Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumitat tal-Mediċinali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Kumitat tal-Mediċinali? X'inhuma t-terms of reference tiegħu? Kemm-il każ ta' mediċina li allegatament kienet qed tinbiegħ bl-għoli investiga? Kemm-il mediċina nstabet li qed tinbiegħ bi prezz ogħla mill-medja Ewropea? X'passi ttieħdu f'kull każ? Il-kumitat hux qed isegwi l-passi li jkun ħa biex jara li verament l-prezz ikun traħħas u sakemm għandu żmien jiffunzjona dan il-kumitat?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5996 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

riforma fil-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-konsultazzjoni dwar ir-riforma maħsuba għall-kunsilli lokali ntemmitx? Tul il-perjodu li saret il-konsultazzjoni liema kienu dawk il-korpi kostitwiti, NGOs, individwi, eċċ li ġew ikkonsultati? X'kienu (forma ta' punti) is-suġġerimenti eċċ li saru u x'inhu issa l-pass li jmiss fir-rigward ta' din ir-riforma? Minn meta hu maħsub li tibda r-riforma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta l-oħra.

Liċenzji tal-Kummerċ — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu in-numru ta' liċenzji tal-kummerċ li jiġu pproċessati kull sena? Liema hi l-aħħar sena sħiħa li ġiet ipproċessata u x'kien l-ammont ta' flus li daħħal il-Gvern f'dik is-sena partikolari? Liema kien l-aħħar xahar li ġie pproċessat mis-sena 2008? Jaf li sidien ta' postijiet tal-kummerċ li bagħtu l-ħlas tal-liċenzja tal-kummerċ tagħhom f'Ottubru li għadda għadhom ma rċevewx il-liċenzja mġedda/l-irċevuta? Jista' jispjega għaliex dan id-dewmien fid-dħul tal-Gvern u jieħu passi biex dan id-dewmien ma jkomplix b'detriment għall-istess Gvern u wkoll għas-sidien ta' postijiet tal-kummerċ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5785 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Infermiera — flus dovuti lilhom

Question

Jista' Ministru jieħu passi biex flus dovuti lil infermiera skond il-ftehim kollettiv mal-MUMN u wkoll ta' xiri li għamlu ta' tagħmir tal-informatika u l-komunikazzjoni jfittxu jitħallsu? Jista' jieħu passi biex ħlasijiet bħal dawn isiru b'mod regolari u mhux impjegati inkarigati minflok ma jipproċessaw it-talbiet li jsiru regolarment joqogħdu jigbruhom sakemm ilaħħqu ċerti ammonti? F'kull każ kemm hu n-numru ta' infermiera li għandhom jieħdu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa, x'inhuma l-ammonti totali li jridu jitħallsu u għalxiex, u meta hemm il-ħsieb li tali flus jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5683 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inċidenti fatali li ġew rapportati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3168, jista' l-Ministru jaġġorna t-tabella li ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2008, in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali kien ta' 156. F'dawn l-inċidenti 168 persuna tilfu ħajjithom. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella aġġornata kif mitluba mill-Onorevoli Membru.
Leg 11 PQ #5684 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5356, jista' l-Ministru jgħid: 1. jekk in-numru ta' impjegati f'kull poliklinika jinkludix ukoll dawk fil-bereġ li jaqgħu taħthom? 2. liema huma l-bereġ li jaqgħu taħt kull poliklinika? 3. kemm hu n-numru ta' impjegati u xi grad huma f'kull berġa? 4. jekk in-numru ta' pazjenti li attendew kull poliklinika jinkludix ukoll il-pazjenti li attendew il-bereġ li jaqgħu taħthom u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li attendew f'kull berġa?

Response (DALLI, JOHN)

Tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #5685 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bereġ tal-Gvern

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1768, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Bereġ matul l-2008 u jekk iċ-ċifri mogħtija fid-dokument imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mal-istess mistoqsija parlamentari humiex korretti ez. l-Imġarr fl-1998 u fl-2001 għamlu użu miċ-Ċentru tas-Saħħa/Berġa 7,116 u 90,096 persuna rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li ma tinżammx statistika dwar il-bereġ ta’ Għawdex peress li dawn jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Informat ukoll li minbarra t-tqassim tal-mediċini mill-ispiżeriji, iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ joffru diversi servizzi oħra. Għalhekk m’hemm l-ebda ħsieb li jingħalqu dawn iċ-ċentri meta tidħol fis-seħħ l-iskema ta’ l-iSpiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek ma’ Malta u Għawdex kollha.

