineratur. Il-prijorita tingħata dejjem lil fdalijiet tal-annimali u clinical waste minħabba l-fatt li dawn għandhom rata ta’ degradazzjoni għolja u minħabba n-natura perikoluza tagħħom, speċjalment l-iskart kliniku. F’każ ta’ bżonn, kemm l-iskart kliniku kif ukoll fdalilijiet tal-annimali jiġumaħzuna fi mħazen mkesħa apposta sakemm jaslu biex jiġu inċinerati.
Jista' l-Ministru jippubblika figuri li juri r-recycling performance ta' pajjiżna minn 2013 sa issa sena b’sena u jekk id-data neċessarja tal-waste streams tagħna dejjem kenitx available fil-ħin lill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk Malta jew qattx talbet u/jew ingħatat xi perjodu tranżitorju biex tilħaq dawn ir-recycling targets? Jista' jagħmel dan b’mod komparattiv mal-istati membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-istess żmien tagħna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment li sar matul din is-sena biex niksbu aktar enerġija nadifa mill-iskart? X'kien l-ammont ta' enerġija ġġenerata mill-iskart din is-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jien infurmat li din is-sena (2020) sar investiment ta’ €650,874 (VAT eskluz) biex tinkiseb aktar enerġija nadifa mill-iskart. L-ammont ta’ enerġija iġġenerata (sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2020) kien ta’ 0.73 GWh li huwa eqkwivalenti għal 725,790 unit (kWh).
>
Kumpaniji – xiri ta’ vetturi elettriċi — inċentivi
Question
Wara li jikkonsulta mal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm kumpaniji li bbenefikaw mill-inċentiv għal dawk li jixtru vetturi elettriċi fis-sena finanzjarja li waslet biex tintemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għand l-PA u l-ERA matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kienet approvata u kemm ġew rifjutati mill-bordijiet tal-awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jispecifika iktar ghal-liema applikazzjonijiet qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid eżatt f’liema direttivi u liġijiet Ewropej konnessi mal-ambjent, pajjiżna ma laħħaqx mal-implimentazzjoni rikjesta u mitluba minnha? Fir-rigward ta’ dawn id-direttivi u liġijiet, jista' jelenka l-isem u n-numru ta’ liġi Maltija fejn kull waħda minnhom tapplika?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u se tinghata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tħawlu siġar ġodda fil-perjodu mill-2017 s'issa? Fejn tħawlu? Kemm minn dawn is-siġar kienu sponsored mill-privat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 16182 - Tahwil mil-2017 s'Issa u Sponsored.pdf
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' fejn il-Gvern qiegħed jagħmel użu mill-enerġija solari biex bħala role model jagħti eżempju lill-kumplament tal-pajjiż?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba fil-ġimgħa jsir it-tbattil tal-iskips li tipprovdi l-WasteServ f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jitteħdux passi partikolari biex tiżdied il-frekwenza tat-tindif, jekk jirriżulta li f'xi sit partikolari qed ikun hemm ammont sostanzjali ta' żibel żejjed kull darba li jsir it-tindif?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-WasteServ għandna kuntratt wieħed biss li biħ jinġabru bejn 3 u 4 skips kuljum ta’ hmieġ ta’ ¿wiemel minn ġewwa l-Marsa minghajr hlas, bħala ġest ta’ corporate social responsibility. Dawn l-skips jitnaddfu u jitbattlu fil-magħtab kuljum.
