Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru trade missions minn Ġunju 2013 sal-lum fejn kien involut il-Ministeru, f’liema pajjiżi saru u liema Ministeri/uffiċċini/entitajiet ħallsu għall-ispejjeż relatati għal dawn it-trade missions? Min kienu l-uffiċjali mill-Ministeru tiegħu li kienu jiffurmaw parti minn dawn l-istess trade missions?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal- lum kien hemm tmien trade missions li kienu waqt żjarat statali tal E.T. il-President ta’ Malta u l-Onorevoli l-Prim Ministru.Dawn kienu fl-Italja,fl-Algerija,fil-Lebanon,fil-Jordan,fir-Russja fil-Ghana,fl-Ukrajna u t-Tunezija.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Uffiċjali diplomatiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hemm uffiċjali diplomatiċi li għandhom il-grad ta’ Ambaxxatur u jaħdmu fil-Ministeru, f’Ambaxxati barra minn Malta u/jew bħalissa jinsabu fuq xi forma ta’ leave? F’liema data nħatru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fil-Ministeru hawn ħames uffiċjali li għandhom grad sostantiv ta’ Ambaxxatur. Id-dettalji tagħhom jidru fuq it-tabella t’hawn isfel.
Dipartiment fejn jinsabu
Data tal-Ħatra
Rimarki
Ambaxxata Tel Aviv
31/01/2008
Ħatra fuq bazi personali
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
31/01/2012
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
11/01/2017
Unpaid Study Leave
11/01/2017
Study Leave approvat sat-30/06/2018
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
04/12/2017
Ħatra fuq bazi personali
Peress li persuni li avviċinawni qaluli li l-inbox ta’ email addresses uffiċjali ta’ ċertu Konsli Onorarji li huma provduti mill-Gvern, ilhom mimlija għal perjodi twal ħafna b'konsegwenza li ċ-ċittadini tagħna meta l-iktar li jkollhom bżonn l-għajnuna mill-konsli ma jsibuhomx għax jiġu informati li l-inbox hi mimlija, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel sabiex din il-problema tiġi rimedjata?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Konsli Onorarji joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi volontarja u mingħajr ebda renumerazzjoni. Madankollu huma minstennija li jkunu ta’ għajnuna liċ-ċittatini Maltin f’każ ta’ bżonn.
Dwar komunikazzjoni permezz ta’ email il-konsli onorarji jiġu pprovduti indirizz elettroniku uffiċċjali u ta’ spiss jiġu mfakkra sabiex jagħmlu użu minn dan l-indirizz elettroniku uffiċċjali għall-każijiet konsolari. Meta l-Ministeru ikun qed jagħmel dan l-ezerċizzju u jirċievi notifikazzjoni li l-mailbox ta’ xi Konslu Onorarju partikulari tkun mimlija, dan jiġi kkuntattjat permezz tat-telefon sabiex ibattal il-mailbox u jekk ikun il-każ tintbgħatlu password ġdida.
Ta’ min ifakkar li fis-sit uffiċċjali tal-Ministeru hemm ukoll id-dettalji tat-telefon u /jew numru tal-mobajl ta’ kull Konslu Onorarju fejn jistgħu jiġu kkuntattjati f’każ ta’ bżonn.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – inizjattivi tad-diplomazija kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi tad-diplomazija kulturali ħa l-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2016 sal-lum, meta, fejn saru, u kemm ġew jiswew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant illi Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għaraf ikompli bil-ħidma tiegħu fl-oqsma tal-kultura billi għen fit-tixrid tal-arti u l-wirt kulturali Malti barra minn xtutna. Dan sar ħafna drabi fuq inizjattiva tal-Ambaxxati u l-Konsolati Ġenerali ta’ Malta b’koordinament mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Globali, l-iŻvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi.
