Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li ntalbet għadha qiegħda tiġi miġbura.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 7525 u 11985, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tat-Transparency Register li wiegħed li kien ħa jniedi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li għaddew iffinalizzajna sistema diġitali flimkien mal-awtoritajiet kompetenti filwaqt li kull individwu li daħal il-Ministeru għal laqgħat kemm miegħi u kemm mas-segretarjat tiegħi f’dawn l-aħħar disa xhur ittihdulu id-dettalji tiegħu.
Fil-frattemp, il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika għaddej b’ħidma fuq sistema ta’ “Lobby Register” allura jkun tajjeb li wieħed jistenna l-eżitu ta' dan il-proġett qabel ma jitkompla l-proġett tat-transparency register tant biex il-pajjiż jaqbel fuq mudell wieħed.
Peress li l-baġit għas-sena d-dieħla jgħid li l-Gvern se jżid il-miżuri tal-Extended Producer Responsibility, jista’ l-Ministru jgħid liema waste streams ġodda beħsiebu jintroduċi biex jiżdiedu mal-packaging, electronic waste u batteries?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nikkonferma li kif intqal fid-diskors tal-budget il-produtturi għandhom rwol kruċjali fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajji¿na u li fiż-żmien li ġej se jitwessgħu skemi eżistenti fosthom dawk li jkopru l-iskart mill-ippakkjar u t-tagħmir elettroniku. Aktar dettalji ser ikunu qed jingħataw fil-futur hekk kif dalwaqt ser inkunu qegħdin noħorġu għall-konsultazzjoni pubblika il-Pjan l-ġdid għall-Immaniġġar tal-Iskart għas-snin li ġejjin.
Ftehim bejn il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-FKNK u l-ERA
Question
B'referenza għal ftehim li sar bejn il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux sempliċement Memorandum of Understanding jew jekk hemmx penali jekk ma jiġix segwit?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ġa ngħataw għad-diversi mistoqsijiet li ġa saru dwar il-materja fosthom 16709 u 16551.
Ftehim bejn il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, l-FKNK u l-ERA — Due Diligence
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema due diligence sar fuq il-partijiet għal dan il-ftehim iffirmat bejn il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u liema progress reports u rendikonti ta’ xogħol fil-Miżieb u l-Aħrax saru u jippreżenta kopji ta’ dawn id-dokumenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-MoU in kwistjoni li tiegħu ġa tqiegħdet kopja fuq il-Mejda tal-Kamra, Nitolbu wkoll jirreferi għall-fatt li dan l-MoU ma jikkontempla l-ebda ħlas lill-FKNK. Għalhekk nixtieq li l-Onor. Interpellant jgħidilna għal liema tip ta’ due diligence qed jirreferi għalih, anke fid-dawl tal-fatt li l-MOU in kwistjoni isegwi ftehim ieħor bejn l-FKNK u l-Awtorità tal-Artijiet u li tiegħu wkoll tpoġġiet kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għar-rigward tal-progress reports, l-MoU jobbliga l-partijiet li jiddiskutu Work Plan għaż-żoni protetti fis-siti li l-immaniġġar tagħhom ġie mgħoddi lil FKNK permezz ta’ ftehim separat, liema Work Plan irid jiġi maqbul bejn il-partijiet
Pembroke – Triq Mediterran – infrastruttura fuq ix-xagħri/garique
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal xi tip ta’ flyover, triq, mina jew infrastruttura oħra fuq ix-xagħri/garique biswit Triq Mediterran Pembroke, u jekk iva, kif dawn ser jaffettwaw is-sit Natura 2000 u jippreżenta l-pjanti relattivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bl-ippjanar ta’ Pembroke-St Julian’s Connections, proġett estensiv ta’ titjib tat-toroq arterjali fl-inħawi tas-Swieqi, Pembroke u San Ġiljan, sabiex ittaffi d-diffikultajiet eżistenti ta’ konġestjoni u tniġġis tal-arja ta’ dawn l-arterji fuq iż-żoni residenzjali viċin tagħhom, filwaqt li tħejji l-infrastruttura tat-trasport għall-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar ta’ dawn l-inħawi fis-snin li ġejjin.
Dan il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid ta’ Triq Sant Andrija u parti minn Triq il-Kosta, it-tneħħija ta’ diversi sistemi ta’
traffic lights
u djuq oħrajn li hemm fit-toroq tul din ir-rotta, kif ukoll it-tħaffir ta’ diversi mini ġodda biex jiffaċilitaw l-aċċess b’mod aktar sigur u effiċjenti minn u lejn Pembroke, Paceville, San Ġiljan u s-Swieqi. B’dan it-titjib, Infrastructure Malta qed timmira li ttejjeb il-kapaċità ta’ din il-ħolqa ta’ toroq arterjali biex jonqsu d-diffikultajiet ta’ volum kbir ta’ vetturi li bħalissa jgħaddu minn għadd ta’ toroq residenzjali fl-inħawi ta’ Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan, kif ukoll it-tniġġis fl-arja, storbju u riskji ta’ aċċidenti li dawn iġibu magħhom.
Wara li tħabbar il-proġett u l-proposti inizjali tiegħu is-sena li għaddiet, bħalissa għaddejjin diversi studji u konsultazzjonijiet estensivi sabiex id-disinn ta’ dan il-proġett jiġi ffinalizzat u ppreżentat lill-awtoritajiet tal-ippjanar għall-kunsiderazzjoni tagħhom. Fl-istess waqt, l-istess studji u konsultazzjonijiet qed janalizzaw l-impatti kollha ta’ dan il-proġett, sabiex dawk tajbin jiġu msaħħa u mkattra, filwaqt li dawk mhux mixtieqa jiġu evitati jew imnaqqsa kemm jista’ jkun. Iż-żona indikata f’din il-mistoqsija tifforma parti minn Pembroke, waħda mil-lokalitajiet li ser jibbenefikaw minn dan l-investiment infrastrutturali.
Meta Infrastructure Malta tlesti dawn l-istudji u konsultazzjonijiet tekniċi, il-pjanti ta’ dan il-proġett ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati u ppreżentati lill-awtoritajiet għall-konsultazzjonijiet pubbliċi skont il-ħtieġa, u għall-kunsiderazzjoni finali tagħhom.
Il-Gvern huwa kommess li jkompli għaddej bl-investiment bla preċedent tiegħu sabiex Malta jkollha l-infrastruttura li tixirqilha, infrastruttura ta’ kwalità għolja li tibqa’ tilqa’ għall-ħtiġijiet ta’ komunitajiet differenti, filwaqt li tixpruna l-progress u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku bl-aktar mod sostenibbli.
Il-Miżieb u l-Aħrax — Ftehim mal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti li jirrigwardja ż-żoni tal-Miżieb u tal-Aħrax?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl li mill-2016 il-Ministeru ghall-Kultura ġie allokat somma ta' € 200,000 fis-sena għal PBS Ltd - Film Malti, u peress li kif jien informat li nħarġet sejħa waħda biss għal dan il-proġett - fl-ewwel sena, li rriżultat fil-film 'Carmelo', jista’ l-Ministru jgħid kif ġew utilizzati jew imqassma dawn il-fondi li jammontaw għal €600,000 minn dakinhar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-snin 2016 sa 2019, il-fondi vvutati għall-PBS-Malta film ġew utilizzati hekk:
1. Carmelo
2. Parti mill-fondi għall-produzzjoni tal-film ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’
3. Parti mill-fondi għall-produzzjoni ta’ film għall-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali bl-isem ta ‘Storbju’
Fis-sena 2020, dan il-fond ma ngħatax.
Peress li l-faċilità li tittrasforma l-iskart f’enerġija hija inkluża wkoll fid-dokument ta’ policies u miżuri tan-National Air Pollution Control Programme (NAPCP); jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kriterju ġiet inkluża meta bħalissa ma nafux x’tip ta’ skart se jiġi trattat u x’tip ta’ emissjonijiet se tipproduċi l-faċilità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-National Air Pollution Control Programme (NAPCP) għandu jikkunsidra emissjonijiet tal-arja proġettati sal-2020 u 2030. Wieħed mis-setturi li jiġu proġettati huwa dak tal-immaniġjar tal-iskart. Il-faċilità li tittrasforma l-iskart f’enerġija tagħmel parti minn dan is-settur, u għalhekk l-emissjonijiet iridu jiġu inklużi fil-projezzjonijiet tal-inventarju nazzjonali tas-sustanzi ta’ tniġġis, kif ukoll fl-NAPCP. Il-projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet minn din il-facilità ġew ibbażati fuq linji gwida li jingħataw apposta mill-Unjoni Ewropea biex jiggwidaw kif isiru l-projezzjonijiet.
NAPCP – konsiderazzjonijiet fuq emissjonijiet ta’ gassijiet perikolużi mis-settur marittimu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux xi konsiderazzjonijiet meta ġie abbozzat in-National Air Pollution Control Programme (NAPCP) tal-emissjonijiet ta’ gassijiet perikolużi mis-settur marittimu, partikolarment fil-Port il-Kbir, u l-effetti fuq il-lokalitajiet tal-madwar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-NACP, fil-waqt li jinkludi kunsiderazzjoni dwar trasport marittimu intern, jeskludi it-trasport marittimu li gej minbarra l-pajjiz u dan ghaliex artiklu 4(3) tan-‘National Emissions Ceiling Directive 2016/2284’, li minnha joħroġ l-obbligu li jsir l-NACP, espliċitament tirrikjedi l-eskluzjoni ta’ dan is-settur. Madankollu dan ma jfissirx li l-Gvern qed jinjora l-impatt li jista’ jħalli dan is-settur fuq il-kwalità tal-arja. Tant hu hekk li kif imħabbar fil-Budget 2021, il-Gvern ser ikun qed jimplimenta proġetti ta’ Arja Nadifa fil-Port il-Kbir u faċilità ta’ ship-to-shore energy għall-Port Ħieles.
Il-Miżieb u l-Aħrax — Ftehim mal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti li jirrigwardja ż-żoni tal-Miżieb u tal-Aħrax?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 16551 u 16563.
Żoni tal-Miżieb u l-Aħrax – aċċess ħieles għall-pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xhur ħa jkollu aċċess ħieles il-pubbliku għaż-żoni tal-Miżieb u l-Aħrax u kif ħa jiġi żgurat dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Naħseb li l-informazzjoni li qed jitlob lill-Onor. Interpellant diġà qiegħda fit-tweġibiet li ġa ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 16551 u 16563 fejn tpoġġew fuq il-Mejda tl-Kamra id-dokumenti relattivi kollha. Mill-bqija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Il-Miżieb u l-Aħrax — Ftehim mal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti li jirrigwardja ż-żoni tal-Miżieb u tal-Aħrax?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma– direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? L-informazzjoni għandha tkun pre¿entata b’dan il-mod:
Contract Ref.
Title
Date of Award
Contractor
Contract Value Excl. VAT
Reason for DO
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.