Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9321 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — postijiet tan-negozju u kummerċ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' permessi maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini jew għal bdil ta' użu ta' postijiet tan-negozju u kummerċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma għandha l-ebda metodu kif tista' tiġbor l-informazzjoni mitluba minħabba l-fatt li d-deskrizzjoni tal-proposta fl-applikazzjoni mhux dejjem tispeċifika dan it-tip ta' żvilupp b'mod ċar.

Postijiet li kellhom liċenjza għall-kummerċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' postijiet li kellhom liċenzja għal kummerċ jew negozju f'kull lokalità, sena b'sena, u kif kienu maqsuma f'kategoriji?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9289 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

lukandi u ristoranti — Abbużi fil-prezzijiet

Question

B'referenza għad-diskorsi li għamel dan l-aħħar l-Onor Mario de Marco dwar abbużi minn lukandi u ristoranti fir-rigward ta' prezzijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid min-naħa tagħha l-Awtorità tat-Turizmu ta' Malta tissorveljax dawn il-prezzijiet biex tassigura prezzijiet kompetitivi u value for money u tieħux passi fejn issib xi abbużi? Fiex jikkonsistu dawn il-passi u mill-ewwel tas-sena 'l hawn x'kienu l-passi li ħadet, kontra min ittieħdu, għalxiex ittieħdu u fiex kienu jikkonsistu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi s-suq li joperaw fih il-lukandi u r-ristoranti hu wieħed liberalizzat u għaldaqstant l-prezzijiet mitluba minnhom huma kontrollati biss mis-suq u l-kompetizzjoni ta’ stabbilimenti simili. Nixtieq nippreċiża wkoll li l-kumment li għamel is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco kien dwar il-ħtieġa li kulħadd, inkluż tal-lukandi u r-ristoranti, jaħdem sabiex il-prezz ta’ vakanza f’Malta jibqa’ kompetittiv. Dokument separata anness mal-Interpellanza numru 9289. Id-detentur ta’ liċenzja li ġie rrapurtat fis-17 ta’ Marzu lill-pulizija għax ma kellux menu esebit bil-prezzijiet kif titlob il-liġi hu: Christian Grech tar-Ristorant Arzella Triq Ghar Qawqla, Marsalforn Ghawdex. Uffiċċjali tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu jissorveljaw permezz ta’ spezzjonijiet sabiex jassiguraw li detenturi ta’ liċenzja li jħaddmu stabbilimenti ta’ akkommodazzjoni turistika għandhom li l- menus , prezzijiet, tariffi u ħlasijiet oħra esebiti bi prominenza u jintwerew hekk kif jiġu mitluba minn xi alloġġjant, jew kull persuna oħra li qed tkun tagħmel użu, jew li tkun ser tagħmel użu mill-fond jew xi servizzi jew faċilitajiet disponibbli mill-fond. L-istess igħodd għal stabbilimenti li jipprovdu l-ikel li għandu jkollhom menus li juru l-prezz u li jkunu wkoll murija ċari barra l-post. Din is-sena detentur ta’ liċenzja ġie rrapurtat lill-puluzija talli naqas li jesebixxi menu bil-prezzjijiet fuq barra r-ristorant. Dettalji ta’ dan id-detentur qed jintbagħtu separatament. L-Awtorita’ tat-Turiżmu ma tistax tinforza fuq l-livelli ta’ prezzijiet li jintalbu jew jekk ikunx qed jingħata value for money .
Leg 11 PQ #9306 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Bord maħtur - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Bord maħtur minnu dan l-aħħar dwar l-operat tal-Armata temmx ix-xogħol tiegħu? Jekk fl-affermattiv x'kienu l-konklużjonijiet u/jew ir-rakkomdazzjonijiet tiegħu u x'passi ttieħdu dwarhom mill-istess Armata u/jew minn oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Dwana — ħlas ta' dazju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum sarx qbid ta' sigaretti u ta' affarijiet oħra mid-Dwana li kienu ddaħħlu jew se jiddaħħlu Malta u li fuqhom ma kienx tħallas jew se jitħallas dazju eċċ.? F'kull każ jista' l-Ministru jgħid jekk l-affarijiet maqbuda kienux għas-suq lokali jew biex jerġgħu jkunu esportati għal swieq oħra jew trasbord? F'kull każ x'kien l-ammont ta' taxxa dovuta lill-Gvern Malti jew lill-Unjoni Ewropeja (bħalma kien l-aħħar każ)? Kif dan il-qbid jippagaruna ma' qbid ieħor f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9308 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri u Bereġ — tibdil fil-ħinijet u l-ġranet tal-infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-futur qarib hux se jkun hemm xi bdil fil-ġranet u l-ħinijiet li jaħdmu l-infermiera fiċ-Ċentri u fil-bereġ li jaqgħu taħthom? Jekk fl-affermattiv fiex se jkun jikkonsisti dan it-tibdil, minn meta se jibda u jekk dwaru sarux konsultazzjonijiet mal-Union tal-Infermiera u l-pożizzjoni li ħadet din il-union?