L- iniżjattivi segwenti ttieħdu mill- Ministeru bejn Ġunju 2016 sa Diċembru 2017:
1. Il-Fond Għad- Diplomażija Kulturali
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Żvillup, f’Ġunju 2016, approva disa’ proġetti kulturali sabiex isiru f’pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika. Dawn il-proġetti huma:
-
Ashdod Festival –
NAFRA Ensemble - Tel Aviv, Israel: Ġunju 2016
- Kunċert mill-Kompożitur Wayne Grima - London, UK: Settembru 2016
-
Euro Kids Festival –
Moveo Washington, USA: Novembru 2016
- Wirja –
Exile – Norbert Attard
Strasbourg: Ottubru 2016
- Letteratura – L-Ezodu taċ-Cikoni (Walid Nabhan) - Dublin, Ireland: Mejju 2016
- Kunċert mill-Pianista Gaby Sultana Rome, Italy: Lulju 2016
- Kunċert minn Nadine Galea u Cecilia Sultana de Maria - The Hague, Holland: Diċembru 2016
- Diskors mill-awtur Immanuel Mifsud - Ramallah, Palestine: April 2016
- Kunċert minn
Trio Noir
- Berlin, Ġermanja: Mejju 2016
L-ammont li ntefaq fuq dawn il-proġetti kien ta’ madwar € 43,597.00
Fl-2017, il-Ministeru approva disa’ proġetti kulturali oħra sabiex isiru f’pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika. Dawn il-proġetti huma:
- Festa Mużikali Ewropeja – Nico Darmanin u Gaby Sultana Washington (USA): Diċembru 2017
- Kunċert Etnika - Washington (USA): Novembru 2017
- Kunċert Etnika Berlin, Germanja: Novembru 2017
- Kunċert mill-Kompożitur Christopher Muscat - Berlin, Ġermanja: Diċembru 2017
- Kunċert mill-pjanista Gaby Sultana - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017
- Letteratura – Kitba taż-żewġ awturi, Claudia Gauċi u Walid Nabhan - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017
- Wirja ta’ Filmati – Minn Produtturi Maltin, Kenneth Scicluna u Martin Bonnici - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017
- Wirja Fotografika minn Daniel Cilia - Ruma, Italja: 15 Novembru 2017
- Kunċert minn Kafena - Toronto, Canada: 17 – 19 Settembru 2017
L-ammont li ntefaq fuq dawn il-proġetti kien ta’ madwar €60,000.00
2. Żjajar Kulturali
Għat-tieni sena konsekutiva, fl-2016, it-Taqsima tad-Diplomazija Kulturali organiżżat żewġ żjarat kulturali għal diplomatiċi residenti f’Malta. L-ewwel żjara saret f’Mejju fir-raħal ta’ Ħad-Dingli. Kienet it-tieni żjara kulturali dik illi saret f’Settembru 2016 fil-Birgu. Iz-żjarat saru permezz tal-appoġġ u l-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turżmu, il-Kunsilli Lokali rispettivi tal-lokalitaijiet kif ukoll mid-Dipartiment għall-Kunsilli Lokali. L-ewwel żjara għas-sena 2017, saret f’Mejju fir-raħal ta’ Ħal-Lija u fiha attendew madwar għoxrin diplomatiku. It-tieni żjara kulturali saret f’Settembru 2017 fl-Imqabba u għalija attendew madwar għaxar diplomatici. It-tema magħżula għal dawn iż-żjarat kienet ‘
Urban Communities and Societies in the Maltese Islands Today’.
Għal darb’oħra, dawn iżjajart kienu possibbli bl-għajnuna mill-Awtorita Maltija Għat-Turiżmu li ffinanżjaw is-servizzi ta’ gwida u trasport.
3. Iniżjativi Oħra
F’Diċembru 2016, It-Taqsima għad- Diplomazija Kulturali kienet strumentali fil-proċess tal-iffirmar tal- MOU bejn il-MEDAC u l-Istitut tad-Diplomazija Rumen.
Forum Mediterranju tal-Fondazzjoni Anna Lindh - F’Ottubru 2016 saret laqgħa internazzjonali f’Malta, organizzata mill-Fondażżjoni Anna Lindh. Din il-laqgħa ġiet organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministeru tal-Kultura, Ġustiżżja u Gvern lokali.
F’Novembru 2016, fuq iniżjativa ta’ l-Ambaxxatur għal Malta f’Berlin ġew Malta ħdax il-ġurnalist Ġermaniż sabiex jirraportaw dwar il-preparamenti f’pajjizna għall-Presidenża ta’l-Unjoni Ewropeja. It-Taqsima għall-Kultura Diplomatika ħadmet fuq din l-iniżjativa flimkien mall- Awtorita Maltija Għat-Turiżmu.
l-Ambaxxata Maltija f’Ruma flimkien mat-Taqsima tad-Diplomazija Kulturali għen ħafna sabiex lill-Ministeru għall-Kultura, Ġustiżżja u Kunsilli Lokali f’Malta jkun jista’ jtella’ presepju artistiku fi Pjazza San Pietru, f’Ruma kif ukoll kunċert fil-Basilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Dicembru 2016.
F’Diċembru 2016 uffiċjal mit-Taqsima għad-Diplomazija Kulturali attenda għal-laqgħa informali tal-ufficjali anżjani mill-Ministeri tal-Kultura u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Din il-laqgħa saret f’Lussemburgu, bħala parti mill-programm tal-Preżidenża tal-Unjoni Ewropea. It-temi li ġew diskussi fil-laqgħa kienu jikkoncernaw il-kultura fir-relażżjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea u l-kwistjoni ta’ bidla fil-ħsieb dwar din il-kultura kif ukoll id-djalogu interkulturali u l-kultura fil-kuntest tal-emigrażżjoni u l-kriżi tar-refuġjati.
Fid-9 u l-10 Marzu 2017, waqt il-Presidenża, f’Malta saret il-Laqgħa Informali ta` Uffiċjali fil-Ministeri tal-Kultura u l-Uffiċjali għall-Kultura fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin. Din il-laqgħa kienet ko-organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barrinin flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Ġiet diskussa l-importanza tal-kultura bl-għan li jingħata nifs ġdid lill-mekkaniżmi kulturali tal-Unjoni u ġġenerata l-integrazzjoni soċjo-ekonomika. Diversi inizjativi proposti minn Malta ġew milqugħa mill-pajjiżi membri.
Fuq talba tal-organizzaturi tal-Orkestra tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iddendifika l-vjolinista Maltija, Nadine Galea sabiex idoqq mal-istess orkestra f’kunċert li ttella’ f’Jum l-Ewropa f’Ġinevra stess. Din l-iniżjativa saret f’Mejju 2017 u ġiet ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali.
Bejn is-6 u l-15 ta’ Ottubru 2017, sar il- ħames edizzjoni tal- Piano Duo Festival f’Amsterdam fl- Olanda fejn Malta kienet rrapreżentata mill-pjanista Gabi Sultana. Din l-iniżjativa ġiet ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali
Dr. Immauel Mifsud ħa sehem fl-International Festival of Authors li sar bejn id-19 u d-29 ta’ Ottubru 2017. Din l-iniżjativa ġiet ukoll ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – kuntatt mal- International Centre for Migration Policy Development
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntatti kellu l-Ministeru mal-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) mit-twaqqif tiegħu f'Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-twaqqif tal-Uffiċju Reġjonali għall-Mediterran tal-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) f’Malta f’Mejju 2016, il-Ministeru żamm kuntatt frekwenti ma’ din l-organizzazzjoni internazzjonali.
Id-Direttur Ġenerali tal-ICMPD Michael Spindelegger zar Malta fl-10 u 11 t’Otturbru 2016 fejn iltaqa mal-Ministru George W Vella u fost l-oħrajn ġie diskuss kif il-ko-operazzjoni bejn Malta u l-ICMPD tista’ tissaħħaħ. Il-Ministru Vella kien ukoll mistieden minn ICMPD sabiex jipparteċipa fil-panel tal-Konferenza Annwali dwar il-Migrazzjoni fi Vienna fil-10-11 ta’ Novembru 2016, li ddiskuta il-politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil fl-Ewropa. Il-Ministeru żamm kuntatt frekwenti mal-ICMPD fil-preparazzjonijiet għall-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE), biex l-organizzazzjoni tiparteċipa fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma ta’ Livell Għoli dwar l-Azil u l-Migrazzjoni li kien presedut mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, u tinforma l-Istati Membri fuq il-proġett i-Map li se immexxi mill-Uffiċju tal-ICMPD f’Malta. Flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, dan il-Ministeru jilqa grupp ta’ trainees minn ICMPD li jaħdmu fuq l-i-Map sabiex l-uffiċjali miż-żewġ ministeri jinfurmawhom dwar programmi u azzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti fuq l-immigrazzjoni, kif ukoll dwar l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-Ministeru ħadem mill-viċin ma’ l-ICMPD fost oħrajn sabiex ġiet varata l-inizjattiva tal-Migration Media Award f’Jannar 2017. 35-il ġurnalist minn 16-il pajjiż differenti, ġew premjati fuq bażi ta’ artikli u rapporti li trattaw it-tema kumplessa tal-migrazzjoni b’mod fatwali u imparzjali. Din l-inizjattiva imnehda matul il-Presidenza kienet l-ewwel sessjoni ta’ dan il-Premju, li mistenni jingħata fuq bazi anwali.
