Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #9050 Sitting 201 2019-02-25 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati taċ-Ċivil li telqu mill-kariga tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8428 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 5 ’il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar minn Marzu 2013 ’il hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

NIxtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Eleġibilità Għal Fondi Mill-Unjoni Ewropea – rapport dwar Għawdex

Question

Id-Dikjarazzjoni 36, annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tgħid hekk: " in the event that Malta, as a whole, would no longer be eligible to certain measures of the regional policy, the report (by the Commission to the Council on the economic and social situation in Gozo, and in particular, on the disparities in the social and economic development levels between Gozo and Malta) would assess whether the specific economic situation of Gozo justifies a continued eligibility of Gozo to these measures, and under which conditions, during the reference period" Fid-dawl ta’ din id-dikjarazzjoni unilaterali u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6331, tista’ l-Ministru tgħidilna jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea? Dan anke fid-dawl ta’ dikjarazzjonijiet tal-Gvern Malti fejn stqarr li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eleġibbli għall-istess ammont ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit.

Response (DALLI, HELENA)

Malta talbet li l-Kummissjoni Ewropea tirraporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod speċjali dwar id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija maħruġa mill-Gvern Malti fid-dsatax ta’ Frar 2019.
Leg 13 PQ #8824 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Portijiet tal-Mġarr u x-Xlendi – xogħlijiet

Question

B’referenza għall-proġett tal-immodernizzar ta’ faċilitajiet għas-sajjieda fil-portijiet tal-iMġarr u x-Xlendi, tista’ l-Ministru telenka x-xogħlijiet li hu maħsub li jsir f’dawn iż-żewġ lokalitajiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-portijiet imsemmija hu maħsub illi jseħħu l-interventi kif ġej: Xlendi i. Rikostruzzjoni tad- drystanding area ; ii. Installazzjoni ta’ service pillars , dwal u CCTV cameras fid -drystanding area ; iii. Bdil tal- winch eżiżtenti għal wieħed aktar effiċċjenti; iv. Bini ta’ Landing Office ; u v. Rijabilitazzjoni tal- boat houses . Imġarr i. Provvista ta’ self-driven boat trailer u towed boat trailer biex jintużaw mis-sajjieda tal-post; ii. Installazzjoni ta’ service pillars , dwal u CCTV cameras fid -drystanding area ; u iii. Bdil tal- winch eżiżtenti għal wieħed aktar effiċċjenti. Dawn il-proġetti ser isiru parti minn fondi Ewropej u parti minn fondi nazzjonali.
Leg 13 PQ #8825 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – bini ta’ raba’ vapur

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5717 fejn tlabt lill-Ministru biex tagħti pjan fit-tul fir-rigward tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, dakinhar il-Ministru weġbitni li “kif jgħaddi l-proċess tal-PSO u l-Gozo Channel tirbaħ dan it-tender, ikunu jistgħu jingħataw id-dettalji kollha”. Peress li issa għaddew tmien xhur, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar il-proposta tar-raba’ vapur?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess għaddej.
Leg 13 PQ #8860 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti ġdida

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6963 tal-24 t’Ottubru 2018, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddej il-proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #8878 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – servizzi tal-vapuri

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8782 dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Gozo Channel meta titlesta l-mina, tista' l-Ministru tgħidilna x'inhuma l-pjanijiet ta' diversifikazzjoni? X’servizzi se tkun qiegħda toffri l-Gozo Channel u kemm se jkun hemm bżonn ta’ ħaddiema biex topera? X'vapuri se tuża jekk dawk li hemm bħalissa, se jkunu waslu biex jinbidlu? Tista’ l-Ministru tgħid kemm snin għad fadlilhom joperaw il-vapuri tal-Gozo Channel? Xi studji tekniċi saru u meta ser jiġu ppubblikati, dwar il-mollijiet eżistenti li kif inti ddikjarajt “huma biss kompatibbli mal-vapuri eżistenti”?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva in vista tal-fatt li l-Gozo Channel trid titfa’ l-offerta tagħha għat-tender tas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
Leg 13 PQ #8782 Sitting 195 2019-02-11 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Mina bejn Malta u Għawdex – ħaddiema tal-Gozo Channel

Question

Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk il-ħaddiema tal-Gozo Channel humiex se jżommu xogħolhom fi ħdan il-Gozo Channel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li indipendentament mill-proġett tal-mina, is-servizz tal-Gozo Channel ser jibqà jopera.

