Jista' l-Ministru jgħid min jista' japplika għall-għajnuna supplimentari u kemm kienet din l-għajnuna, sena b'sena, fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-kriterji li bihom persuna tista tikkwalifika għall-għajnuna supplimentari huma :
· Persuna miżżewwġa li tmantni lill-konjugi li ma jkollhiex jedd għall-allowance tat-tfal u li d-dħul tagħha fis-sena ma jeċċedix €9,966
· Persuna singola li d-dħul tagħha fis-sena ma jeċċedix €7,799
L-għajnuna supplimentari sena b’sena għas-snin imsemmija kienet hekk:-
Rata massima ta' Għajnuna Supplimentari fis-sena
2004 2005 2006 2007 2008
Persuna Lm140 Lm140 Lm140 Lm160 €372.72
Miżżewġa
Persuna Lm75 Lm75 Lm75 Lm90 €209.66
Singola
Jista' l-Ministru jgħid:
a) Meta ġie introdott il-benefiċċju tal-enerġija?
b) Min jista' jikkwalifika għalih?
ċ) Kemm kien in-numru ta' benefiċċjarji kull sena, sena b'sena, minn meta ġie introdott 'il hawn u minn liema lokalitajiet kienu?
d) X'kien l-ammont fi flus tal-benfiċċju mogħti kull sena?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 sena b'sena kemm-il kienu l-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali u minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità kienu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kostruzzjoni tas-sala ġdida tal-iskola primarja ta’ Marsaxlokk waslet fl-aħħar stadji tagħha u bħalissa qed tiġi mgħammra bil-bżonnijiet kollha neċessarji bħal PA system, dwal u affarijiet oħra biex tkun tista taqdi l-ħteġijiet tal-lum u fi ftit ġimgħat oħra tkun lesta minn kollox, tista' l-Ministru tara jekk il-ħajt li jdawwar l-iskola (li hemm fin-naħa ta’Triq Arznell fejn hemm il-ġonna tal-istess skola) jistax jiġi rranġat?
Fil-lejl ta’ bejn is-16/17 ta’Ottubru, 2006 kienet għamlet maltempata u li fiha kienu għamlu 'l fuq minn 4 pulzieri xita fi ftit siegħat, bil-konsegwenza ta’ dan kienu għerqu l-garaxxijiet kollha li hemm fil-basement ta’ taħt il-Binja Ħal Ginwi li kienet bniet l-Awtorità tad-Djar fi Triq Axtart u fi Triq it-8 ta’ Mejju, Marsaxlokk. Barra li l-garaxxijiet kienu spiċċaw taħt l-ilma, il-bażijiet tal-lifts li hemm fl-istess binja għadhom bil-ħsara sal-lum. Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar jew xi entità oħra jaraw jew jgħinu biex il-ħsara li hemm f’dawn il-liftijiet tiġi rranġata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li ninsab mgħarraf mill-Awtorita’ tad-Djar li, għalkemm il-maltempata msemmija seħħet f’Ottubru 2006, il-ħames lifts f’Binja ġal-Ġinwi Triq Axtart Marsaxlokk ġew kommissjonati f’Ġunju 2007. Ir-residenti qed isostnu li, diment li t-triq li tinsab biswit din il-binja ma tingħatax it-tarmac u ssir il-bankina, ma jixtiqux jaċċettaw il-handing over tal-lifts minħabba possibilita’ li jarġa jseħħ għargħar u jagħmel ħsara fil-bażijiet tal-lifts, liema ħsara jkollha titħallas mir-residenti. L-Awtorita’ tad-Djar diġa offriet lir-residenti li tagħmel it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa biex il-lifts jibdew jitħaddmu mill-aktar fis, u talbet lir-residenti biex jiffurmaw Assoċjazzjoni u jaħtru rappreżentant skond il-proċeduri. L-Awtorita’ għadha qed tistenna risposta mingħand ir-residenti li waqqfu l-Assoċċjazzjoni u ħatru rappreżentant għal kull blokk u li qed jaċċettaw li jiġu mgħotija ċ-ċwievet tal-lifts bir-responsabbilta’ tal-manutenzjoni tagħhom għas-spejjes ta’ l-istess residenti
Jista' l-Ministru jgħid kemm fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, saru rapporti lill-pulizija dwar tlajjar għall-prostituzzjoni, kemm minn dawn ir-rapporti spiċċaw il-Qorti u f'liema lokalitajiet kull sena kien qed isir dan it-tlajjar għall-prostituzzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2004 u l-2008 il-Pulizija kellha 196 rapport dwar prostituzzjoni, kif jidher f'din it-tabella:-
Sena
2004
2005
2006
2007
2008
Numru ta’ rapporti
16
46
49
58
27
Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu il-Pulizija bdiet 1,801 każ quddiem il-Qorti fuq tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni. Dawn kienu mqassma hekk:-
2004
2005
2006
2007
2008
Floriana
3
-
-
-
-
Msida – Gzira – Ta’ Xbiex
158
262
503
155
37
Marsa
86
117
227
82
165
St Paul’s Bay
1
-
-
-
-
Valletta
3
-
-
-
2
Numru ta’ kazi
251
379
730
237
204
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b 'sena, kemm ittellgħu Maltin il-Qorti fuq hold ups, serq, attentat ta' serq, stupru, abbużi sesswali, abbuż u tixrid ta' droga, feriti gravi, ħsara volontarja, qtil jew attentat ta' qtil u minn liema lokalitajiet kienu dawk imtella' l-Qorti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar in-numru ta’ persuni Maltin li ttellgħu l-Qorti li huwa disponibbli taħt forma ta’ statistika, huwa dak li jirrigwarda hold ups, pussess u traffikar ta’ droga u omiċidji. Dawn kienu kif gej:
2004
2005
2006
2007
2008
Hold ups
14
8
18
9
7
Pussess ta’ droga
374
331
407
310
302
Traffikar ta’ droga
130
81
103
88
100
Omiċidju
6
5
1
1
4
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, kemm kienu l-applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali u minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità, kienu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija numru 9563.
Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, sena b'sena, kemm kienu l-persuni li kienu qed jirċievu għajnuna supplimentari u minn liema lokalitajiet, lokalità, lokalità, kienu dawn il-persuni?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5994 u jgħid jekk hawnx xi policy dwar it-tqegħid ta' posters ma' arbli, siġar eċċ.? Jekk fl-affermattiv, x'inhi din il-policy, meta saret u fuq kollox tobbligax lil min iwaħħalhom li jerġa' jneħħihom malli tgħaddi l-attività? F'każ li dawn ma jitneħħewx minn min ikun waħħalhom, hemm xi penali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li posters ma’ arbli jew siġar mhux permessibli skond is-sezzjoni 4.2 tal-Policy and Design Guidance – Bill Boards and Signs maħruġ f'Jannar tal-2007. L-Avviż Legali 171 tal-1993, artikolu 4(2) ukoll jipprojbixxi t-twaħħil ta' posters ma’ arbli u siġar.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' twelid tat-trabi f'kull lokalità, sena b'sena u kemm minnhom kienu subien u bniet?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' persuni ta' 60 sena u aktar f'kull lokalità, sena b'sena u kif kienu maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni ta’ 60 sena u aktar f’kull lokalita’ tista’ tingħata biss għas-sena 2005. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tal-kunsilli lokali 'l hawn, sena b'sena, kemm-il ilment, suġġeriment, talba eċċ. saru? Kemm minnhom ġew solvuti kull sena? Kemm kien baqa' pendenti kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar minħabba li teħtieġ użu kbir ta’ riżorsi umani kif ukoll tul ta’ ħin li jistgħu jintużaw għall-xogħol ieħor importanti tal-Kunsilli Lokali. Dan qed jingħad ukoll meta wieħed jikkonsidra l-limitazzjoni fir-riżorsi umani li għandhom il-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tal-kunsilli lokali 'l hawn, leġislatura leġislatura, kemm irriżenjaw kunsillieri, ta' liema partit kienu, meta rriżenjaw, min tela' minflokhom, hux bil-bye elections jew ġewx co-opted u meta ġew eletti jew co-opted?
Jista' l-Ministru jgħid
(a) x'kienet il-popolazzjoni ta' kull lokalità fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008,
(b) kif din kienet maqsuma f'irgiel u nisa,
(c) x'kien in-numru ta' households f'kull lokalità fl-istess snin u
(d) kif kienu mqassma n-nies f'kull household?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kienet il-popolazzjoni ta' kull lokalità, sena b'sena, u kif din kienet maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' mwiet f'kull lokalità, sena b'sena u kif dawn kienu maqsuma bejn irġiel u nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.