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9311 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol, kull sena, fl-aħħar ta' kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9312 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single mothers — forom ta' għajnuna mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien, kull sena, in-numru ta' single mothers u kemm minnhom kienu jirċievu xi forom ta' għajnuna mill-Gvern u kemm ma kenux jirċievu għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8736 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2253 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li waħedhom jew bi sħab mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani fetħu jew qed imexxu xi Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani fil-lokalità tagħhom? Meta nfetħu dawn iċ-ċentri ? X'inhu n-numru ta' anzjani li jattendu dawn iċ-ċentri? X'kien jew għadu s-sehem li kull kunsill lokali qed jagħti f'dan ir-rigward? Hemm xi talbiet pendenti minn kunsilli lokali oħra għal ftuħ u jew it-tmexxija ta' Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8736, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #8602 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — fondi lil għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka sena b’sena, l-għaqdiet sportivi lokali kollha li bbenefikaw minn fondi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fl-aħħar ħames snin u f’kull każ jindika l-ammont li rċeviet kull għaqda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #8737 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Familja — Rwol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2658 u jgħid minn huma l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja? X'inhu r-rwol tagħha? Jista' jgħid jekk fil-qosor tagħha hemmx: 1) li ssir riċerka fuq is-sitwazzjoni tal-familja Maltija llum? 2) jekk hux ser tistudja x'inhu jikkawża s-separazzjonijiet fil-familji tagħna? 3) jekk hux ser tistudja x'inhuma l-effetti tad-divorzju f'xi pajjiżi fejn daħal?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali Familja (KNF) huma dawn :- Sandro Spiteri Chairperson Rev. Dr Charles Tabone O.P., Deputy Chairperson Dr Anton Grech Dr George Grech Dr Angela Abela Dr Godwin Grima Ms Helen Farrugia Randon Dr Anthony Rutter Giappone Ms Joyce Sciberras Ms Vicky Gauci Ms Gladys Vella Informat ukoll li r-rwol tal-KNF huwa li bħala grupp ta’ esperti mahtura mill-Ministru, tagħti pariri lilu u lill-Gvern dwar materji marbuta mal-familja. Bhalissa l-KNF qed tikkonkludi, fuq direzzjoni tal-Ministru, it-tielet abbozz ta’ Pjan Nazzjonali dwar il-Familja li se jitressaq dalwaqt ghall-konsiderazzjoni tieghu. Dan jolqot ħafna materji, inkluż dawk li semma’ l-Onor. Interpellant. Parti mill-ħidma tal-KNF bħala preparazzjoni għal dan il-Pjan kienu ghad ta’ progetti ta’ riċerka li wħud minnhom ġew konklużi u ppubblikati f’serji ta’ monografi. L-ewwel żewġ monografi huwa dwar il-Familja u l-Faqar, speċjalment kif dan jolqot it-tfal, u kif il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jinfluwixxu fuq il-liġi Maltija dwar il-familja. Saret ukoll riċerka dwar is-saħħa mentali u l-familja, u hemm maħsub riċerka dwar l-iżvilupp fil-qagħda tal-familja llum. Il-Pjan Nazzjonali se jindika t-triq għal iktar rikerċa u azzjoni b’risq il-familja Maltija.
Leg 11 PQ #8739 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Ġieħ il-Lokalità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3558 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li kull sena jew meta jkun il-każ jagħtu xi unur bħal Ġieħ il-Lokalità lil xi organizzazzjoni jew individwi? Minn meta kull kunsill beda jagħti dan l-unur, u lil min ngħata kull darba? X'inhuma l-kriterji wżati fl-għoti ta' dan l-unur u jekk bħala parti mir-riforma li qed tiġi diskussa hemmx il-ħsieb li jkun hemm gwida nazzjonali dwar l-għoti ta' dan l-unur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8740 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jwieġeb mistoqsija parlamentari 5684 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5356, a) jekk in-numru ta' impjegati f'kull poliklinika jinkludix ukoll dawk fil-bereġ li jaqgħu taħthom? b) liema huma l-bereġ li jaqgħu taħt kull poliklinika? ċ) kemm hu n-numru ta' impjegati u xi grad huma f'kull berġa? d) jekk in-numru ta' pazjenti li attendew kull poliklinika jinkludix ukoll il-pazjenti li attendew il-bereġ li jaqgħu taħthom u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li attendew f'kull berġa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta’ impjegati fil-poliklinici jinkludi wkoll dawk li jaħdmu fil-bereġ li jaqgħu taħthom. Il-bereġ li jaqgħu taħt il-poliklinici rispettivi jidhru fit-Tabella A li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-impjegati li jaħdmu fil-bereġ huma tabib (skala 6) u infermiera (tvarja bejn skala 9 u 13). Id-dettalji dwar il-pazjenti li attendew il-poliklinici ma jinkludux dawk li attendew il-bereġ. Dettalji tal-pazjenti li attendew il-bereġ jidhru fit-tabella A.
Leg 11 PQ #8741 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Infermiera — flus dovuti lilhom

