Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– direct order jew purchase order taħt l-€10,000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order jew purchase order (li l-valur tagħha jaqa’ taħt l-€10,000) ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? L-informazzjoni għandha tkun preżentata b’dan il-mod: PO Ref Title Date Contractor PO Value Excl. VAT

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wasteserv f’Għawdex – kwalifiki tal-Head tal-HR

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki tal-Head of HR tal-Wasteserve f’Għawdex?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ta’ Għawdex hu wieħed mill-katina ta’ impjanti li għandha l-WasteServ u b’hekk il-Head tal-HR hi l-istess waħda li topera mill-head office għall-Impjanti kollha. Bħala kwalifiki hi għandha Masters, Degree u Diploma.

Strateġija Nazzjonali dwar rinovazzjoni ta’ stokk ta’ bini dekarbonizzat u b’livell għoli ta’ enerġija effiċjenti

Question

Peress li l-Istati Membri tal-UE intalbu jiżviluppaw u jaddottaw strateġija nazzjonali fit-tul dwar ir-rinovazzjoni li titratta l-mod kif ikollok stokk ta’ bini dekarbonizzat u b’livell għoli ta’ enerġija effiċjenti sas-sena 2050, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tal-istrateġija nazzjonali fit-tul ta’ Malta f’dan ir-rigward?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Rapport tal-NAPCP – tnaqqis ta’ tniġġiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jindirizz in-nuqqasijiet relatati ma’ tnaqqis ta’ tniġġiż speċifikati fir-rapport tan-National Air Pollution Control Programme (NAPCP) ta’ Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ser inkun qed nagħti għall-mistoqsija parlamentari 16392, ninfurmaħ ukoll li ser jitwaqqaf kumitat interministerjali sabiex jara li fejn u jekk ikun hemm nuqqasijiet jirrakkomanda x’miżuri addizzjonali jistghu jittiehdu sabiex ikun żgurat li l-obbligi tal-pajjiż ikunu jistgħu jintlaħqu.

NAPCP – policies u miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ċarezza, analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, kif ukoll pjan ta’ meta għandhom jiġu implimentati l-policies u l-miżuri li huma mniżżla fin-National Air Pollution Control Programme (NAPCP)?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nemmen illi, meta wieħed jikkunsidra li l-ikbar sors ta’ tniġġis tal-arja fil-gżejjer Maltin huwa t-traffiku, ikun għaqli li n-National Air Pollution Control Programme (NAPCP) jittieħed flimkien mat-National Transport Masterplan anke għaliex ħafna mill-miżuri dwar tniġġiż tal-arja jirriflettu dak li hemm fl-imsemmija masterplan li jinkludi ukoll analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. Dawn id-dokumenti diġà jagħtu indikazzjoni ta’ meta huwa ippjanat li se jkunu implimentati l-miżuri. Hawnhekk irrid ngħid li dal-Gvern diġà wera biċ-ċar li huwa Gvern li jwettaq dak li jwiegħed u l-impenn f’dan ir-rigward jibqa’ wieħed qawwi. Irrd infakkar ukoll li wħud mill-miżuri kontemplati digà qegħdin fis-seħħ, bħat-trasport b’xejn għall-iskejjel, trasport pubbliku b’xejn għal studenti, żgħażagħ u anzjani, titjib fis-sistemi tal-ferries u skemi bħal car sharing.

Industrija tal-Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax li l-industrija tal-fish farms hija importanti għal pajjiżna u jekk il-Gvern jagħtix għajnuna lil din l-industrija biex tkompli tikber?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika fir-rigward tan-natura tal-għajnuna li qed jifhem li għandha tingħata lil din l-industrija tal-fish farms.

Fish Farms — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' spezzjonijiet isiru fuq il-fish farms li għandna f'pajjiżna? B'liema frekwenza jsiru? Kemm saru spezzjonijiet matul l-2019?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi tipi ta’ spezzjonijiet li jsiru f’pajjizna, li jinkludu: cagings, carry-overs, control transfers, intra-farm transfers, pre-releases, reefer inspections, releases u inspections fuq it-towing vessels. Ma’ dan inżid li waqt il-qtil ukoll ikunu qed isiru spezzjonijiet. Ma’ dawn isiru spezzjonijiet oħra mhux pjanati li d-dettalji tagħhom huma ta’ natura sensittiva. Minħabba l-kunfidenzjalita` tax-xogħol, kif ukoll anke’ n-natura tiegħu, m’hemmx frekwenza stabbilita, imma ħafna mill-ispezzjonijiet isiru fl-istaġun tat-tonn, bejn Mejju u Diċembru. It-tabella ta’ hawn taħt telenka l-ispezzjonijiet ta’ kontroll li saru fl-2019: BFT Farm Inspection Type 2019 Total No. of Inspections Caging 69 Carry-Over 16 Control Transfer 18 Intra-Farm 8 Pre-Release 2 Reefer 40 Release 18 Towing Vessel 69 Grand Total 240

