Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta – patrol boats f’Għawdex

Question

Peress li jien ġejt infurmat illi l-patrol boats tal-Forzi Armati mhumiex awtorizzati li jagħmlu patrols in-naħa ta’ fuq t’Għawdex, jiġifieri l-ponta ta’ San Dimitri fl-Għarb sa Ras il-Qala, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux minnu, u jekk iva, għaliex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Inħeġġeġ lill-Onor. Interpellant sabiex jivverifika s-sorsi tiegħu. Nista’ nassigurah li l-ebda parti mill-ibħra madwar Malta ma huma ristretti għall-patrol boats tal-Forzi Armati Malta.

Xarabanks mimlija li jitilqu mill-Port tal-Imġarr

Question

Peress li x-xarabanks li jitilqu mill-Port tal-Imġarr ikunu mimlija, jista’ l-Ministru jgħidilna jekk għandux soluzzjoni għall-Għawdxin li jkunu qed jistennew ix-xarabank fid-diversi stages fl-irħula li minnhom tgħaddi x-xarabank hi u sejra għall-Belt Victoria, ladarba li numru ta’ xarabanks qed jibqgħu vojta fil-Port tal-Imġarr?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tkun qed twettaq stħarriġ propju fuq dawk ir-rotot li jitilqu mill-port tal-Imġarr Għawdex. Dan sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni hekk kif deskritta f’din il-mistoqsija parlamentari u sabiex jiġu identifikati miżuri li jkun hemm bżonn jittieħdu sabiex jiġu ndirizzati xi nuqqasijiet li jistgħu jeżistu.
Leg 13 PQ #3145 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – skala tas-salarju ta’ mastrudaxxi ingaġġati biex jaħdmu fiż-żona tal-Kejselli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex l-aħħar erba’ mastrudaxxi ingaġġati mill-Ministeru u assenjati sabiex jaħdmu fiż-żona tal-Kejselli, iddaħħlu fuq skala 14 tas-salarji meta sħabhom li daħlu żmien ilu għadhom fuq skala ferm inqas, fil-fatt kienu daħlu fuq skala 20?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati fil-grad ta‘ Senior Tradesman (Carpentry) li huma ingaġġati mal-Ministeru huma kollha fuq skala 14.
Leg 13 PQ #3134 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq iż-Żewwieqa minn Għajnsielem għal Qala – tindif u tiswijiet

Question

Peress li jien infurmat li bejn open top buses, coaches, vetturi oħra tat-turisti u turisti bil-mixi jgħaddu mijiet ta’ persuni kuljum tul it-Triq iż-Żewwieqa (minn Għajnsielem għal Qala biex jaslu sal-belvedere tal-Qala), tista’ l-Ministru tgħid meta ser isir it-tindif u t-tiswijiet neċessarji lil din it-triq, apparti li xi darba tingħata t-tarmac, peress li fil-preżent fiha ħafna ħofor fondi u l-għelieqi huma mimlija skart?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-parti tat-triq imsemmija hija parti mill-proġett tat-toroq tal-Ministeru għal Għawdex li ser issir din is-sena.
Leg 13 PQ #3135 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq l-Imġarr mix-Xewkija sal-Qala – bini ta’ ħitan tas-sejjieħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser jitkompla l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ matul Triq l-Imġarr mix-Xewkija sal-Qala, liema xogħol kien beda fil-leġiżlatura preċedenti? Tista’ tgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex iktar toroq ikollhom il-ħitan tas-sejjieħ bħal Triq l-Imġarr?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħejja pjan għal din is-sena sabiex jinbnew ħitan tas-sejjieħ f`diversi lokalitajiet madwar Għawdex.

