Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21203 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ħlas lill-persuna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 14841 u jinforma lil din il-Kamra dwar kull ħlas li qatt sar mill-budget tal-Ministeru tiegħu jew minn kull entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu jista’ jagħti totali għal kull sena bir-raġuni għal-ħlas?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ma inghatat l-ebda hlas mill-budget tal-Ministeru tieghu jew min xi entita li taqa tahtu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16163 u jgħid kemm qed jiswa fil-preżent l-inċineratur? Jista' jagħti break down ta' dawn l-ispejjeż u tal-kwantità ta' tunellaġġ li qed jiġi inċinerat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16193 u jgħid eżatt f’liema direttivi u liġijiet Ewropej konnessi mal-ambjent, pajjiżna ma laħħaqx mal-implimentazzjoni rikjesta u mitluba minnha? Fir-rigward ta’ dawn id-direttivi u liġijiet, jista' jelenka l-isem u n-numru ta’ liġi Maltija fejn kull waħda minnhom tapplika?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti qiegħed jaħdem bis-sħiħ sabiex jassigura l-implimentazzjoni sħiħa tal-liġijiet ambjentali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu hemm numru ta’ allegat nuqqasijiet li ssarrfu f’każijiet ta’ ksur mill-Kummissjoni Ewropea minħabba nuqqasijiet fejn jidħlu s-setturi tal-arja/air, ilmijiet/water, natura/nature u skart/waste.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument dwar il-każijiet taħt il-kappa diretta tal-Ministeru tal-Ambjent.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16189 u jippubblika figuri li juri r-recycling performance ta' pajjiżna minn 2013 sa issa sena b’sena u jekk id-data neċessarja tal-waste streams tagħna dejjem kenitx available fil-ħin lill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk Malta jew qattx talbet u/jew ingħatat xi perjodu tranżitorju biex tilħaq dawn ir-recycling targets? Jista' jagħmel dan b’mod komparattiv mal-istati membri ġodda li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-istess żmien tagħna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – PR u media events organizzati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16200 u jgħid mill-2017 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, AARON)
Kif l-Onor. Interpellant huwa żgur konxju t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninfurmah li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili spiss tinvolvi xogħol u materjali li jintużaw aktar minn darba, speċjalment f’kampanji li jtulu. L-ispejjeż ivarjaw għal kull attività.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19757 u jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (ABELA, CARMELO)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu ta’ infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19758 u jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanatizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa. Ingħatat direct order waħda minħabba l-urġenza tal-każ.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ingaġġ ta’ impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16113 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda mal-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Ġunju 2017 u Diċembru 2019, xahar b'xahar u skont il-grad?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 14913.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kumpaniji u entitajiet – chairpersons u diretturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16114 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpanija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Jannar 2020? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Irġiel bil-parental leave
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16115 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi, iġifieri mill-2013 ’il quddiem, fil-Ministeru kollu, inklużi l-entitajiet, kien hemm biss impjegat raġel wieħed (1) li għamel użu mill-Parental Leave. L-impjegat imsemmi ħareġ fuq Parental Leave għal perjodu ta’ tliet xhur fl-2017. Minbarra dan il-każ ma kienx hemm talbiet oħrajn għall-Parental Leave minn impjegati rġiel.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Nefqa fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16118 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-mobile phones tal-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa’ taħtu matul is-snin 2018, 2019 u 2020 s’issa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħlasijiet lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16144 u jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u l-provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16154 u jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' skart għar-riċiklaġġ li nġabar, lokalità b’lokalità, f’din il-leġiżlatura maqsuma xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kif kien qed jiġi trattat l-iskart kimiku bejn Jannar u April 2021?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li l-iskart kimiku li jidħol għand il-WasteServ jiġi pproċessat primarjament b’żewġ metodi. L-iskart li hu kopert mill-kapaċità tal-inċineratur tal-Marsa, jiġifieri dak li fil-proċess tal-inċinerazzjoni ma jikkawża l-ebda ħsara u/jew periklu, jidħol fil-faċilità u jinħadem skont il-permess tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis (IPPC). L-iskart l-ieħor jiġi esportat lejn faċilitajiet liċenzjati.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – uffiċjali li jużaw karozzi tal-awtoritajiet għal użu personali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13860 u jgħid fl-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, kemm hemm uffiċjali li għandhom karozza tal-awtorità għall-użu personali tagħhom? Mingħajr ma jsemmi ismijiet, jista' jindika l-kariga li jokkupaw? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-ippjanar u kemm fil-qasam tal-ambjent?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
PJista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14799 u ċjoè: peress li r-regoli stabbiliti, inkluż dawk li joħorġu minn direttivi Ewropei, jisħqu fuq il-Polluter Pays Principle u peress li l-Gvern ser jagħlaq Sant'Antnin wara biss ftit żmien jopera, jista' l-Ministru jikkonferma kif ser japplika l-Polluter Pays Principle tul l-operat ta' dawn l-impjanti ġodda, ċjoè, għal għoxrin sena li ġejjin? Fid-dawl ta' dan, jista’ jippubblika l-Cost Benefit Analysis li għamel għal kull wieħed minn dawn l-impjanti ġodda ħalli l-poplu Malti jkun jaf x'qed jippjana l-Gvern fuq il-finanzjament ta' dawn il-proġetti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant, li l-għeluq tal-faċilità ta' Sant Antnin huwa parti mill-Mandat Elettorali u nikkonfermaw li se n¿ommu din il-wegħda. Kuntrarjament għall-politika antika, aħna determinati li nwettqu dak li ġie imwiegħed biex b’hekk inħallu lil uliedna ambjent aħjar milli sibna aħna. Il-prinċipju li min iniġġes iħallas diġà huwa implementat fil-qafas leġiżlattiv tal-skart u tisħieħ tiegħu qed jiġi kkontemplat fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Iskart il-ġdid li jikkunsidra wkoll reġim ta’ ħlasijiet differenzjati li jimplimentaw l-aħjar prattiki biex jintlaħaq dan il-għan. Il-proġetti kollha li qed jitwettqu minn WSM kollha għandhom CBA li permezz tiegħu tintgħażel l-aħjar soluzzjoni, u nikkonfermaw li l-ħlasijiet differenzjati huma inklużi wkoll f'dawn l-istudji. Madankollu, m’aħniex f’pożizzjoni li nippublikaw l-ebda wieħed minn dawn is-CBAs sabiex tiġi evitata kwalunkwe interferenza mal-akkwist attiv ta’ dawn l-impjanti.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ingaġġ ta’ impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16110 u jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, din is-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu, in-numru ta’ nies ġodda li ġew impjegati din is-sena huwa ta’ erbgħa u sittin (64).
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Bordijiet u entitajiet – membri u diretturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 16111 u jgħid, mill-elezzjoni ġenerali tal-2017 ’l hawn, min huma l-membri/diretturi tal-bordijiet/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema bir-reduced hours u fuq telework
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16112 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartimenti/entitajiet/ korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema ta’ teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 19795, ngħarrfu li l-uffiċjali pubbliċi u l-impjegati tas-Settur Pubbliku jistgħu jitolbu li jaħdmu b’telework skont kif jipprovdi l-Manwal dwar Miżuri għal Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Familja.