Awtorità tal-Artijiet – Tenders maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar it-tenders maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għax-xiri, ċens u/jew kera ta’ art u/jew proprjetà mmobbli tul is-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020 u min tefa’ l-offerti u min rebaħ it-tenders u f’liema data?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba diġà nħarġet fil-pubbliku, skont il-liġi. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokumenti PL5706 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 399 nhar l-Erbgħa 11 ta' Novembru 2020)
Leg 13 PQ #16280 Sitting 390 2020-11-04 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kulleġġ Santa Tereża — Skola Primarja - siġar li tneħħew minn mal-madwar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mis-siġar li kienu maqlugħa mill-madwar ta’ u ġewwa l-iskola primarja fil-Kulleġġ ta' Santa Tereża?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wħud mis-siġar li nqalgħu mis-sit tal-Iskola Primarja fl-Imsida, fejn se tinbena skola primarja ġdida, tħawlu mill-ġdid f'postijiet oħrajn. Dan skont il-permess maħruġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (Ref: NP 0239/19). Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada se tkun qed tħawwel ukoll 93 siġra oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – infiq fuq credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ infiq fuq credit cards tal- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-snin 2017, 2018 u 2019? L-informazzjoni għandha tingħata għal kull credit card individwali u mhux kollha flimkien u għandha tkun dettaljata b’dan il-mod: Credit Card No: 1234 XXXX 5678 Data Lil min thallas Ammont

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– uffiċjali li għażlu Car Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista tal-uffiċjali kollha fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fis-snin 2017, 2018 u 2019 għażlu l-Car Allowance bħala parti mill-kuntratt tagħhom u jekk qattx il-korporazzjoni ħalsitx spejjeż relatati ma dawn il-karozzi privati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista tal-uffiċjali li għażlu Car Allowance tinsab hawn taħt; Kariga 2017 2018 2019 CEO & Directors 10 11 9 Managers 4 10 11 Total 14 21 20 Il-Korporazzjoni ma ħalset l-ebda spejjeż addizzjonali.

Dipartiment tal-Indafa Pubblika – nefqa biex inxtraw jew tħaddmu bins fil-bajjiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tal-Indafa pubblika biex inxtraw jew inħadmu bins bi skop ta’ indafa fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex bejn l-2018 sal-lum?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża in konnessjoni ma’ xiri ta’ kontenituri tal-iskart għal fuq il-bajjiet tul is-snin mitluba tammonta għal €30,560 u hija maqsuma hekk kif ġej: Sena Spiża 2018 € 6,375.54 2019 €12,454.90 2020 €11,729.60