Pont tal-Mistra fil-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk semax il-karba tas-sewwieqa tat-trakkijiet Għawdxin f’Malta li jsuqu u jgħaddu kuljum minn fuq il-pont magħruf fosthom bħala 'tal-Mistra' fil-lokalità tal-Mellieħa? Peress li dan jinsab fi stat li partijiet minnu jistgħu jiġġarrfu, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bl-istat ħażin ħafna ta’ dan il-pont u jekk saru xi xogħlijiet, x’kienu dawn ix-xogħlijiet u kemm ġew jiswew ? X’beħsiebu jagħmel il-Ministru dwar dan il-pont fil-futur qarib?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew, bħala parti minn programm ta’ analiżi u manutenzjoni tal-istruttura, li qed isir minn Transport Malta, sar xogħol ta’ tindif fuq il-pont wara li nħarġet sejħa pubblika. Il-valur tal-kuntratt ta’ dan ix-xogħol ta’ tindif huwa ta’ €10,800.00 (VAT mhux inkluża). Bħalissa għadha għaddejja l-analiżi fuq l-istruttura, hekk kif il-post qed jiġi spezzjonat minn esperti strutturali u tar-restawr, li ngħataw il-konsulenza wara li nħarġet sejħa pubblika. Il-valur tal-kuntratt ta’ dawn l-esperti huwa ta’ €18,675.90 (VAT mhux inkluża). L-esperti strutturali u tar-restawr ser ikunu qegħdin jippreparaw rapport dettaljat li jindika fost l-oħrajn l-integrità tal-istruttura, u rikomandazzjonijiet fuq kif din tista’ tiġi mtejba.
Leg 13 PQ #3137 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Direttorati u dipartimenti tal-Gvern trasferiti minn Malta għal Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx l-eżerċizzju sabiex tara liema Direttorati u Dipartimenti tal-Gvern f’Malta jistgħu jinġabu Għawdex u kemm ħaddiema Għawdxin jistgħu jibbenefikaw minn dan il-pass?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-fatt fil-Manifest Elettorali hemm il-proposta li noħolqu xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin stess u dan il-Ministeru qed jagħmel eżerċizzju għal dan il-għan ma diversi Ministeru u entitajiet. Għal dan il-għan ukoll, ħarġet espressjoni ta' interess biex ikolna ċentru modern u attrezzat biex ikun jista' jilqa' l-ħaddiema ġodda.
Leg 13 PQ #3138 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Tibdil fil-ħin ta’ tluq tal-vapur ta’ Għawdex mill-Imġarr

Question

Peress li numru mhux żgħir ta’ ħaddiema u negozjanti Għawdxin li jaħdmu Malta jibdew xogħol f’shifts li jibdew fis-6.00 am jew fis-6.30 am, , tista’ l-Ministru tgħid jekk semgħetx it-talba ta’ dawn l-Għawdxin biex il-vapur jibqa' jitlaq fil-4:45am flok fil-5am? F’dan l-aħħar xahar, minnħabba li l-vapur Gaudos kien għat-tiswija, il-vapur kien jitlaq fil-4:45am.

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd dejjem timxi skont l-esiġenzi tas-servizz f’dik li hi skeda ta’ traġitti bejn Malta u Għawdex.

Port il-Kbir — Trakkar tal-vapur t’Għawdex

Question

F’każ li jkun hemm maltemp tali li l-vapur ta’ Għawdex ma jkunx jista’ jittrakka fil-port taċ-Ċirkewwa, jista’ l-Ministru jgħidilna bil-preċiż fejn il-vapur jista’ jittrakka fil-Port il-Kbir ladarba ma jistax jittrakka Sa Maison ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li fiċ-Ċirkewwa hemm ukoll is South Quay. F’każ remot fejn il-vapur ma jkunx jista’ jitrakka mal-ebda moll fiċ-Ċirkewwa jsiru arranġamenti biex il-vapur jitrakka ma’ moll fil-Port il-Kbir fejn hemm faċilitajiet Ro-Ro.

Attivitajiet ta’ TradeMalta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ta’ TradeMalta saru minn Ġunju 2017 sal-lum u kemm ġew jiswew b’mod globali?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill- Onorevoli Interpellant li TradeMalta kienet involuta f’erbgha attivitajiet fil-perijodu msemmi. Dawn kienu jinkludu: 1. Delegazzjoni kummercjali fil-Ghana – Din id-delegazzjoni kienet taghmel parti miz-Zjara Statali li l-E.T Il-President ta’ Malta għamlet f’Akkra f’Gunju ta’ l-2017. TradeMalta ħarget sejha għal intraprizi Maltin biex jingħaqdu fuq din iz-zjara esploratoria u rceviet 21 applikazzjoni. TradeMalta kellha nefqa ta’ Ewro 10,366 u dhul ta’ Ewro 5,700. Dan ifisser illi n-nefqa ta’ TradeMalta kienet tammonta ghal Ewro 4,666. Barra minn hekk, il-delegati ircevew sussidju finanzjaru mingħand Trade Malta, kif huwa stipulat fit-Trade Promotion Incentive Scheme, li l-Agenzija tamminnistra. Dan is-sussidju kien jammonta għal Ewro 22,790. Għalhekk in-nefqa totali kienet dik ta’ Ewro 27,456 (Ewro 4,666 + Ewro 22,790). 2. Laqgħa tal-European Trade Promotion Organisation – F’Settembru, TradeMalta organizzat laqgħa tal-European Trade Promotion Agency gewwa Malta. Għal din il-laqgħa attendew ufficjali għolja minn agenizji ewropej li jippromwovu l-kummerċ. Din il-laqgħa li saret fuq medda ta jumejn giet organizzata fil-Kamra tal-Kummerc. L-ispiza globali biex tigi organizzata din il-laqgħa kienet tammonta ghal Ewro 3,112. 3. Laqgħa gewwa Varsavja – Zewg ufficjali ta’ TradeMalta attendew laqgħa tal-European Trade Promotion Agency gewwa Varsavja f’Ottubru ta’ l-2017. L-ispiza globali ghal-din iz-zjara kient tammonta ghal Ewro 1,601. 4. Malta International Business Awards – F’Novembru, TradeMalta organizzat l-ewwel edizzjoni tal-Malta International Business Awards biex tagħti rikonoxximent lil imprendituri Maltin li qed jiksbu success kummerċjali fi swieq barranin. TradeMalta irċeviet total ta’ 39 applikkazzjoni min intraprizi bbazzati f’Malta. Minn dawn 17- il- intrapriza gew nominati għas-serata finali. Fis-serata finali TradeMalta ħabbret is-sitt rebbieha ta’ din l-ewwel edizzjoni. In-nefqa totali biex jittellaw dawn l-unuri kienet dik ta Ewro 50,300. Nixtieq ninforma li TradeMalta kellha numru ta’ sponsors kummerċjali li bejniethom ħargu is-somma ta’ Ewro 47,700 biex jigu organiżżati dawn l-unuri. Barra min hekk TradeMalta kellha dħul ieħor ta Ewro 7,385 li gew mill-applikazzjonijiet u biljetti għas-serata finali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Każijiet konsulari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet konsulari minn Ġunju 2016 sal-lum? Jista’ jgħid f’liema Ambaxxata u/jew konsulat, inkluż li daħlu fid-Direttorat għall-affarijiet konsulari, ingħataw din l-għajnuna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2016 sal-lum kien hemm madwar mija u sitta u għoxrin (126) każ konsulari ta’ ċertu relevanza. Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ dejjem ħadem id f’id mar-rapreżentazzjonijiet diplomatiċi Maltin barra minn xtutna sabiex kull każ jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Ir-rapreżentazzjonijiet diplomatiċi Maltin li hawn jinkludu wkoll il-Konsulati Ġenerali kif ukoll il-Konsolati Onorarji li ġew mitluba jassistu matul il-perijodu msemmi, kienu dawn li ġejjin: Abu Dhabi l-Albanija l-Amerika l-Arġentina l-Awstralja l-Awstrija il-Belġju il-Bulgarija Ċipru id-Danimarka Dubai l-Eġittu il-Filippini Franza il-Ġermanja il-Greċja l-Indoneżja l-Ingilterra l-Irlanda l-Isvizzera l-Italja Jakarta il-Kambodja il-Kenja il-Latvja il-Malasja il-Marokk New Zealand il-Palestina is-Serbja is-Sirja Spanja it-Tajlandja it-Tuneżija it-Turkija l-Ungerija Wales Fiċ-ċirkustanzi fejn ċittadini Maltin talbu l-għajnuna tal-Ministeru waqt li kienu f’xi pajjiż fejn Malta mhix rappreżentata, il-Ministeru, grazzi għad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta' April 2015 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, talab lill-Ambaxxati ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Talbiet għal-legalizzazzjoni ta’ dokumenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kellu l-Ministeru tiegħu għal-legalizzazzjoni ta’ dokumenti minn Ġunju 2016 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ dokumenti li ġew legalizzati milll-bidu ta’ Ġunju 2016 sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien ta’ sitta u ħamsin elf, disa’ mija u tlieta (56,903). Dan ifisser li f’dan il-perjodu, tmintax-il elf, mitejn u tmenin (18,280) persuna ġew biex jinqdew għall-finijiet ta’ Legalizzazzjoni ta’ dokumenti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.

Permessi għal aircraft flyovers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għal aircraft flyovers minn fuq Malta u mil-liema pajjiżi kienu, minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sa Dicembru 2017 ingħata 1,945 permess diplomatiku biex ajruplani jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. Il-pajjizi li ngħataw dawn il-permessi kienu :- Afrika t’Isfel, Algerija, Angola, Arabia Sawdita, Awstria, Azerbaijan, Bahrain, Bangladesh, Belgju, Benin, Botswana, Brazil, Burkina Faso, Danimarka, Djibouti, Egittu, Emirati Arab Maghquda, Equador, Equatorial Guinea, Ethiopia, Filippini, Franza, Gabon, Georgia, Germanja, Gnus Maghquda, Gordan, Grecja, India, Indonezja, Iran, Iraq, Italia, Izrael, Kenja, Kuwait, Libanu, Libja, Lussumburgu, Malasja, Mali, Marokk, Mauritania, Messiku, Namibia, Niger, Nigerja, Olanda, Oman, Pakistan, Polonja, Portugal, Qatar, Renju Unit, Republika Ceka, Republika tal-Korea, Rumanija, Russja, Serbja, Slovakkja, Spanja, Stati Uniti tal-Amerika, Sudan, Svezja, Svizzera, Tailandja, Togo, Tunezija, Turkija, Turkmenistan, Ukrajna, Ungerija u Venezwela.

Ftehim bilaterali bejn Malta u pajjiżi barranin

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ftehim bilaterali kien iffirmat ma’ pajjiżi oħra bejn Jannar u Diċembru ta’ din is-sena u x’kienu s-suġġetti ta’ dawn il-ftehmiet u meta ser jidħlu fis-seħħ?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Diċembru tal-2017 kien hemm 32 ftehim bilaterali li ġie ffirmat, kif elenkat hawn taħt: Pajjiż Data tal-Iffirmar Isem tal-Ftehim Dħul fis-Seħħ Il-Qatar 17 ta’ April 2009 Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru 21 ta’ Marzu 2017 Il-Kuwajt 28 ta’ Ġunju 2012 Ftehim ta’ Koperazzjoni Ekonomika u Teknika 16 ta’ Marzu 2017 Iċ-Ċina 20 ta’ Jannar 2017 Protokol ta’ Tiġdid dwar il-Kooperazzjoni fil-Qasam ta’ Mediċina Tradizzjonali Ċiniża 20 ta’ Jannar 2017 Il-Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf 30 ta’ Jannar 2017 Pjan ta’ Azzjoni Konġunt dwar Djalogu Strateġiku 30 ta’ Jannar 2017 L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja 1 ta’ Frar 2017 Memorandum ta’ Koperazzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Mekkani¿mu Finanzjarju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) 2014-2021 2 ta’ Frar 2017 It-Turkija 17 ta’ Frar 2017 Memorandum ta’ Koperazjoni fl-Oqsma tax-Xjenza Medika u s-Saħħa Dan il-ftehim jidħol fis-seħħ ladarba ir-rekwiżiti legali jkunu milħuqa u iż-żewg Partijiet ikunu nnotifikati. It-Turkija 17 ta’ Frar 2017 Dikjarazzjoni dwar Koperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Politika Familja u Soċjali tar-Repubblika tat-Turkija 17 ta’ Frar 2017 Ir-Republika Dominikana 23 ta’ Frar 2017 Dikjarazzjoni Konġunta dwar it-Twaqqif ta’ Relazzjonijiet Diplomatiċi 23 ta’ Frar 2017 L-Indja 15 ta’ Marzu 2017 Memorandum ta’ Ftehim dwar Tiġdid tal-Ftehim fuq is-Servizzi tal-Ajru 15 ta’ Marzu 2017 Il-Kuwajt 19 ta’Marzu 2017 Ftehim dwar il-Kultura w l-Arti 5 ta’Ottubru 2017
Leg 13 PQ #3133 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – stat tal-pontijiet fi Triq iż-Żewwieqa, Triq l-Imġarr u Wied Żejta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-aħħar intbagħtu inspectors jew periti tal-gvern sabiex jispezzjonaw l-istat tal-pontijiet fi Triq iż-Żewwieqa u Triq l-Imġarr (it-tnejn fil-lokalità ta’ Għajnsielem) u ieħor f’Wied Żejta bejn ix-Xagħra u l-Belt Victoria? Jekk iva, x’xogħlijiet saru, meta saru u kemm ġew jiswew?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Spezzjonijiet isiru regolari madwar Għawdex kollu u Triq iż-Żewwieqa f’Għajnsielem ġiet inkluża fil-pjan tat-toroq għall-2018 – ‘Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalitajiet tiegħek’. Pont ieħor li ser jiġi ndirizzat hu dak tat-Triq il-Lunzjata Kerċem li wkoll hija triq inkluża f’ l-Proġett Għawdex għall-2018. Wara spezzjonijiet li saru fil-pontijiet indikati mill-Onor Interpellant irriżulta li fil-pont ta’ Wied ta’ Żejta huwa strutturalment stabbli izda għandu bżonn xi xogħol ta’ manutenzjoni li jikkonsisti fi ftit tikħil u kisi. Rigward il-pontijiet ta’ Triq iż-Żewwieqa u ta’ Triq l-Imġarr, it-tnejn jinsabu strutturlament stabbli, iżda bħala prekawzjoni hemm xi fili li ser jiġu mkaħħla wkoll.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — kuntratt tal-maids fil-Ministeru u f’Ambaxxati barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' kuntratt għandhom il-ħassiela li qed iservu f’Palazzo Parisio u f’bini ieħor relattat mal-Ministeru (f’Malta u f’barra minn Malta)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ambaxxati – background checks fuq il- locally engaged staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ background checks saru jew isiru, fuq l-impjegati locally engaged staff, partikolarment fuq drivers li jsuqu fl-Ambaxxati tagħna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ingaġġ ta’ impjegati locally engaged staff fl-Ambaxxati, jsir fuq approvazzjoni mill-Kap tal-Ministeru u wara li jkun ġie segwit il-proċess tal-għażla b’mod korrett. Dan japplika mhux biss għad-drivers li jsuqu fl-Ambaxxati tagħna imma għal kull ingaġġ. Il-Ministeru ikun liberu li jagħmel kull background checks li jidhirlu li ikun hemm bżonn. Minn naħa tal-Ambaxxata, din tkun mistennija li titlob ittri ta’ referenza u l-kondotta tal-Pulizija maħruġa mill-iStat jew pajjiż rispettiv.

Rappreżentanza ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York — Deputat Rappreżentant Permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu d-Deputat Rappreżentant Permanenti fir-Rappreżentanza ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Deputat Rappreżentant Permanenti fir-Rappreżentanza ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York huwa is-Sur Giovanni Buttigieg li huwa l-ogħla uffiċjal wara l-Ambaxxatur.

Subsahara Africa – ftuħ ta’ Ambaxxata/Kummissjoni Għolja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni f’liema pajjiż fis-subsahara Africa beħsiebu jiftaħ Ambaxxata/Kummissjoni Għolja? Jekk iva, fejn u meta? Hemm xi ħsieb li jinfetħu Ambaxxati oħra f’pajjiżi oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-decizjoni għadha ma tteħdietx.

Individwu li nġab lura minn posting barra minn Malta

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2936, jista’ l-Ministru jelabora iktar x’fisser bil-kliem “esiġenzi tas-servizz” f’dan il-każ partikolari ta’ rilevanza nazzjonali? Jista’ jgħidilna min jew mil-liema uffiċċju ħarġet l-ordni biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jinġab lura l-Head Office? B’liema mezz ġie infurmat dan l-uffiċjal u minn min? Ma’ liema direttorat ġie assenjat l-istess uffiċjal? Meta beda xogħol f’dan id-Direttorat? Min u kif ġie infurmat id-Direttur ikkonċernat li dan l-istess individwu ġie assenjat jaħdem miegħu jew magħha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mgħandhiex x’inżid mat-twegiba mogħtija għall- mistoqsija 2936.