Il-Ministru ikkollabora ma’ ICMPD sabiex delegazzjoni min-Niġerja izzur Malta fil-25-29 ta’ Settembru taħt l-inizjattiva konġunta bejn l-UE u l-ICMPD, “MIgration EU eXpertise” (MIEUX). Uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u dak ta’ l-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, iddeskutew kif Malta u n-Niġerja jistaw isaħħu l-ko-operazzjoni bejniethom fuq il-migrazzjoni.
Dan il-Ministeru jemmen li huwa fl-interess ta’ Malta li l-pajjiż isir membru ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali prestiġjuża, li matul is-snin kiżbet reputazzjoni ferm tajba fil-komunita’ internazzjonali fid-diskussjoni fuq il-migrazzjoni, u ħadet rwol attiv fl-implementazzjoni ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea. Il-proċess sabiex Malta issir membru ta’ din l-organizzazzjoni diġa ġie mniedi u fil-ġimgħat li ġejjin ser nippreżenta għad-diskussjoni r-raġunijiet għalfejn Malta għanda tissieħeb f’din l-organizzazjoni.
Il-Ministeru attenda ukoll bħala osservatur fit-tmienja u sittin laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-ICMPD fir-Republika Ċeka fit-23-24 ta’ Mejju 2017, kif ukoll id-disa’ u sittin laqgħa ta’ l-istess kumitat li seħħet fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 2017.
Ambaxxati u residenzi ta’ Ambaxxaturi u ta’ Uffiċjali Maltin barra minn Malta – xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ tiswija u estensjonijiet saru fl-Ambaxxati u residenzi tal-Ambaxxaturi u ta’ Uffiċjali Maltin barra minn Malta, minn Marzu 2013 sal-lum? F’liema proprjetajiet saru, kemm ġew jiswew, il-lista tal-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol u f’liema perjodu saru jew qed isiru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Inċidenti bil-vetturi tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inċidenti saru b’vetturi tal-Ministeru (sew f’Malta kif ukoll fl-Ambaxxati Maltin barra minn Malta) minn Marzu tal-2013 sal-lum? X’sar minn dawn il-vetturi, ġew imsewwija, ġew mibjugħa, skreppjati, eċċ? Jekk saru xi claims finanzjarji minn xi partijiet involuti, kemm kien il-valur li qed jintalab u/jew kemm ħallas il-ministeru, inkluż spejjeż legali u ta’ min kien it-tort (tal-uffiċjal tal-Ministeru/jew il-parti/partijiet l-oħra)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – xiri/kiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara/kera vetturi ġodda u/jew użati? Fejn jintużaw (head office, Ambaxxati, eċċ)? Jista’ jgħid min hu intitolat li jagħmel użu minnhom? Kemm ġew jiswew u x’mileage għamlu minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi tal-Ministeru (Head Office, Ambaxxati, eċċ) ġew skreppjati, mibjugħa, irkantati, eċċ minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum, żewġ karozzi (2) ġew irritornati lill-kumpanija minn fejn kienu qed jinkrew, sitta (6) ġew mibjugħa, disgħa (9) skreppjati, waħda (1) innegozjata ma waħda ġdida (traded-in), waħda (1) trasferita għal Ministeru ieħor u oħra (1) trid tiġi skreppjata fl-2018.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mid-diplomatiku mmarkat bħala (a) fid-dettalji li qed jingħataw separatament, li kien iċ-Chargè d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ Malta f'Abu Dhabi? Jista’ jgħid min hu l-individwu mmarkat bħala (b) fid-dettalji li qed jingħataw separatament, li ħa post l-individwu mmarkat bħala (a)? Jista’ jgħid x’inhu t-terminu ta’ dan l-uffiċjal, meta ser jiġi appuntat Ambaxxatur għal din l-Ambaxxata u jekk huwiex ser ikun mill-korp diplomatiku jew le?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-Charge’ d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Abu Dhabi baqa’ jservi sad-data tal-irtirar mis-servizz pubbliku. L-uffiċċjal li assuma l-post vakanti ta’ Charge’ d’Affaires għandu il-grad ta’ Second Secretary fil-Korp Diplomatiku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozjoni tal-Kummerċ. Huwa ingħata l-inkarigu għal perjodu ta’ tlett snin.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari, kif ikun hemm żviluppi ġodda dwar il-ħatra t’Ambaxxatur, il-Ministeru jinforma.
Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Rappreżentanti Permanenti/Konsli Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista’ tal-ismijiet tal-Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Rappreżentanti Permanenti/Konsli Ġenerali, fejn qed iservu, kemm jitħallsu u meta jiskadi t-terminu tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom huma tal-karriera?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba jidhru fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ħlas ta’ spejjeż mediċi lil Ambaxxaturi u l-familjari tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ispejjeż mediċi (u jindika x’tip ta’ trattament ingħata) lill-Ambaxxaturi u l-familjari tagħhom li qed iservu fl-Ambaxxati tagħna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trattament mediku provdut huwa ta’ l-istess livell ta’ servizz mediku li l-Gvern Malti jipprovdi liċ-ċittadini Maltin f’Malta. L-ispejjeż mediċi huma regolati mill-Conditions of Service li fi kwalunkwe każ jammonta għal 90% tat-trattament mediku li uffiċjali ikunu eleġiblli għalih billi 10% jitħallsu personalment mill-istess uffiċjal. Din il-formola tal-ħlas ta’ benefiċċju ilha fis-seħħ sa mill-introduzzjoni tal-ewwel Conditions of Service (1994) u anke fis-snin ta’ qabel ġie introdott is-servizz diplomatiku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Eżitu tal-investigazzjoni fuq apostilles li saru fuq dokumenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-apostilles li saru fil-Ministeru u ngħataw fuq dokumenti notorizzati li ppermettew li jintużaw ċertifikati biex jiġi traffikat iż-żejt lejn l-Italja? X’miżuri ttieħdu jew ippjanat li jittieħdu wara dan il-każ sabiex każijiet simili ma jirrepetux ruħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjoni li saret fuq il-proċess ta' legalizzazzjoni ta' dokumenti ma sabet xejn dwar dak li qed tallega li kien hemm jew seta' kien hemm xi proċessi li ppermettew li jintużaw ċertifikati biex jiġi traffikat iż-żejt lejn l-Italja. Għaldaqstant, ma jistgħux jittieħdu mizuri għax dan il-każ ma seħħx.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Żjarat barra minn Malta mis-Segretarju Permanenti
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2923, jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż taż-żjarat li għamlet is-Segretarju Permanenti bejn is-17 u l-25 ta’ Settembru 2016 lejn l-Istati Uniti u bejn il-15 u s-27 ta’ Lulju 2017 lejn iċ-Ċili? Jista’ jagħti wkoll break down tal-ispejjeż taż-żjarat li għamlet l-istess uffiċjal mal-Prim Ministru bejn it-28 u t-30 ta’ Novembru 2016 u bejn it-28 ta’ Frar u t-3 ta’ Marzu 2017 li kienu Tour de capitales? Nixtieq li tingħata lista ta’ min kienu l-uffiċjali ta’ dawn id-delegazzjonijiet.