Bajjiet Pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom isir tindif regolarment? Liema huma? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal: i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali; u ii) persuni bi bżonnijiet speċjali? F'kemm minnhom hemm il-faċilità ta' doċċa? Liema huma f'kull każ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn tnejn u ħamsin (52) bajja li jaqgħtu taħt il-ħarsien tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni (CMD). F’dawn il-bajjiet kollha jsir tindif regolari ta’ kuljum minn 108 beach cleaners li jieħdu ħsieb dawn il-bajjiet. Qiegħdha npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bajjiet maqsuma skont ir-reġjuni. Addizzjonalment, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu flimkien man-nies tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) tieħu ħsieb dawn il-bajjiet li ġejjin, fejn issir manutenzjoni intensiva qabel is-sajf u fejn jiġi pprovdut servizz ta’ superviżjoni u anke ta’ salvataġġ: · Għadira · Golden Sands (Bajja tal-Mixquqa) · Għajn Tuffieħa (Riviera) · Buġibba Perched Beach · Qawra Point · San Ġorġ, San Ġiljan · Balluta, San Ġiljan · Fond Għadir, Sliema · Fajtata, Marsaskala · San Ġorġ, Birżebbuġa · Pretty Bay, Birżebbuġa · Wied iż-Żurrieq · Għar Lapsi Ta min jgħid li l-MTA tikkontribwixxi wkoll fondi sostanzjali għall-immaniġġjar tal-bajjiet f’Għawdex u Kemmuna. F’dawn il-bajjiet kollha jsir xogħol ta’ manutenzjoni regolari matul is-sena kollha minn 14-il impjegat li jaħdmu fil-workshop. Jitpoġġew slielem, carpets u hand railings kull sena għal ħabta t’April u jitneħħew f’Ottubru biex issirilhom il-manutenzjoni neċessarja. Dawn il-bajjiet huma kollha aċċessibbli għal persuni mingħajr bżonnijiet speċjali, filwaqt li f’dawn il-bajjiet li ġejjin hemm rampa biex tgħin lil persuni bi bżonnijiet speċjali ikollhom aċċess għall-istess bajja: Tramuntana (North): · Xemxija · Għadira · Bajja ż-Żgħira Santa Marija Estate · Paradise Bay · Wied Musa · L-Armier · Little Armier · Torri l-abjad (il-kbira) · Torri l-abjad (iż-żgħira) · Golden Bay · Ġnejna Ċentrali (Central): · San Ġorġ · Baħar Iċ-Ċagħaq (taħt il-lukanda) · Exiles · Taħt id-Dolmen · Bajja ta’ Fra Ben · Qawra Point Nofsinhar (South): · Rinella · Xatt tax-Xgħajra · Fajtata · Pretty Bay Il-Bajja tal-Mellieħa, Golden Bay, San Ġorġ u Pretty Bay B’Buġa, Marsalforn u r-Ramla l-Ħamra ġewwa Għawdex għandhom siġġijiet bir-roti li jinżlu fl-ilma u tapiti tal-injam jew plastik. Fil-Fajtata (M’Skala), Qawra Point, Exiles tas-Sliema, it-Tunnara Mellieħa u Birżebbuġa ħdejn il-pitch, hemm hoist chairs li jgħinu lill-persuni bi bżonnijiet speċjali jinżlu fl-ilma. Fl-2019 ġew installati doċċi f’dawn il-bajjiet: · Għadira · Golden Sands (Bajja tal-Mixquqa) · Armier · Buġibba Perched Beach · San Ġorġ, San Ġiljan · Balluta, San Ġiljan · Fond Għadir, Sliema · Fajtata, Marsaskala · San Ġorġ, Birżebbuġa · Pretty Bay, Birżebbuġa · Ġnejna · Wied iż-Żurrieq · Għar Lapsi Din is-sena minħabba l-pandemija, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika taw struzzjonijiet li ma jkunx hemm docci jew portable toilets fuq ix-xtut Maltin u Għawdxin.

Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fish farms li fil-preżent joperaw fl-ibħra Maltin? X'tip ta' ħut u x'kwantitajiet jipproduċu rispettivament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ fish farms tat-tonn li joperaw fil-preżent fl-ibħra Maltin, jammonta għal sitta, hekk kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammont ta’ produzzjoni jirreferi għas-sena 2019. Sena Nru ta’ Farms Piz (Kg) 2019 6 Tuna Farms 1,700,204 3,584,125.38 1,599,917 2,325,500 3,010,500 499,944.9 Total 12,720,191.28 In-numru ta’ fish farms li jipproduċu ħut ieħor (awrat u spnott) fl-ibħra Maltin fil-preżent jammonta għal tnejn. It-tagħrif relatat mal-ammonti ta’ dawn il-fish farms għas-sena 2019 ikun jista’ jingħata lejn tmiem is-sena attwali.

Fish Farms – produzzjoni ta’ ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pproduċew u esportaw tunnellati ta' ħut il-fish farms li hawn madwar Malta u Għawdex bejn Ġunju 2019 u Ġunju 2020?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2019 u Ġunju 2020 il-fish farms tat-tonn li hawn madwar Malta u Għawdex ipproduċew 15,112.45-il tunnellata ta' ħut, li minnhom ġew esportati 13,850.57-il tunnellata. Ninsab infurmat d-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura jkollu t-tagħrif relatat mal-produzzjoni u l-esportazzjoni minn fish farms ohrajngħas-sena 2019, lejn tmiem is-sena attwali.

Fish Farms – impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'impact assessment sar dwar l-inħawi fejn inbnew il-fish farms? Jista' jippubblika r-rapporti li ġew miġbura bħala riżultat tal-impact assessment wara li nbnew il-fish farms?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-siti kollha fejn illum hemm fish farms (kemm tat-tonn u anke tal-awrat u ħut iehor), kienu suġġett għall-proċess ta’ Studju dwar l-Impatt Ambjentali, li jiġi ikkoordinat mill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi (ERA).

Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment huwa stmat li l-baħar ta' madwar Malta u Għawdex jiflaħ li jkollu fish farms ġewwa fih? Jista' jgħid jekk ilħaqniex il-massimu ta' trobbija ta' ħut li l-baħar tagħna jippermetti jew jekk hemmx lok għal iktar fish farms jekk ikun hemm it-talba? Jista' jgħid fuq liema studju wasal għal dawn ir-risposti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-istima ta’ kemm il-baħar jista’ jiflaħ fish farms tiddependi minn numru ta’ fatturi, inkluż it-tip ta’ ħut li jkun qed jitrabba u t-teknoloġija li tista’ tintuża (li hija affettwata mill-fond tal-baħar u minn kemm il-post huwa espost għall-qawwa tal-mewġ u r-riħ), kif ukoll aspetti ambjentali. Fis-snin meta twaqqfu l-ewwel fish farms, it-teknoloġija kienet li l-gaġeġ ma setgħux jitqiegħdu f’baħar fond ħafna. Dak iż-żmien (1993) l-Awtorita` tal-Ippjanar kienet fasslet Policy Guidance dwar fish farming, li kien identifika numru ta’ “Search Areas” fejn fish farms setgħu jiġu kkunsidrati. Matul is-snin it-teknoloġija żviluppat (c. 1999/2000) tant li l-gaġeġ setgħu ikunu ikbar u jiġu ankrati f’baħar iktar fond u f’postijiet iktar esposti. Għaldaqstant, l-ammont ta’ baħar li seta’ jkun ikkunsidrat għall-iżvilupp ta’ dawn il-farms żdied sewwa. Madankollu, il-fatturi li semmejt qabel baqgħu validi u kull meta saru studji biex tkun identifikata żona għall-akkwakultura, ġew ikkunsidrati aspetti teknoloġiċi, soċjali, ekonomiċi, u ambjentali. Meta wieħed iqis dan kollu, l-ammont ta’ baħar li jista’ jintuża għal dawn l-attivitajiet u li ma joħloqx kunflitt ma’ attivitajiet marittimi oħra leġittimi huwa ristrett, speċjalment għall-farms kbar, bħalma huma dawk tat-tonn. Għalhekk kull proposta ġdida li ssir, tiġi studjata bir-reqqa għall-impatti li tista’ toħloq, kemm ambjentali kif ukoll fuq użu ieħor tal-baħar.

Awtorità dwar l-Ambjent – uffiċjal tal-infurzar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-infurzar għandha l-Awtorità dwar l-Ambjent fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l--Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għandha 45 impjegat fid-direttorat tal-Konformità u Infurzar u li xogħolhom huwa li jassiguraw konformità mar-regoli ambjentali u jgħamlu l-infurzar li jkun hemm meħtieġ. L-Awtorità imbagħad għandha 20 uffiċċjal tal-infuzar ieħor li huma ingaġġati mill-Awtorità fuq bażi ta’ kuntratt biex jagħmlu biss spezzjonijiet u jagħtu ċitazzjonijiet fuq skart domestiku.

Studju dwar l-Impatt Ambjentali tal-Junk mail

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx ġie studjat l-impatt ambjentali tal-junk mail f’pajjiżna? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tali studju/i?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri li jindirizzaw il-junk mail fl-isfond ta’ l-ammont ta’ skart li jiġi ġġenerat u kif dan jintrema’ jinsabu fil-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġjar ta’ l-Iskart 2014-2020. Filwaqt li mhuwiex rikjest li jsir studju ta’ l-impatt ambjentali fuq miżuri speċifiċi jekk dawn ma’ jkunux ta’ natura infrastruturali, il- Pjan sħiħ kien suġġett għal Strategic Environment Assessment skont ir-Regolamenti SL 549.61 li jittrataw dan.

Park Nazzjonali tal-Inwadar – ġbir ta’ skart u radam illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabar skart u radam illegali fil-konfini tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar fuq inizjattiva li ħa l-Bord tal-Governanza flimkien mad-Dipartiment tat-Tindif?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-iskart miġbur mill-Park Nazzjonali tal-Inwadar kien fil-parti assoluta iġġenerat tul għexieren ta' snin ta' telqa u għalhekk kien qadim. Inġabar mal-1000 tunnellata ta' skart mill-Park Nazzjonali tal-Inwadar u dan bl-ghajnuna ta’ Ambjent Malta kif ukoll tad-Dipartiment tad-Tindif. Dan l-iskart jinqasam f'diversi kategoriji: muniċipali, li kien jinkludi boroż suwed taż-żibel li jarmu n-nies; (dumping) white goods li jinkludu fridges, cookers, washing machines, bramel tal-plastik, roti ta' karozzi etc;skart iġġenerat minn rinovaturi ta' kmamar tal-banju, li jinkludi madum tal-art u l-ħajt imkisser, biċċiet taċ-ċeramika u pajpijiet qodma; skart tal-kostruzzjoni (fly tipping) li kien ikun mormi fuq ix-xagħri jew fuq il-ħamrija ta' masġar pubbliku. L-akbar interventi ta' tneħħija ta' skart u radam illegali kienu fil-masġar ta' San Anard u fil-Ġolf il-Kbir, fejn fiż-żewġ imkejjen hemm proġetti ta' restawr ekoloġiku.