Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16841 tas-Seduta 388.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nassigura lill-Onorevoli interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara sejhiet għal kwotazzjonijiet, u b’permess ta’ direct orders f’kazi ta’ urgenza kif ukoll bl-intervent speċjalizzat tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Irid jingħad li s-sanatizzazzjoni tal-uffiċini saret l-aktar mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili, li sa issa diġà saru ’l fuq minn 460 dekontaminazzjoni f’binjiet u 1,100 vettura.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti qed jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareg pożittiv għall- COVID – 19 mar fi kwarantina u attwalment hemm 3 persuni li jinsabu fi kwarantina.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara direct order sabiex jiġi rispettat il-bżonn immedjat ta’ dan is-servizz.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija ta’ wara l-COVID-19 – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Fil-mument, ħadd mill-impjegati tal-Ministeru ma jinstab fi kwarantina.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – miżuri minħabba l-Covid-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċini ġew sanatizzati kull darba li kien hemm il-ħtieġa. Ix-xogħol ingħata wara li ntalbet kwotazzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm sitt persuni fil-Ministeru li ġew infettati bil-Covid-19. Bħalissa żewġ impjegati qegħdin bil-kwarantina.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bbażat fuq linji gwida maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, fil-binjiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranini u Ewropej qed jigu osservati dawn il-miżuri li ġejjin biex jikkontrollaw u jimmitigaw, kemm jista 'jkun l-imxija ta' COVID-19: · Kontrolli tat-temperatura fid-dħul tal-binja huma obbligatorji. Individwi li juru deni (37.2 Deg C jew aktar) mhumiex permessi jidħlu fl-imsemmi post; · L-uffiċjali u l-viżitaturi kollha jitħallew jidħlu fil-post biss libsin maskra jew visor ; · I- uffiċjali kollha għandhom spazju personali tax-xogħol (l-ebda hot-desking mhu permess) b'kompjuters u tagħmir tax-xogħol assenjat individwalment; · kontenituri ta’ sanitizzazzjoni ta' l-idejn ibbażati fuq 70% l-alkoħol ġew installati f'punti strateġiċi fil-postijiet kollha, b'enfasi partikolari f'żoni bħal swali fejn isiru laqgħat, entraturi, ħdejn magni tal- photocopy , liftijiet ... eċċ. Prodotti ta’ sanitizzazzjoni ġew ipprovduti fl-uffiċċji kollha; · Tindif regolari huwa żgurat, b'attenzjoni partikolari għal partijiet komuni, kċejjen, u kmamar tal-banju; · Tabelli u posters tqiegħdu madwar il-post tax-xogħol biex ifakkru u jissensibilizzaw lill-uffiċjali kollha u oħrajn dwar ir-riskji ta ’COVID-19 u l-miżuri meħtieġa biex iwaqqfu l-imxija tiegħu; · Sinjali li jinkoraġġixxu l-użu regolari ta ħasil ta' l-idejn qed jintwerew fil-post kollu; · Uffiċjali huma kontinwament imħeġġa biex iżommu mal-istess grupp ta’ ufficcjali (cluster), jilbsu maskri fejn id-distanza soċjali ta' żewġ metri ma tistax tiġi żgurata, meta jżuru uffiċini mhux tagħhom, waqt il-laqgħa kollha wiċċ imb'wiċċ, u meta jiċċaqalqu minn l-uffiċċji tagħhom; · Kull fejn possibbli, l-iskrivaniji ġew irrangati mill-ġdid dahar ma' dahar jew ħdejn xulxin; · Fejn distanza fizika mhix possibli ġew introdrodotti separazzjoni fiżika bejn l-iskrivaniji. · Uffiċjali huma mħeġġa jagħmlu aktar laqgħa onlajn milli wiċċ imb'wiċċ, fejn possibbli; · L-uffiċjali ġew infurmati biex ma jirrappurtawx għax-xogħol jekk iħossuhom morda jew jekk jaħsbu li ġew f'kuntatt mal-virus, bl-arranġamenti ta' xogħol mid-dar offrut bħala alternattiva. Ir-regola ġeneralment applikata hija li uffiċjali li juru deni (37.2 Deg C jew aktar), sintomi simili għall-influwenza jew sintomi oħra ta ’COVID-19 għandhom jibqgħu d-dar sakemm jiġu ċertifikati minn tabib li jistgħu jirritornaw għax-xogħol; Barra minn hekk, matul din il-pandemija, ix-xogħol mid-dar kompla jiġi ffaċilitat skond il-proceduri applikabli tas-servizz pubbliku.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kull uffiċċju qed jiġi mnaddaf kuljum inkluż postijiet komuni partikolarment fejn ikun hemm ċirkulazzjoni ta’ uffiċjali bħal kurituri, kċejjen, toilets.Il-Ministeru xtrara prodotti biex wieħed jiffaċilita’ is-sanatizzazzjoni tal-uffiċċji meta jkun hemm bżonn. Dawn qed jinxtraw skont il-proċeduri stabbiliti għall-akkwist.

Mediċina Kaftrio — Persuni li jbatu minn Cystic Fibrosis

Question

Fid-dawl tal-fatt li f'Malta hawn numru ta' persuni li jbatu mill-kundizzjoni fatali tas-Cystic Fibrosis, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala l-Gvern għadu mhux qiegħed jittrata l-akkwist tal-mediċina 'Kaftrio' bħala prijorità fil-qasam tas-servizzi tal-kura tas-saħħa f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mediċini għal-kundizzjoni li semma hu qegħdin jiġu kkunsidrati mill-esperti tekniċi tad-Dipartiment tas-Saħħa għal possibbilita’ li jkunu inklużi fil-formularju tal-Gvern.

Mediċina Trikafta – Persuni li jbatu minn Cystic Fibrosis

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-mediċina Trikafta ġiet approvata mill-Aġenżija Ewropea għall-Mediċini f'Awwissu 2020, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-passi li għamel u l-passi li ħa jagħmel il-Gvern sabiex jixtri, jakkwista u jqassam l-mediċina 'Trikafta' għal minn ibati mill-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19739.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji