Legislature:
Category:
Reset
Active:

Digriet mogħti mill-Qorti dwar Ambaxxatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif għadu ma ġiex sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li nħareġ digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta fil-31 t’Ottubru 2017 (Gazzetta tal-Gvern numru 19,899) li jirreferi għall-inċident serju stradali bil-karozza uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ? L-Ambaxxatur kellu dritt jagħmel użu minn vettura uffiċjali (number plates qed jingħataw separatament) waqt li qiegħed Malta u mhux jaqdi l-funzjonijiet tiegħu l-Olanda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Gazzetta tal-Gvern imsemmija fil-mistoqsija ma hemm l-ebda referenza għal kaz.
Leg 13 PQ #2931 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

WTO – envoy – laqgħat ta’ Ambaxxaturi Permanenti f’Ġinevra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Ambaxxaturi Permanenti f’Ġinevra għal World Trade Organisation (WTO), magħrufa fil-qosor bħala HOMs, attenda u rrapporta lill-awtoritajiet kompetenti l-envoy tiegħu għall-World Trade Organisation (WTO) l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-bidu tal-ħatra tiegħu sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti/rapporti ta’ dawn il-laqgħat li għalihom attenda l-istess individwu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Londra – Kummissjoni Għolja Maltija – passi dixxiplinarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-każ tal-mistoqsija parlamentari 22284 tat-12-il Leġiżlatura ma ttieħdux pass dixxiplinari f’każ daqstant serju? Għaliex l-uffiċjal konċernat għadu jservi ta’ Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Toronto?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsijiet Parlamentari 22284 tal-legislatura XII u numru 1881 ta’ din il-leġislatura.
Leg 13 PQ #2813 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – impjegati – early retirement schemes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-early retirement schemes għall-impjegati tal-Airmalta li diġà saret referenza għalihom fil-pubbliku, humiex lesti? Dawn minn fejn ser jiġu ffinanzjati? Sar provvidement fil-pjan finanzjarju tal-gvern għas-sena 2018, jekk ser jitħallsu mill-gvern u mhux mill-kumpanija? Il-Kummissjoni Ewropea ġiet infurmata b’dawn l-iskemi? Hemm state aid clearance min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea? Hemm ħsieb li l-impjegati tal-Airmalta jiġu trasferiti fis-servizz pubbliku jew fis-settur parastatali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-early retirement schemes tfasslu u maqbula mar-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija u jibdew jitħallsu malli jiġu konklużi l-ftehimi kollettivi. Dawn se jitħallsu mill-Kumpanija u mhux mill-Gvern u allura m’hemm l-ebda State Aid.
Leg 13 PQ #2821 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Kunsilli Lokali Ta’ Sannat u tal-Munxar – Impjant tar-riċiklaġġ tad-demel

Question

Peress li kien hemm oġġezzjonijiet kbar mir-residenti u mill-Kunsilli Lokali Ta’ Sannat u tal-Munxar, tista’ l-Ministru tgħid jekk tafx li l-investitur tefax applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-impjant tar-riċiklaġġ tad-demel li huwa intiż li jsir fi Triq Żgħawri, il-Munxar, Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2795.

Direttur għall-Affarijiet Konsolari u d-Direttur tal-Protokoll – rigal tal-Milied

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’rigal ingħataw id-Direttur għall-Affarijiet Konsolari u d-Direttur tal-Protokol għall-Milied li għadda mill-istaff tagħhom, hekk kif hemm referenza għalihom fl-email li qed tingħata separatament? Ittieħdu passi dixxiplinari minħabba ksur taċ-Ċirkulari tal-OPM f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Milied li għadda ingħata ktieb lid-Direttur għall-Affarijiet Konsolari b’valur ta’ madwar €60.00. Il-passi dixxiplinari ttieħdu mal-uffiċjali konċernati.

Insurance li tipproteġi d-Diplomatiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar insurance biex tipproteġi d-diplomatiċi Maltin hekk kif ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 21309 tat-12-il Leġiżlatura? Saret xi insurance policy għad-diplomatiċi tagħna li kuljum jiffaċċjaw perikoli f’diversi pajjiżi fejn hemm attakki terroristiċi? Jekk iva, kien hemm xi każ li sar użu minn din il-policy?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara riċerka li saret mill-Ministeru, l-kumpanija tal-Assigurazzjoni ma jkoprux attakki terroristiċi. Ninsab infurmat ukoll li ma jezistux records li qatt saret assigurzzjoni kontra atti ta’ terrorizmu.

Segretarju Permanenti — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid , lejn liema pajjiżi siefret is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jekk kenitx parti minn delegazzjoni jew le, għal liema skop kienet is-safra u x’kienet l-ispiża għal kull żjara minn Lulju 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.

Konsulenti fis-Segretarjat – safar ta’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Ambaxxaturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (a) u (b) li huma Konsulenti fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin lejn liema pajjiżi siefru, jekk kenux parti minn delegazzjoni jew le, għal liema skop u x’kienet l-ispiża għal kull żjara, minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Kirjiet t'akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet t'akkomodazzjoni soċjali li ġew miftehma qabel Ġunju tal-1995?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex l-informazzjoni mitluba dan għaliex kien biss fl-2007 li l’Awtorità tad-Djar ingħatat ir-responsabbilita’ tal-akkomodazzjoni soċjali.
Leg 13 PQ #2792 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għall-Finanzi

Familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet privati mhux protetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2686 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet privati mhux protetti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2687 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru u jagħti d-dettalji kollha tagħhom inkluż jekk hux part time jew full time, il-pakkett finanzjarju tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2684 u ċjoe: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi li l-Gvern introduċa minn Ġunju 2017 sal-lum il-ġurnata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fl-1 ta’ Settembru 2017 l-Awtorita’ tad-Djar varat skema fejn sidien ta’ proprjeta` privata u vojta jistgħu jikru l-proprjeta` tagħhom lill-Awtorita` għal 10 snin sabiex l-istess proprjeta` tiġi allokata lill-persuni fuq il-waiting list għall-akkommodazzjoni soċjali. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar ser tħallas lis-sidien, kera fis-suq miftuħ, waqt li ser tissussidja b’rata għolja l-kera lill-applikanti li ser jiġu allokati lilhom dawn il-fondi. Bħala estensjoni tal-iskema ta’ self mill-APS Bank lill-persuni bi dħul baxx, matul l-2018, l-Awtorita` tad-Djar ser tkun qiegħda taħdem mal-Bank of Valletta sabiex dan jagħti self lill-klijenti li jkun ikopri l-ammont kollu tal-prezz waqt li l-Awtorita` ser tgħin bl-għoti ta’ sussidju li jlaħħaq għal €2,000 fis-sena fuq il-pagament tas-self. Skema oħra li l-Awtorita` tad-Djar qiegħda taħdem fuqha hija l-iskema fejn is-sidien ta’ proprjeta` privata jintalbu joffru proprjeta` li jkollha bżonn xi rranġar u titjib, u fejn wara li jsiru dawn ix-xogħlijiet neċessarji, l-istess proprjeta` tinkera lill-Awtorita` tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin. Permezz ta’ din l-iskema, l-Awtorita` tad-Djar tkun tista’ tikri din il-proprjeta’ lin-nies fuq il-lista ta’ stennija għall-akkommodazzjoni soċjali. L-għotja taħt din l-iskema ser tlaħħaq għall-€25,000.
Leg 13 PQ #2795 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Munxar Għawdex – Triq Żgħawri – impjant tar-riċiklaġġ tad-demel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-impjant tar-riċiklaġġ tad-demel għadux intiż li jsir fi Triq Żgħawri, il-Munxar, Għawdex? Jekk le, hemm xi ħsieb li jsir f’xi post ieħor f’Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dan huwa proġett tal-privat u mhux tal-Gvern.
Leg 13 PQ #2796 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Triq Ta’ Sannat — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser titkompla Triq Ta’ Sannat li kienet tlestit biss sa nofs il-qasam? Meta ser isir in-nofs l-ieħor li tibqa’ sejra sal-Pjazza tal-Knisja Ta’ Sannat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li rigward dan ix-xogħol hemm il-ħtieġa tal-permessi tal-Awtorita tal-Ippjanar. Malli jigi eżawrit dan l-istadju jitkompla x-xogħol.

Skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi li l-Gvern introduċa minn Ġunju 2017 sal-lum il-ġurnata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru u jagħti d-dettalji kollha tagħhom inkluż jekk hux part time jew full time, il-pakkett finanzjarju tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.