Deputati Reġistraturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk id-Deputati Reġistraturi li kienu jġorru l-grad ta’ Prinċipal jew Uffiċjal fi Skala 10 fid-data li ġie ffirmat il-ftehim settorali fit-13 ta’ April 2017 u ġew assimilati fi grad/skala ħażina minħabba interpretazzjoni żbaljata min-naħa tal-amministrazzjoni tal-Qrati, mhux ser jingħataw l-arretrati dovuti lilhom mit-13 ta’ April 2017 sal-5 ta’ Lulju 2018? U dan wara li l-amministrazzjoni tal-Qrati ser timplimenta s-suġġeriment tal-konċiljatur u d-Deputati Reġistraturi ser jingħataw biss l-arretrati b’effett mis-6 ta’ Lulju 2018. Kemm hemm Deputati Reġistraturi f’Malta kif ukoll f’Għawdex li ġew affetwati b’din l-interpretazzjoni żbaljata tal-ftehim settorali? Ġaladarba saret din l-inġustizzja mad-Deputati Reġistraturi, għalfejn m’għandhiex issir ġustizzja magħhom, billi jingħataw l-arretrati kollha dovuti lilhom, meta qegħdin f’post fejn suppost issir ġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-ammininistrazzjoni tal-Qorti mxiet mar-rakkommandazzjoni tal-Bord ta’ Konċiljazzjoni u dan bi prassi u konformità mal-prattika tar-relazzjonijiet industrjali. In-numru ta’ Deputati Reġistraturi affettwati kienu 33 f’Malta u 6 f’Għawdex.

Mina bejn Malta u Għawdex — ħaddiema tal-Gozo Channel

Question

Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Gozo Channel humiex se jżommu xogħolhom fi ħdan il-Gozo Channel?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat, ċjoè dak responsabbli għal Għawdex.
Leg 13 PQ #8653 Sitting 194 2019-02-06 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Tined

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari 5488 fejn kont staqsejt dwar il-bini ta’ tined fl-Imġarr Għawdex u fiċ-Ċirkewwa f’Malta, dan peress li d-duty officers u l-coordinators tal-Gozo Channel kemm fl-Imġarr Għawdex, kif ukoll fiċ-Ċirkewwa f’Malta, jaħdmu l-ġurnata kollha esposti għall-elementi kollha tat-temp Malti, inkluż għax-xemx kiefra tas-sajf, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra meta taħseb li ser jitlestew dawn it-tined?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Change Management Review Board għadu kemm lesta pjan dwar loġistika relatata mal-għoti tas-servizz.

Sħubija sħiħ tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea

Question

Peress li dan l-aħħar fil-midja dehret dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika ta' Malta fejn qed tappoġġja s-sħubija sħiħa tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dan ir-rigward?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-President tar-Repubblika tenniet il-posizzjoni storika ta’ Malta sa’ mis-sħubija fl-UE, fejn bħala prinċipju dejjem tat l-appoġġ tagħha għat-tkabbir fl-istess Unjoni, kemm il-darba pajjiz ikun issodisfa l-kriterji kollha stabbiliti mill-istess Unjoni.

Mina bejn Malta u Għawdex — noll

Question

B'referenza għaċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa n-noll biex wieħed jgħaddi mill-mina? Dan il-prezz se jkun fiss għal numru ta' snin u garantit li ma jogħliex?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.

Mina bejn Malta u Għawdex — monorail

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mina bejn Malta u Għawdex hux se tkun tista' tinbidel f'mina għall-monorail taħt l-art biex tgħaqqad iż-żewġ gżejjer fi ħdan proġett aktar wiesa' kif propost mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.