Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1892 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bajjiet u Xtut — Liġi u Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn tal-pulizija fit-tħaris tal-liġi u tar-regolamenti tal-bajjiet u x-xtut u jekk humiex isiru partols fihom? Jekk fl-affermattiv, fejn qed isiru? Huma regolari jew f'xi ħinijiet biss?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-pulizija issa ilha għal diversi snin impenjata sabiex issaħħaħ l-infurzar tal-liġijiet u regolamenti konnessi max-xtajtiet u l-baħar, billi torganizza ronda regolari matul ix-xhur tas-sajf, f’postijiet u bajjiet turistiċi kemm fuq ix-xtajtiet kif ukoll fuq il-baħar. Fost il-postijiet fejn qed isiru dawn ir-rondi hemm Wied il-Għajn, Birżebbuġa, Sliema, San Ġiljan, GĦadira, Ghajn Tuffieħa u l-Armier
Leg 11 PQ #1893 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sun Block

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in vista ta' l-aħħar direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li, kontra dak li qed jiġi riklamat, ebda prodott sun block ma jagħti protezzjoni totali, l-ispiżjara jew bejjiegħa li jbiegħu tali prodotti kenux mitluba biex jispjegaw dan lill-konsumatur kif fil-fatt qed isir f'pajjiżi oħra fosthom l-Italja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li meta l-Unjoni Ewropea ħarget id-direttiva dwar is-sun block, id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard kien ħareg Press Release biex jinforma lill-pubbliku dwar dan. Il-kampanja ta’ dik is-sena dwar il-ħsara mix-xemx ukoll kienet tinkludi informazzjoni u identifikat id-differenza bejn sun block u sun cream. Kienet ukoll intbagħtet ittra lill-ispiżjara fejn ġiet spjegata id-direttiva. Il-bejjiegħa li m’humiex spiżjara ġew milquta biss bil-kampanja mmirrata lejn il-pubbliku u mhux direttament. Barra minn hekk, hija parti mill-irwol professjoinali ta' l-ispiżjar li jagħti pariri dwar il-protezzjoni tas-saħħa lil kull min imur fl-ispiżerija.