Question

Jista' Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5785 u jieħu passi biex flus dovuti lil infermiera skond il-ftehim kollettiv mal-MUMN u wkoll ta' xiri li għamlu ta' tagħmir tal-informatika u l-komunikazzjoni jfittxu jitħallsu? Jista' jieħu passi biex ħlasijiet bħal dawn isiru b'mod regolari u mhux impjegati inkarigati minflok ma jipproċessaw it-talbiet li jsiru regolarment joqogħdu jigbruhom sakemm ilaħħqu ċerti ammonti? F'kull każ kemm hu n-numru ta' infermiera li għandhom jieħdu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa, x'inhuma l-ammonti totali li jridu jitħallsu u għalxiex, u meta hemm il-ħsieb li tali flus jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrf mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8743 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tqegħid ta' posters ma' arbli

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5994 u jgħid jekk hawnx xi policy dwar it-tqegħid ta' posters ma' arbli, siġar eċċ.? Jekk fl-affermattiv, x'inhi din il-policy, meta saret u fuq kollox tobbligax lil min iwaħħalhom li jerġa' jneħħihom malli tgħaddi l-attività? F'każ li dawn ma jitneħħewx minn min ikun waħħalhom, hemm xi penali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8745 Sitting 117 2009-05-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8354 u jgħid kemm-il Kunsill Lokali f'Malta (wieħed, wieħed) għamel toroq bit-tarmac f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8602 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — fondi lil għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka sena b’sena, l-għaqdiet sportivi lokali kollha li bbenefikaw minn fondi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fl-aħħar ħames snin u f’kull każ jindika l-ammont li rċeviet kull għaqda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Studenti bi Bżonnijiet Mediċi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1056 u tgħid kemm hemm tfal, fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat li għandhom bżonn jieħdu mediċina (eż pilloli, syrups, inhalers, drops eċċ) waqt il-ħin ta' l-iskola u dan fuq bażi regolari? Tista' tgħid ukoll kemm hemm tfal, fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat li għandhom bżonn kura medika aktar intensiva (eż injections, suppositories, catheter eċċ) waqt il-ħin ta' l-iskola u dan fuq bażi regolari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Education Medical Service Unit fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent, għadu kif għamel survey biex isir magħruf kemm hemm tfal f’kull kulleġġ fl-iskejjel primarji u sekondari ta’ l-istat li għandhom bżonn jieħdu mediċina waqt il-ħin ta’ l-iskola u dan fuq bażi regolari. Ir-riżultat huwa dan: Kulleġġ Numru ta’tfal, fl-Iskejjel primarji u sekondarji ta’l-istat li għandhom bżonn jieħdu mediċina (eż pilloli, syrups, inhalers, drops ecc) waqt il-ħin ta’ l-iskola u dan fuq bażi regolari Numru ta’ tfal, fl-iskejjel primarji u sekondarji ta’ l-istat li għandhom bżonn kura medika aktar intensiva (eż injections, suppositories, catheter eċċ) waqt il-ħin ta’ l-iskola u dan fuq bażi regolari Primarji SekondarjiPrimarjiSekondarji Santa Margerita San Benedittu San Ġorg Preca San Injazju Santa Klara Maria Reġina San Nikola Santa Tereża San Tumas More Għawdex 4 2 8 5 9 8 2 8 1 5 0 8 2 3 30 3 4 6 0 20 0 0 0 0 0 0 0 0 01 0 0 1 0 0 0 2 0 0 Total 52 5804
Leg 11 PQ #8732 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Complement ta' l-infermiera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1767 u jgħid kemm hu l-complement ta' l-infermiera fl-isptarijiet tal-Gvern Mater Dei, San Vinċenz de Paule u Mount Carmel u fiċ-Ċentri tas-Saħħa bil-bereġ li jaqgħu taħthom u kemm fil-fatt hu n-numru ta' l-infermiera f'dawn il-postijiet? Kemm-il darba n-numru ta' l-infermiera hu inqas mill-complement x'qed isir mill-Gvern biex dawn il-postijiet jimtlew u b'hekk la jkun hemm ilmenti min-naħa ta' min jirċievi s-servizz u lanqas min-naħa ta' min qed jagħti s-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8733 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kurċifissi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1879 u jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward tat-tqegħid ta' kurċifissi fi klassijiet ta' skejjel pubbliċi, fi swali, fi sptarijiet u f'uffiċji f'dipartimenti tal-Gvern u organizzazzjonijiet pubbliċi oħrajn? Jekk il-policy tal-Gvern hi li fost l-oħrajn fil-klassijiet ta' l-iskejjel ikun hemm kurċifissi, jista' jara li l-kurċifissi li tneħħew minn klassijiet fi skejjel f'Għawdex ( riferenza għal dan għamilha l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech fl-omelija tiegħu fil-quddiesa pontifikali tal-festa tal-visitazzjoni fl-Għarb il-Ħadd li għadda) jerġgħu jitqiegħdu fejn kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.