Construction Waste – dumping f’barrieri privati u f’public landfills
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi statistika dwar construction waste li ġie dumped f’barrieri privati, b’lista sħiħa tagħhom mis-sena 2017 sal-lum? Kemm ġie dumped construction waste f’public landfills bħal Magħtab fl-istess medda ta’ żmien? Liema tenders jeżistu għad-dumping ta’ construction waste fil-Magħtab u kemm minnu qed jiġi riċiklat? Kemm qed jitħallas il-kuntrattur involut u min huwa? Kemm ġie dumped construction waste fil-baħar fl-istess perjodu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm distinzjoni bejn skart iġġenerat mit-twaqqigħ u l-kostruzzjoni, u dak li jirriżulta mill-iskavar. Fir-rigward tal-Magħtab, l-iskart li jidħol ikun iġġenerat mit-twaqqigħ u l- kostruzzjoni, u jkun imħallat. Għal dan ma jeżisti l-ebda tender u ma jsir ħlas lill-ebda kuntrattur. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Billi s-sena l-oħra ġiet iddikjarata Stat ta’ Emerġenza tal-Klima, jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar dan li ġej:
a) il-pjanijiet għall-
awareness campaign
;
ċ) it-twaqqif tal-climate change division fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi;
d) it-twaqqif tal-climate change consultative council;
e) l-inter ministerial committee on climate change and energy taħt ic-chairmanship tal-Prim Ministru;
f) il-ħatriet ta’ climate change policy analysts fid-diversi korporazzjonijiet tal-Gvern; u
j) il-carbon footprint reduction plans fl-entitajiet governattivi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tal-mozzjoni dwar Stat ta’ Emerġenza tal-Klima, hemm numru ta’ miżuri li diġà twettqu kif ukoll oħrajn li qed jiġu implimentati. Fost dawn wieħed jista’ jsemmi l-emendi li saru fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549) sabiex, f’din il-Kamra, l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp ikun jipprovdi wkoll għat-Tibdil fil-Klima. Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat f’tweġibiet li tajt jien stess, u anke bosta mill-kollegi tiegħi, għal Mistoqsijiet Parlamentari dwar afforestazzjoni, l-Gvern huwa kommess li jkompli jaħdem bla heda sabiex f’pajjiżna jkompli jħawwel aktar siġar; fil-fatt, permezz ta’ Ambjent Malta biss, l-għadd ta’ siġar u arbuxelli indiġeni li ħawwel il-Ministeru tiegħi matul din is-sena diġà qabeż id-disat elef u mija. Sadanittant, sal-aħħar ta’ din is-sena, se tiġi ffinalizzata l-istrateġija Nazzjonali li twassal għal żero karbonju (Low Carbon Development Strategy) u se titħabbar ukoll id-data meta f’pajjiżna se titwaqqaf l-importazzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bi fuel li jniġġes. Il-mira tagħna hija li pajjiżna jkun newtrali mill-karbonju sal-2050 u triqitna f’din id-direzzjoni diġà bdiet. Tant hu hekk li fil-baġit li ħabbar il-gvern għall-2021 ġew inklużi bosta miżuri dwar enerġija rinovabbli, skrappjar ta’ vetturi li jħammġu, investimenti f’mezzi ta’ trasport alternattiv u skemi oħrajn li lkoll flimkien se jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. Dan minbarra ħidma parallela fuq spazji miftuħa u żoni semi-pedonali.
Fir-rigward tal-miżuri speċifiċi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, ngħarrfu li dawn ma joħorġux mill-mozzjoni tal-2019 iżda mill-istrateġija ta’ mitigazzjoni li kienet ġiet ippublikata fl-2009 u li issa qed tiġi mġedda. Madankollu, tajjeb wieħed jispjega li:
• Il-kampanja edukattiva dwar it-Tibdil fil-Klima hija waħda mill-miżuri li tħabbru fid-diskors tal-baġit għall-2021. Din se tibda fil-bidu tas-sena d-dieħla u se timxi mal-linji tal-Mozzjoni dwar l-Emerġenza tal-Klima;
• It-taqsima għat-tibdil fil-klima ilha mwaqqfa l-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi sa mill-2010;
• Il-kunsill konsultattiv dwar it-tibdil fil-klima huwa mwaqqaf bħala “Il-Bord tal-Azzjoni dwar il-Klima” taħt l-Att XVII (sbatax ruman) tal-2015;
• Il-Kumitat Inter-Ministerjali dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija twaqqaf b’rappreżentanti mill-Ministeri u matul l-aħħar sentejn iltaqa’ b’mod regolari sabiex tfassal il-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima li ntbagħat lill-Kummissjoni Ewropea aktar kmieni din is-sena;
• Il-ħatra ta’ Uffiċjali Pubbliċi li janalizzaw il-politika mill-perspettiva tat-tibdil fil-klima saret fid-Direttorat għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima li ilu jopera fil-Ministeru responsabbli mill-ambjent sa mill-2013;
• Il-ħidma biex l-entitajiet governattivi jnaqqsu l-impronta tal-karbonju hija waħda kontinwa; tant hu hekk li, fost l-oħrajn, kif anke tħabbar fid-diskors tal-baġit, il-Gvern se jwettaq studju biex il-vetturi fis-Servizz Pubbliku jinbidlu għal dawk li jaħdmu bl-elettriku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi konsiderazzjoni għal leġiżlazzjoni dwar solar roof rights?