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-breakdown tal-ispejjez taz-zjarat li għamlet is-Segretarju Permanenti bejn is-17 u l-25 ta’ Settembru 2016 lejn l-Istati Uniti u bejn il-15 u s-27 ta’ Lulju 2017 lejn iċ-Ċili.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija fejn qed jiġi mitlub sabiex tingħata lista ta’ min kienu l-uffiċjali ta’ dawn id-delegazzjonijiet, nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi dan il-Ministeru ma jistax jagħti din l-informazzjoni peress li dawn kienu delegazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Ambaxxati u Konsulati – rigali fi żmien il-Milied
Question
Huwa fatt magħruf li numru ta’ Ambaxxati u Konsulati f’Malta jagħtu rigali ħafna drabi b’valur imdaqqas, lill-istaff tas-senior management, inkluż lis-Segretarju Permanenti f’dan iż-żmien tal-Milied u l-bidu tas-sena. Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri minn dawn ir-rigali? Jista’ jgħid jekk humiex suġġetti għaċ-ċirkolari tal-OPM dwar dan is-suġġett? Jista’ jgħid għal min kienu dawk il-ħafna rigali li hemm u ilhom hemm mill-20 ta’ Diċembru fir-reception area tal-Ministeru fl-entratura ta’ Triq Melita?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rigali li jingħataw is-Senior Management jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' 'token gifts' u għaldaqstant l-individwi għandhom id-dritt li jew iżommuhom jew kif ħafna drabi jiġri, jaqsmuhom ma' kollegi oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — –Teħid ta’ passi dixxiplinarji kontra uffiċjali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2925, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti ħaditx passi dixxiplinari kontra l-uffiċjali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li temmew il-posting tagħhom fir-Rappreżentanza Permanenti għall-Ġnus Magħquda f’Ġinevra meta dawn żammew kontijiet miftuħin f’banek Żvizzeri bl-indirizz tagħhom tar-Rappreżentanza Permanenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx meħtieġ li jsir dan. Għaldaqstant m’għandix x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2925.
Miżuri ta’ sigurtà f’Ambaxxati Maltin barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ sigurtà qed jittieħdu fl-Ambaxxati ta’ Tel Aviv, Ramallah, il-Kajr, Tunes u l-Algiers? Liema huma l-entitajiet/aġenziji tal-gvern involuti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nformazzjoni dwar miżuri ta’ sigurtà fl-Ambaxxati hija ikkunsidrata bħala informazzjoni sensittiva u ta’ sigurtà nazzjonali. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – xogħlijiet fil-kantina ta’ Palazzo Parisio
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fil-kantina ta’ Palazzo Parisio? Kemm ġew jiswew s’issa u meta huwa mistenni li jitlestew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istadju tax-xogħlijiet fil-Kantina tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozjoni tal-Kummerċ f’Palazzo Pariso il-Belt Valletta huwa kif deskritt hawn taħt:
L-ewwel fażi tax-xogħlijiet huma lesti. Dawn kienu jikkonsistu fi skavar ta’ materjal b’għoli ta’ madwar 60cm madwar il-kantina kollha, kif ukoll tneħħija ta’ katusi tal-asbestos minn fuq il post.
L-ispejjeż tax-xogħlijiet li saru s’issa huma:
Tneħħija ta’ katusi tal-Asbestos
€11,741.00
Skavar tal-materjal
€33,765.50
Supervizjoni tal-Arkeoloġija
€3,904.05
Superviżjoni fuq Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol
€861.40
Totali:
€50,271.95
Ix-xogħolijiet huma mistennija li jkunu lesti fis-sena 2019.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ– xogħlijiet fuq is-soqfa tat-tielet sular ta’ Palazzo Parisio
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fis-soqfa tat-tielet sular ta’ Palazzo Parisio? Kemm ġew jiswew s’issa u meta huwa mistenni li jitlestew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq rakkomandazzjoni tal-Periti tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi, dan il-Ministeru kien għamel protezzjoni temporanja tax-xibka li kienet qegħda tidher, sabiex ma tkomplix issir ħsara lis-saqaf, b’materjal apposta. Bħalissa qed jiġi kkonsidrat jekk isirux soqfa ġodda jew inkella jiżdiedu aktar travi tal-ħadid bejn dawk li hemm diġà. S’issa l-ispiża tal-materjal kienet ta’ €181.89.
Kompożizzjoni ta’ delegazzjonijiet – żjarat uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, lejn liema pajjiżi siefer fiż-żjarat uffiċjali s’issa, il-kompożizzjoni tal-delegazzjoni tiegħu, min kienu l-uffiċjali miċ-ċivil li akkumpanjawh u x’kienet l-ispiża għal kull żjara minn Ġunju 2017 sal-lum?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.