Kumpaniji Pprivatizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji parastatali li ġew privatizzati minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mill-1987 'l hawn? X'investiment għamlu minn dak iż-żmien 'l hawn? Jista' jgħid jekk tali investiment kienx possibli li jsir kieku ma kienux pprivatizzati? Kemm qed iħaddmu nies illum? X'ammont ta' taxxa ħallsu fuq il-qliegħ li kellhom kull sena minn dak iż-żmien 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dwana ta' Malta — Attivita' Illegali fil-Portijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn tad-dwana ta' Malta kontra kull attivita' illegali fil-portijiet (inkluż il-Port Ħieles) fil-yatch marinas u fl-ajruport? F'kull każ, x'kien ir-riżultat ta' dan l-impenn mill-2005 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Użin tal-ħobż Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu permess li jkun l-użin tal-ħobż Malti skond l-aħħar ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-furnara u x'passi qed jittieħdu biex ikun assigurat li qed jinżamm dan il-piż?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1885 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Obesita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar studji/riċerki f'Malta u Għawdex dwar l-obesita' fost il-popolazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'kien ir-riżultat ta' tali studju/riċerki li saru fuq irġiel, tfal u nisa? Kif tali riżultat hu pparagunat ma' riżultati ta' studju/riċerki li saru l-aħħar minn pajjiżi barranin jew mill-Unjoni Ewropea jew mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa? X'inhu l-impenn tal-gvern biex l-irġiel, in-nisa u t-tfal ikunu edukati ħalli jieklu bil-qies u ikel tajjeb għalihom u għalhekk ma jkunx hemm ħxuna żejda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1886 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru għid jekk il-liġi kontra t-tipjip tipprojbixxix dan milli jsir fil-pubbliku, fuq il-postijiet tax-xogħol u f'negozji? Jekk fl-affermattiv, kif qed tiġi nfurzata l-liġi u x'kienu r-riżultati? Hemm il-ħsieb li jiżdieidu l-ambjenti mingħajr duħħan u l-pieni biex fost oħrajn ikunu protetti dawk li ma jpejpux fosthom it-tfal?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku li ġew fis-seħħ f'Settembru ta' l-2004, jipprojbixxu li jsir tipjip f'xi fond magħluq kemm privat kif ukoll pubbliku li jkun miftuħ għall-pubbliku. Tipjip f'dawn il-postijiet jista' jsir biss fi kmamar msemmija fejn jista' jsir tipjip u dawn l-istess kmamar għandhom jkunu skond kriterji maħruġa mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Istandards kif ukoll approvati mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika. L-istess Regolamenti jgħidu li ebda persuna m'għandha tpejjep f'xi żona fejn isir ix-xogħol, ħlief anke f'dan il-każ, tipjip jista' jsir biss fi kmamar msemmija fejn jista' jsir tipjip. Sa’ llum l-uniċi standards uffiċċjali li ħarġu huma dawk li jirregolaw, kmamar għat-tipjip ġo stabilimenti ta’ l-ikel. Dawn ir-regolamenti qed jiġu nfurzati kemm mill-Ispettorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali kif ukoll mill-Pulizija. L-ispezzjonijiet mill-ispettorat tas-Saħħa Ambjentali jsiru kemm waqt il-ħin normali tax-xogħol kif ukoll f'ħinijiet wara l-ħin normali u dan anke wara xi lmenti li l-istess Dipartiment jirċievi li ċerti sidien ta' stabbilimenti jkunu qed jippermettu li jsir tipjip fl-istabbilimenti tagħhom. Meta waqt l-istess spezzjonijiet jinstab ksur ta' dawn ir-Regolamenti jittieħdu passi legali kontra l-persuna responsabbli ta' l-istabbiliment. Il-figuri t'hawn taħt juru n-numru ta' nies li ġew imħarka mill-2005 sa' llum. Sena Numru ta’ Ċitazzjonijiet 2005 21 2006 37 2007 7 Sa’ Ġunju 2008 8 Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar il-Kontroll tat-Tabakk jipprojbixxi li ebda persuna ma tista' tbiegħ jew tawtorizza li jsir bejgħ ta' prodotti tat-tabakk fi skejjel, kulleġġi jew ġo istituzzjonijiet edukattivi. Kif ukoll huwa projbit li jiġi offrut għall-bejgħ ħelu li jkollu xebħ ma’ prodotti ta’ tabakk. Preżentament m’hemmx ħsieb illi jiżdiedu l-pieni maħruġa taħt dan il-Att. Dwar in-numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-Pulizija fuq dan ir-rigward, nissuġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #1887 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Vizzju tat-Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex aktar nies jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip u x'inhu r-riżultat ta' dawn il-miżuri?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jieħu diversi mizuri biex jgħin in-nies jaqtgħu il-viżżju tat-tipjip fostħom; 1. Riċentement id -dipartiment temm kampanja imsejħa ‘Ieqaf Pejjep u Irbaħ’. Din kienet immirita għall dawk in-nies li jpejpu. Kien hemm 901 persuna li applikaw u nistennew li nevalwaw din il-kampanja biex naraw l-efett tagħha. Wara l-aħħar kampanja ‘Ieqf Pejjep u Irbaħ’ ta’ 2006 saret riċerka biex tiġi evalwata il-kampanja u irriżulta’ li 23.3 % ta’ dawk li ipprteċipaw kienu għadħom ma’ jpejpux sa Frar ta’ 2008. 2. B’kollaborazjoni ma l-Unjoni Ewropeja ħadna sehem fil- ‘European Smoke Free Award’ li għada kemm għalqet u ir-rebbieħa ser jitħabru aktar il-quddiem din is-sena. 3. Maż- żgħażagħ saru attivitajiet qrib iż-żgħażagħ li kienu jinkludu taħdidiet dwar it-tabakk u testijiet tal-‘carbon monoxide’; 4. Partiċipazzjoni attiva għall-Jum Dinji Kontra it-Tabakk permess ta’ reklamar fuq it-televiżjoni u iċ-ċinema immirat lejn iż- żgħażagh biex iħeġġiehom jieqfu mill viżżju u ma’ jibdewx ipejpu. 5. Programmi għal fuq il-postijiet tax-xogħol dwar il Vizzju Tat- Tipjip u biex iħeggu u jedukaw il-ħaddiema jieqfu mill-vizzju. 6. Il-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea HELP - Għal Ħajja Bla Tabakk, għada ghaddej matul din is-sena wkoll kemm mal-kbar u kif ukoll iz-zghazagh. It-tlett prioritajiet ta’ din il-kampanja huma il-prevenzjoni tat-tipjip, li tieqaf tpejjep u il-perikli tat-tipjip passiv. 7. Regolarment jsiru klassijiet tas-‘Smoking Cessation’ fic-Centri tas-Sahha u counselling fuq livelli personali meta jkun meħtieġ. Fit-2006/2007 ipparteċipaw għall-klassijiet 555 persuna u minnhom waqfu il-vizzju 127. 8. Jingħata wkoll sevizz permes ta’ telephone ’Quitline 23266116’ għall dawk in-nies li jixtiequ jieqfu jew għandħom bżonn għajnuna jew aktar informazzjoni. 9. Artikli u intervisti fuq stazzjonijiet tar-radju u l-istampa biex jedukaw il-poplu fuq il-ħsara li jġib miegħu t-tabakk, ma jonqsux; 10. Ktejjeb ta’ Informazzjoni utili dwar it-tabakk ser jiġi ppublikat din is-sena biex in-nies jkunu jistaw jinformaw ruħom aktar dwar x’ passi għandħom jittieħdu biex jaqtgħu il- vizzju tat-tipjip.
Leg 11 PQ #1888 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mwiet ikkaġunat minn tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' mwiet kkaġunat minn tipjip kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta — Lourdes fi Franza

