Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet id-devoluzzjoni ta' l-art lill-Kunsilli Lokali, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern jieħu din id-deċiżjoni u xi proprjetà ngħatat b'devoluzzjoni minn dakinhar 'il hawn lill-Kunsilli Lokali u lil liema kunsilli ngħatat?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet id-devoluzzjoni ta' l-art lill-Kunsilli Lokali, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern jieħu din id-deċiżjoni u xi proprjetà ngħatat b'devoluzzjoni minn dakinhar 'il hawn lill-Kunsilli Lokali u lil liema kunsilli ngħatat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel żewġ devoluzzjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ art pubblika saru fid-9 ta’ Marzu 1999. Dak in-nhar kienu ġew devoluti Ġnien Alexander Ball lill-Kunsill Lokali Safi u Ġnien is-Serenità (Ġnien taċ-Ċiniżi) lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija.
Il-
policy
dwar devoluzzjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ proprjetà pubblika kienet saret fl-1999 (abbażi ta’ ċirkulari Memo 25/1999). Hemm tlett fatturi li jistgħu iwasslu biex Kunsill jingħata d-devoluzzjoni ta’ proprjetà pubblika. Dawn huma li, l-proprjetà trid tkun:
a) mitluqa u/jew mhix żviluppata;
b) użata ħażin (
misused
) jew li tista’ tiġi żviluppata aħjar; jew
c) b’xi mod relatata ma’ xi funzjoni ta’ Kunsill Lokali skond id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu 33(1) ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar Kunsilli Lokali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-devoluzzjonijiet lokali kollha li saru s’issa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mal-Kunsilli Lokali kollha kull sena mit-twaqqif tagħhom sal-lum? U minbarra dawn, kemm kull sena kull Kunsill Lokali kellu mislufa miegħu minn mal-Gvern, mit-Tarznari u minn postijiet oħra?
Dwana ta' Malta — Attivita' Illegali fil-Portijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn tad-dwana ta' Malta kontra kull attivita' illegali fil-portijiet (inkluż il-Port Ħieles) fil-yatch marinas u fl-ajruport? F'kull każ, x'kien ir-riżultat ta' dan l-impenn mill-2005 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dwana ta’ Malta fit-twettieq tal-ħidma tagħha tfittex li tħares l-għanijiet ewlenin komuni għall-Istati membri tal- EU. Dawn għandhom firxa wiesgħa u jinkludu:
· Il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunita’ u l-Istati Membri.
· Il-protezzjoni tal-Komunita’ minn kummerċ illegali u inġust filwaqt li tiffaċilita l-attivitajiet kummerċjali legittimi.
· Il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-Komunita’ u r-residenti tagħha u l-protezzjoni ta’ l-ambjent b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet oħra.
· Bilanċ meqjus bejn kontrolli doganali u faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu.
Id-Dwana ta’ Malta hija kontinwament impenjata f’attivitajiet ta’ kontroll u infurzar fit-territorju Malti kollu speċjalment fl-ajruport u l-portijiet.
Mill-2005 ‘l hawn, bħal snin oħra, twettqu ammont sostanzjali ta’ tfittxijiet u kontrolli fuq persuni, bagalji,
containers
, merkanzija,
yachts
etc.
Din il-ħidma tat diversi rizultati:
Ajruport – L-iktar notevoli huma diversi każi ta’ qbid ta’ droga, sigaretti u xorb, armi u munizzjon, għasafar u speċi oħra protetti, prodotti kontrafatti u flus kontanti.
Portijiet inkluż
yacht marinas
– Hawnhekk ukoll id-dwana kellha diversi riżultati mhux biss fil-ġlieda kontra d-dħul ta’ droga imma wkoll sigaretti u xorb alkoħoliku, prodotti kontrafatti, għasafar u speċi oħra protetti, vetturi u
fuel
.
Ta' min isemmi, li l-impenn tad-Dwana, jiġi eżerċitat ukoll għan-nom u in rappreżentanza ta' diversi Dipartimenti/entitajiet oħra.
Huwa diffiċli li wieħed jikkwantifka fid-dettal imma ta’ min isemmi li minn l-2005 l-hawn ġew konfiskati xejn inqas minn:
- 20,9 kg kokaina
- 26,8 kg eroina
- 75,715 pillola ristretti / kontrollati
- iktar minn 140 miljun sigarett li minnhom 73 miljun instabu li huma kontrafatti
- 142
container
bi prodotti kontrafatti li jvarjaw minn żraben, ħwejjeġ, aċċessorji tal-karozzi, prodotti elettroniċi, kożmetici u
toothpaste
sa
ball pens
.
Huwa ukoll fatt li l-preżenza tad-Dwana tirriżulta ta' deterrent għal min ikun qed jikkontempla li jwettaq xi reat ta' kuntrabandu, iżda jerġa' jdawwar fehmtu minħabba din il-preżenza.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li waħedhom jew bi sħab mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani fetħu jew qed imexxu xi Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani fil-lokalita' tagħhom? Meta nfetħu dawn iċ-ċentri ? X'inhu n-numru ta' anzjani li jattendu dawn iċ-ċentri? X'kien jew għadu s-sehem li kull kunsill lokali qed jagħti f'dan ir-rigward? Hemm xi talbiet pendenti minn kunsilli lokali oħra għal ftuħ u jew it-tmexxija ta' Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani?
Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol ta' tindif u kontinwazzjoni ta' rijabilitazzjoni ta' Wied Irmiedi limiti ta' H'Attard? Jista' jgħid meta kien l-aħħar li sar tindif u x'xogħol beħsiebu jsir fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol fuq Wied Irmiedi jsir fuq bażi regolari minn sena għal sena skond il-program ta’ manutenzjoni u t-tindif tal-korsa ta’ l-ilma.
Din is-sena peress li dan ix-xogħol hu meqjus bħala prijorità, sar fil-bidu tas-sajf matul Ġunju. Ix- xogħol li sar kien jinkludi:
a) tneħħija ta’ depożiti akkumulati tul mhedda ta’ kilometru tal-
korsa ta’ l-ilma;
b) manutenzjoni fuq ir-reċensjonijiet tal-ilma, u l-kanal ta’ l-ilma l-antik (
storm-water
);
c) ġbir ta’ skart goff u oġġetti tal-
plastic
mormija fil-wied;
d) tneħħija ta’ ħaxix.
Naturalment kull meta jinħass il-bżonn ta’ xi interventi oħra jittieħdu l-passi neċessarji biex ix-xogħol isir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-qgħad fl-ewwel u fit-tieni parti tar-reġistru fl-aħħar ta' kull sena mill-2001 sal-2007?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li r-rata tal-qgħad fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru fl-aħħar ta' kull sena mill-2001 sa l-2007 kienet hekk : -
Sena Rata tal-qgħad fl-ewwel u fit-tieni parti
Diċembru 2001 5.12%
Diċembru 2002 5.18%
Diċembru 2003 5.63%
Diċembru 2004 5.57%
Diċembru 2005 5.08%
Diċembru 2006 4.88%
Diċembru 2007 4.14%
Ir-rata tal-qgħad inħadmet fuq dawk il-persuni li għandhom impjieg full time bħala xogħol ewlieni tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-MEPA waqqfet l-Urban Improvement Fund Scheme? X'inhu l-iskop ta' din l-iskema? Mnejn kull sena daħlet flus u x'kien l-ammont imdaħħal kull sena? Kemm qassmet flus kull sena lill-kunsilli lokali minn din l-iskema, u kemm kull kunsill lokali ngħata kull sena? Xi pjani għandha l-Awtorita' għall-iżvilupp ta' din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Urban Improvement Fund (UIF) hija skema li twaqqfet mill-Gvern permezz ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f'Ottubru 2006, biex applikazzjonijiet ta' żvilupp li ma jistgħux jipprovdu spazju ta' parkeġġ fl-iżvilupp tagħhom, ikun jistgħu jintalbu jagħtu kontribuzzjoni ta' flus li mbagħad jintużaw fl-istess lokalità għal tisbieħ urban.
Il-proġetti li huma eliġibbli għal dawn il-fondi jridu jiġu proposti mill-kunsilli lokali jew mill-gvern ċentrali, u jridu jkunu fuq art pubblika u fil-parti urbana tal-lokalità.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi minn liema lokalitajiet daħlu l-flus, sena b'sena, kif ukoll kemm intużaw fondi f'kull lokalità sena b'sena.
Il-MEPA bħalissa qed tikkunsidra tagħmel emendi għal-lista tat-tipi proġetti li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm kien hemm riżenji minn kull kunsill lokali, min kienu s-sindki jew kunsilliera li rriżenjaw u meta rriżenjaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1805, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk u liema huma dawk id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji, sena b'sena, li baqgħu ma ngħatawx rimedju mill-Gvern jew aġenziji tiegħu u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1897, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm sebgħa u tletin (37)-il rakkomandazzjoni favorevoli tal-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji li għadhom ma ġewx implimentati.
1. In-numru ta’ każijiet li ma ġewx implimentati sena b’sena huma dawn:
Sena
Numru ta’ każijiet
1989
1
1990
1
1991
4
1992
1
1993
16
1994
8
1995
1
1996
1
1997
4
Total
37
2. Ir-raġunijiet għaliex dawn id-deċiżjonijiet ma ġewx implimentati huma dawn:
· Każ wieħed ma ġiex implimentat fuq parir tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku;
· 9 każi ġew ikkontestati l-Qorti;
· 27 każ ma ġewx implimentati minħabba raġunijiet amministrattivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Environmental Landscape Consortium (ELC) għandux l-inkarigu li jsebbaħ l-open spaces, central strips,roundabouts eċċ li hemm fit-triq li minn Ħal Qormi tagħti għalfejn l-arjuport il-qadim (Triq Ħal Qormi/Ħal Luqa/San Tumas)? Jekk iva,għaliex dawn il-postijiet m'humiex miżmuma fi stat tajjeb? Jekk le, jikkonsidra l-Gvern li dawn il-postijiet għandhom jingħataw lill-ELC inkella lil xi kumpannija oħra biex jinżammu fi stat tajjeb partikolarment meta wieħed jikkonsidra li minn din it-triq ħafna turisti jieħdu l-ewwel u l-aħħar impressjoni ta' pajjiżna?