Balzan — Toroq li se jingħataw it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li mistennija li jingħataw it-tarmac matul l-2009 f’Ħal-Balzan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skond il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorita Dwar it-Trasport, ma fadalx toroq xi jsiru fil-lokalita imsemmija mill-Onorevoli Interpellant peress li ix-xogħolijiet fi Triq Birbal tlestew matul l-2007 u l-2008.

Voti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti sena b'sena mill-1987 sa l-2007 l-voti kapitali kif kienu l-estimi approvati oriġinarjament, l-estimi supplimentari u l-ispiża attwali, vot vot tal-kapital?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni fid-dettal tagħha tinsab fir-Rapport Finanzjarju ta’ kull sena kif ippublikat mit-Teżor.

Mosta — Toroq li ngħataw it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac matul l-2008 fil-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-2008 inbniet il-parti ta’ Triq il-Htajriet bejn Triq il-Kbira u Triq Sant’ Antnin. Sadattant, bħalissa qed isir xogħol fil-parti ta’ Triq il-Htajriet bejn Triq Sant’Antnin u Triq E.B. Vella.

Kompjuter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kompjuter hu stmat li hawn fid-djar f'Malta u Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt: 2006 2007 2008 Absolute figures % Absolute figures % Absolute figures % Djar li għandhom aċċess għall-kompjuter 81,474 60.6 82,404 62.6 82,314 62.6

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sistema ta' internet hu stmat li hawn fid-djar f'Malta u Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt: Sa l-aħħar ta’ Ġunju Sa l-aħħar ta’ Ġunju Sa l-aħħar ta’ Ġunju Internet Subscriptions 2006 2007 2008 Narrow Band 47414 43671 28883 Broad Band 42449 46881 78169 Total 89863 90562 107052 Data fuq internet subscriptions hija bbażata fuq l-informazzjoni li tinġabar mill-ISP providers. Survey jintbagħat kull quarter lill-ISP providers kollha Il-figuri li qegħdin jingħataw huwa sa’ Ġunju ta’ kull sena sabiex wieħed ikun jista’ jipparaguna. Aktar informazzjoni tinstab fil-Post and Telecommunications Release [New Release 157/2008] jew fuq l-Information Statistics Release [News Release 024/2007].

Numru ta' Abbonati — servizz tat-telefon ċellulari u internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx xi forma ta' rekord/statistika dwar in-numru ta' abbonati u dwar l-użu tas-servizz tat-telefon ċellulari u ta' l-internet? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena, kemm kien in-numru ta' abbonati fis-servizz (a) tat-telefon cellulari, kemm kien in-numru ta' calls u SMSs u (b) fis-servizz tal-internet u kemm kien in-numru ta' emails eċċ. mibgħuta kull sena minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #2382 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani Lokali — Infurzar Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta kull Kunsill Lokali daħħal fil-lokalità tiegħu l-infurzar lokali permezz tal-Gwardjani Lokali? Kemm-il numru ta' ċitazzjonijiet inħarġu f'kull sena minn dakinhar 'il hawn? X'kien l-ammont li daħħal kull kunsill minn dakinhar 'il hawn? X'inhu l-ammont li kull kunsill kien baqgħalu jdaħħal kull sena u x'kienet l-ispiża ta' kull kunsill kull sena biex ħaddem is-sistema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tingħata din l-informazzjoni jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu ż-żmien (peress li ċerta informazzjoni trid tinġabar mingħand diversi sorsi) u li jinvolvi l-użu ta’ ħafna mir-riżorsi umani tad-Dipartiment. Ghalhekk, ma narax li għandna nużaw ir-riżorsi tagħna b’dan il-mod sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtix indikazzjoni dwar in-neċessità ta’ din l-informazzjoni.

Djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hemm d-djar residenzjali f'Malta u Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ djar f’Malta u Għawdex jammonta għall- 139,178 li huma djar prinċipali u 10,113 bħala djar sekondarji. Ma dawn m’hemmx magħduda d-djar vojta.

Settijiet tat-televiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sett tat-televiżjoni hu stmat li hawn fid-djar f'Malta u Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond ic-Censiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005 minn 139,583 households li ġew reġistrati, 95.9% għandhom sett tat-televizjoni jew aktar.