Response (FARRUGIA, AARON)
Kif jaf l-Onor. Interpellant it-tema tal-mistoqsija hija qasam pjuttost ġdid li numru ta’ pajjiżi bdew jesploraw u jiddiskutu. Qed insegwu dawn id-diskussjonijiet ma’ ministeri oħra koncernati sabiex eventwalment tittieħed deċiżjoni fir-rigward.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – xiri ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtrawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni dwar il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku li qed jintużaw fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar kienet ingħatat diġà fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 12994. Fir-rigward ta’ flus iffrankati, rrid ngħid li, għalkemm l-użu tal-karozzi elettriċi naqqas in-nefqa tal-Ministeru fuq xiri ta’ fuel b’madwar EUR 3,000, l-ikbar benefiċċju li ġġib magħha l-qalba minn karozzi konvenzjonali għal dawk elettriċi jinsab fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u allura f’arja aktar nadifa u f’inqas impatt fuq it-tibdil fil-klima.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi iva, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi żżomm database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar it-tip ta’ dan l-iskart, minn fejn qiegħed joriġina u fejn qiegħed jispiċċa. Jinżammu ukoll records dwar kemm minn dan l-iskart qiegħed jiġi esportat u lejn fejn. Fuq nota ġenerali, hazardous waste jiġi esportat primarjament lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea kemm għall-operazzjoniet ta’ rkupru kif ukoll għal-operazzjoniet ta’ rimi. Nikkonferma ukoll li teżisti sistema sabiex esportazzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ skart tkun segwita.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jagħti break down ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħtiġijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u l-entitatjiet li jaqgħu taħtu, n-numru ta’ karozzi/vetturi mikrija huwa ta’ tnejn u tmenin (82) u ċ-ċifra ta’ flus li titħallas kull xahar (VAT esklu¿a) hija ta’ tlieta u għoxrin elf, mitejn u tnejn u sebgħin ewro (EUR 23,272).
Dawn il-karozzi/vetturi huma mqassmin hekk:
• Ħamsa (5) fil-Ministeru u l-Head Office;
• Għoxrin (20) fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi (ERA);
• Tnejn (2) fil-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd.;
• Erbgħa u ħamsin (54) fl-Awtorità tal-Ippjanar (PA), u waħda (1) fl-Aġenzija għall-Irkupru tar-Ri¿orsi u Riċiklaġġ (RRRA).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-kompost f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm swiet din il-produzzjoni sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-livelli kif ċertifikati mil-laboratorji tal-kompost in kwestjoni sena b'sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fit-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 14094 u 14819, il-produzzjoni ta’ kompost agrikolu se tkun possibbli la darba jitwettaq il-proġett tal-Organic Processing Plant. Dan se jkun impjant iddedikat biex jittratta l-iskart organiku tal-borża l-bajda waħdu u li se jiġġenera kemm elettriku kif ukoll kompost għall-agrikoltura
Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament;
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi;
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi nħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order;
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order; u
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul il-perjodu msemmi, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ittieħdu l-inizjattivi li ġejjin sabiex fl-uffiċini jsir u¿u minn sorsi alternattivi ta’ enerġija:
Fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi, fl-2018, ġew installati ¿ewġ solar water heaters għall-prezz ta’ sebat elef, seba’ mija u erbgħa u sebgħin ewro (EUR 7,774), VAT esklu¿a. Din l-installazzjoni kienet parti minn tender usa’ li kien intrebaħ mill-kuntrattur Richard Cauchi. Barra minn dan, irrid ngħid li grazzi għal xogħlijiet oħra li wettqet l-Awtorità, hija irnexxielha ttejjeb iċ-ċertifikat dwar ir-rendiment tal-enerġija minn “G” għal “B-rating”.