Kunsilli Lokali — Amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu u ngħataw, jew għadhom jistennew li jingħataw, id-delega ta' l-amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika? Xi proprjeta' ngħataw u għalxiex issa qed tiġi wżata? Meta ngħataw din il-proprjeta'?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1,718 tal-kollega tiegħi l-Onor Adrian Vassallo, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dħul totali ta' kull Kunsill Lokali mill-LES minn meta ngħataw din id-delega sa tmiem Ġunju li għadda u kemm (total ukoll) kull Kunsill Lokali għad għandu flus pendenti xi jdaħħal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dħul li kull Kunsill Lokali kellu minn mindu twaqqfet is-sistema ta’ l-infurzar lokali, kif ukoll l-ammont ta’ flus pendenti li għad iridu jinġabru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar tliet snin saru ilment, sena b'sena, lid-Dipartiment tal-Konsumatur minn individwi jew gruppi kontra aġenziji ta' l-ivvjaġġar lokali? X'kienu l-ilmenti kontra dawn? X'kienu l-passi rakkmandati mid-Dipartiment tal-Konsumatur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aġenziji ta’ l-ivjaġġar huma regolati bir-Regolamenti ta’ l-2000 dwar il-Pakkett ta’ l-Ivvjaġġar, Pakkett ta’ Vaganzi u Pakkett ta’ Tours li jaqgħu taħt l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Iżda d-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni, jilqa’ ilmenti mill-pubbliku sabiex ifittex kumpens meta jkun ħallas għal prodott difettuż jew servizz mhux sodisfaċenti. Peress li l-ivvjaġġar huwa servizz issir medjazzjoni mill-uffiċjali tad-Direttorat, bejn il-konsumatur u l-aġenzija sabiex jintlaħaq ftehim amikevoli biex il-konsumatur jieħu kumpens. Fin-nuqqas li jintlaħaq ftehim, il-konsumatur jista jressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur.
L-infurzar ta’ dawn ir-Regolamenti jsir mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni oħra mitluba mill-interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mindu twaqqfu l-Kunsilli Lokali 'l hawn kemm saru ġemellaġġi ma' Gvernijiet Lokali f'pajjiżi oħra? Meta sar kull ġemellaġġ? Liema kunsill lokali għamlu dan u ma' min għamluh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1707.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'by-laws saru mill-Kunsilli Lokali mindu ngħataw dan il-poter? X'kienu dawn l-by-laws? Liema kunsilli lokali qed joperawhom u minn meta daħlu fis-seħħ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni liċenzjati biex jaħdmu bħala gwidi turistiċi u f'liema lingwi huma liċenzjati biex jagħmlu dan? X'inhu l-impenn tal-Gvern biex jikkontrolla l-abbużi f'dan il-qasam u cioe' biex Maltin u barranin li m'humiex liċenzjati bħala gwidi ma jkomplux jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli. Interpellant li sitt mija, ħamsa u għoxrin (625) persuna għandhom liċenzja sabiex jaħdmu bħala gwidi turistiċi skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Il-maġġoranza tal-gwidi huma liċenzjati li jiggwidaw b’aktar minn lingwa.
L-ispettorat ta’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kontinwament jorganizza spezzjonijiet sabiex jikkontrolla l-abbuż li Maltin u barranin li m’humiex liċenzjati bħala gwidi ma jkomplux jagħmlu dan ix-xogħol. Inoltre waqqaf grupp ta’ nies li għal erbgha u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa jkunu stand by b’numru ta’ telefon ċellulari magħruf mal-gwidi kollha sabiex kif l-Awtorità tirċievi ilment f’dan ir-rigward ikunu jistgħu jistħarrġuh immedjatament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm suppost li hu l-complement tal-Forzi Armati Maltin? Kemm fil-fatt hemm membri u f'liema kariga qegħdin? Kemm hemm membri nieqsa (jekk inhu l-każ) f'kull rank u meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-karigi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-istabbiliment approvat tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 1954 persuna u li fil-preżent il-Forzi Armati ta’ Malta huma komposti minn 1636 uffiċjal u suldati oħra mqassmin kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Sejħiet għall-ingaġġ ta’ suldati ġodda isiru fuq bażi annwali u għaldaqstant il-mili tal-vakanzi jiddependi fuq in-numru ta’ applikanti u kemm minn dawn jirnexxilhom itemmu b’suċċess it-taħriġ tagħhom. Ta’ min isemmi li f’Awwissu ta’ din is-sena hemm pjanat li jiġu ngaġġati 109 rekluta li bħalissa għaddejin bit-taħriġ bażiku tagħhom.