Question

Jista' l-Ministru jgħid in vista taċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru f'Lourdes fi Franza, l-Air Malta din is-sena żieditx it-titjiriet tagħha chartered għal dan il-pajjiż? Jista' fil-fatt jgħid kemm hu maħsub li se jkunu saru titjiriet u kemm bejn wieħed u ieħor se jkunu ġarrew passiġieri? Kif in-numru ta' titjiriet u passiġġieri hu maħsub li se jipparaguna ma' dak ta' snin oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Titjiriet Chartered

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Air Malta bdiet it-titjiriet chartered tagħha għal Lourdes fi Franza? Minn dak inhar 'l hawn dawn it-titjiriet saru kull sena? U jekk fl-affermattiv, kemm-il titjira saret kull sena u kemm-il passiġġier ġarret? X'inhuma l-prospetti għall-futur u kif l-Air Malta tipparaguna ma' kumpaniji oħra li jorganizzaw titjiriet chartered għal dak il-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1879 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kurċifissi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward tat-tqegħid ta' kurċifissi fi klassijiet ta' skejjel pubbliċi, fi swali, fi sptarijiet u f'uffiċji f'dipartimenti tal-Gvern u organizzazzjonijiet pubbliċi oħrajn? Jekk il-policy tal-Gvern hi li fost l-oħrajn fil-klassijiet ta' l-iskejjel ikun hemm kurċifissi, jista' jara li l-kurċifissi li tneħħew minn klassijiet fi skejjel f'Għawdex ( riferenza għal dan għamilha l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech fl-omelija tiegħu fil-quddiesa pontifikali tal-festa tal-visitazzjoni fl-Għarb il-Ħadd li għadda) jerġgħu jitqiegħdu fejn kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Energy Saving Government Rebate

Question

Jista' l-Ministru jgħid min sal-Ħadd 6 ta' Lulju kellu dritt għall-energy saving government rebate u cioe' hux il-konsumatur direttament jew inkella tal-ħanut? Jekk kemm-il darba hu l-konsumatur li kellu dritt għal dan ir-rebate, għaliex sidien ta' ħwienet (ara full-page advert f'The Times tat-3 ta' Lulju-page 47) irriklamaw f'gazzetti lokali li dan ir-rebate kien diġa' ġie mnaqqas mill-prezz? F'dan il-każ, x'kontroll isir biex ikun assigurat li dan it-tnaqqis verament ikun gawdih il-konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li r-rebate dejjem kellu d-dritt għalih biss, il-konsumatur. Dan kien jieħdu direttament mingħand l-MRA wara li jkun xtara l-appliance u jissottometti rċevuta fiskali flimkien ma-applikazzjoni, kif ukoll invoice li turi fost informazzjoni oħra min biegħ, min xtara, xi nxtara u kemm kien il-prezz.

Taxxi mhux Mħalsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali saret mid-dwana ta' Malta, sena b'sena, mill-2005 s'issa biex ikun assigurat li fuq l-oġġetti kollha esposti għal-bejgħ ikunu tħallsu t-taxxi kollha dovuti? F'kull każ instabu affarijiet li kienu għall-bejgħ mingħajr ma tħallsu fuqhom it-taxxi dovuti? X'kienu l-affarijiet u dawn kienu kkonfiskati? X'kienu t-taxxi li suppost kienu mħallsa fuqhom u x'kien l-ammont ta' kull taxxa dovuta? Il-persuni li fl-istabbilimenti tagħhom instabu dawn l-affarijiet ittellgħu l-qorti? Jekk fl-affermattiv x'kienu kkundannati?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1882 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Oġġetti Esposti għall-Bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija fi stabbilimenti kummerċjali saret mill-pulizijia, sena b'sena, mill-2005 s'issa biex ikun assigurat li l-oġġetti esposti għall-bejgħ ma kienux imdaħħla f'Malta b'kuntrabandu u li fuq l-oġġetti esposti għall-bejgħ ikunu tħallsu t-taxxi kollha dovuti, u li l-oġġetti esposti għall-bejgħ mhux qed jinbiegħu ogħla milli suppost? F'kull każ, x'kien ir-riżultat ta' kull tfittxija u x'passi ttieħdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ma tagħmilx spezzjonijiet ta’ rutina sabiex tivverifika jekk it-taxxi fuq oġġetti esposti għall-bejgħ tħallsux kollha, jew jekk hux qed jinbiegħu ogħla milli suppost. Dan ix-xogħol jitwettaq minn dipartimenti li ma jifformawx parti mid-dekasteru tiegħi. Madankollu, il-Pulizija dejjem tinvestiga u tipproċedi skond il-liġi fejn ikunu rrapurtati jew suspettati każi ta’ kuntrabandu. Fil-fatt, mill-2005 l’hawn il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 253 persuna dwar 203 każ ta' xi tip ta kuntrabandu. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #1806 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi trasferiment ta' proprjetà tal-Gvern saret lill-kunsilli lokali? Xi proprjetà ngħatat? X'kien l-użu tagħha (jekk fil-fatt kienet qed tiġi użata)? Lil liema kunsill lokali ngħatat u meta ngħatatlu? Hemm xi ħlas fuqha u għalxiex qed tintuża llum? Hemm xi talbiet għal xi trasferiment ta' proprjetà oħra? Xi proprjetà qed jitolbu? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta hemm il-ħsieb li jsir dan it-trasferiment? Il-kunsilli lokali li qed jitolbu tali proprjetà għalxiex se juzawha? Min-naħa tiegħu, il-Gvern għandu xi ħsieb li jittrasferixxi proprjetà tiegħu mhux użata jew mhux użata tajjeb lil xi kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1809 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Amministrazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali ngħataw jew għandhom id-delega ta' amministrazzjoni, tmexxija jew ħarsien tal-librerija pubblika lokali jew regjonali? Meta kull kunsill lokali ingħata din id-delega? Hemm xi talbiet pendenti? Xi progress sar fejn ingħatat id-delega u x'inhi l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1812 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet, sena b'sena, l-allokazzjoni finanzjarja diretta u indiretta li ngħata kull kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn? Hemm il-ħsieb li jinbidel il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni? Jekk fl-affermattiv, kif se tinħadem u minn meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1815 Sitting 31 2008-07-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm-il elezzjoni saret għall-kunsilli lokali? Meta saret kull elezzjoni? Kemm-il kandidat ikkontesta kull elezzjoni? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kellu kandidati kull partit f'kull elezzjoni? Kemm kienu eletti kandidati f'kull elezzjoni u f'isem min kienu eletti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1767 Sitting 30 2008-07-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Complement ta' l-infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-complement ta' l-infermiera fl-isptarijiet tal-Gvern Mater Dei, San Vinċenz de Paule u Mount Carmel u fiċ-Ċentri tas-Saħħa bil-bereġ li jaqgħu taħthom u kemm fil-fatt hu n-numru ta' l-infermiera f'dawn il-postijiet? Kemm-il darba n-numru ta' l-infermiera hu inqas mill-complement x'qed isir mill-Gvern biex dawn il-postijiet jimtlew u b'hekk la jkun hemm ilmenti min-naħa ta' min jirċievi s-servizz u lanqas min-naħa ta' min qed jagħti s-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.