Fejn jikkonċerna l-Awtorità tal-Ippjanar, matul is-snin imsemmija, ma saret l-ebda installazzjoni li tipprovdi sors alternattiv ta’ enerġija għax ħidma bħal din kien saret diġà fl-2015. F’dik is-sena, minbarra bosta mi¿uri biex tiġi kkonservata l-enerġija, kienu ġew installati l-pannelli fotovoltajiċi. Sadanittant, fil-pre¿ent, l-Awtorità tal-Ippjanar tinsab għaddejja bit-tħejjijiet meħtieġa sabiex twaqqa’ u tibni mill-ġdid l-uffiċini li għandha fir-Rabat, Għawdex. Dan se jsir permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti u l-blokka l-ġdida se tkun mgħammra b’installazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-enerġija u l-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi alternattivi.
Ħidma simili għal dik li diġà wettqet l-Awtorità tal-Ippjanar qed tiġi ppjanata wkoll għall-Head Office tal-Ministeru fejn qed isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex jinħareġ tender għall-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi u sabiex jittieħdu aktar mi¿uri għall-konservazzjoni tal-enerġija.
Min-naħa tal-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd., irrid ngħid li kelli aktar minn opportunità waħda sabiex f’din il-Kamra nagħti spjega dwar il-proġetti kbar li se twettaq din il-kumpanija fi¿-¿mien li ġej u li grazzi għalihom se nkomplu niġġeneraw aktar enerġija nadifa mill-iskart, kif diġà kien qiegħed isir sa minn qabel l-2017. F’dan ir-rigward nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsijiet Parlamentari li diġà weġibt dwar il-kullana ta’ proġetti li flimkien se jiffurmaw l-Ecohive fosthom il-mistoqsijiet 14094 u 15478.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema jgħinu fiż-żamma tal-indafa fl-inħawi ta’ Buġibba u Qawra
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibiltà li għax-xhur tas-sajf, numru ta' ħaddiema li jaqgħu taħt xi sezzjoni tal-ministeru, jintużaw biex jgħinu f'dik li hi żamma tal-indafa fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra u dan billi fis-sajf f'dawn l-inħawi jkun hemm influss qawwi ta' Maltin u barranin?
Response (FARRUGIA, AARON)
“Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-impjegati tal-Ministeru diġà huma aktar milli impenjati fir-rwoli li huma assenjati fihom. Minkejja dan, nixtieq nassigurah li kull impjegat fil-Ministeru hu mħeġġeġ biex jadotta l-aħjar prattiċi favur l-ambjent mhux biss waqt il-ħin tax-xogħol, iżda anke barra. Nitlob lill-Onorevoli interpellant li, f’każ li jrid iżjed tagħrif dwar l-indafa f’xi lokalità partikolari, jitlob l-informazzjoni lill-Ministeru konċernat.”
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total tal-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta? Kif qed jiġi trasportat bħalissa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li t-total ta’ skart li jinġabar mill-WasteServ f’tal-Kus Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat jew mibjugħ lejn Malta huwa dak ta’ madwar 17,000 tunellata fis-sena (2019). L-MSW (borża sewda), skart organiku (borża bajda) u materjal ieħor simili qiegħed jiġi trasportat lejn Malta permezz ta’ containers speċjali “hermetically sealed” li jkunu ssiġillati, filwaqt li materjal bħal injam, tyres u oħrajn simili qed jiġu trasportati b’containers li jkunu miftuħin minn naħa ta’ fuq (open-top containers).
Il-borża tal-iskart riċiklabbli tiġi pproċessata fil-faċilità tal-Kus, fejn jigi sseparat il-materjal li jiġi mballat u preparat biex jinbiegħ. Il-parti l-kbira ta’ dan il-materjal mballat jinġabar dirett mill-facilità f’Tal-Kus u ġieli jkun hemm materjal imballat li jitwassal Malta fil-faċilità tal-Wasteserv minn fejn jiġi miġbur mill-klijent.