Jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum sarx qbid ta' sigaretti u ta' affarijiet oħra mid-Dwana li kienu ddaħħlu jew se jiddaħħlu Malta u li fuqhom ma kienx tħallas jew se jitħallas dazju eċċ.? F'kull każ jista' l-Ministru jgħid jekk l-affarijiet maqbuda kienux għas-suq lokali jew biex jerġgħu jkunu esportati għal swieq oħra jew trasbord? F'kull każ x'kien l-ammont ta' taxxa dovuta lill-Gvern Malti jew lill-Unjoni Ewropeja (bħalma kien l-aħħar każ)? Kif dan il-qbid jippagaruna ma' qbid ieħor f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Mejju 2009 kien hemm 154 il-każ fejn id-Dwana qabdet sigaretti u affarijiet oħra li ma kienx tħallas dazju fuqhom. Min dawn 138 każ kien għas-suq lokali waqt li 16 il-każ kienu trasbord. L-ammont ta’ taxxi dovuti fuq is-sigaretti li nqabdu din is-sena jammonta għal €12,581,021.
- Il-qbid paragunat fl-aħħar ħames snin hu kif ġej:
SENA
KAŻI
SIGARETTI
AFFARIJIET OĦRA
2004
42
61,460,000
78,237
2005
122
30,565,173
11,071
2006
357
48,800,916
28,521
2007
587
26,753,979
147,216
2008
738
20,632,500
8,425
*2009
148
78,594,000
42,104
* Sa Mejju 2009
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' postijiet li kellhom liċenzja għal kummerċ jew negozju f'kull lokalità, sena b'sena, u kif kienu maqsuma f'kategoriji?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9831.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm u liema toroq ġew resurfaced s'issa f'Malta mill-kunsilli lokali matul l-2009 u liema toroq huma ippjanati li jiġu resurfaced sal-aħħar tal-2009 mill-kunsilli lokali?
Tista' l-Ministru telenka l-inizjattivi li ħa l-Kulleġġ Santa Tereża ta' Birkirara mit-twaqqif tiegħu 'l hawn? Kif dawn l-inizjattivi ntlaqgħu mill-għalliema, il-ġenituri u l-istudenti? Hemm ħsieb li xi wħud minn dawn l-inizjattivi jibdew jittieħdu wkoll minn kulleġġi oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
persuni li jirċievu xi forma ta' benefiċċju jew għajnuna soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9313 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' persuni li kienu jirċievu xi forma ta' benefiċċju jew għajnuna soċjali, allowances, eċċ. kull sena u x'kienu l-benefiċċji, għajnuna soċjali, allowances, eċċ. li kienu jirċievu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Postijiet tal-logħob
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9318 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin ( 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' permessi maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini jew għal bdil ta' użu għal postijiet tal-logħob (gambling)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità ħarġet tmienja u tletin (38) permessi għall-bini jew għal bdil ta’ użu għal postijiet tal-logħob (gambling) bejn 2004 u l-2008.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji tan-numru ta’ permessi maħruġa maqsuma sena b’sena.
Fl-2008 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi proposti serji u vantaġġjuzi għal pajjiżna għal tħaffir għaż-żejt fl-ibħra territorjali Maltin? Jekk saru dawn il-proposti, ingħataw xi konċessjonijiet, forsi anke lil organizzazzjonijiet li kienu ressqu dawn il-proposti qabel u jekk ingħataw lil min u x'inhuma l-proposti? Barra minn dawn, hemm xi organizzazzjoniiet oħra li għandhom tali konċessjonijiet? Fejn qed ifittxu għaż-żejt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-2008, Malta Oil Pty eżerċitat l-opzjoni li taqleb l-Exploration Study Agreement tal-2005 f’Production Sharing Contract li jinkludi tħaffir ta’ bir sa nofs is-sena 2011. Dan kien l-uniku kuntratt ta’ din ix-xorta li ngħata matul il-perijodu li jkopri l-2008 u l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Saru wkoll xi proposti ġodda matul dan il-perijodu, iżda ma ġie konkluż l-ebda ftehim s’issa.
Għaldaqstant, fil-mument hemm żewġ kumpaniji li għandhom kuntratt mal-Gvern għat-tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin, li huma
Heritage Oil International (Malta) Ltd
f’Arji 2 u 7 u
Malta Oil Pty
fi Blokki 4, 5, 6 u 7 ta’ Arja 4, kif inhuma murija fuq il-
website
tal-MRRA.
Awtorità dwar it-Trasport — policy document dwar it-toroq residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tħejjiex il-policy document ta' l-Awtorità dwar it-Trasport li se tkun qed tibni t-toroq residenzjali? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma fil-qosor il-punti ewlenin ta' dan id-dokument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li kull sena jew meta jkun il-każ jagħtu xi unur bħal Ġieħ il-Lokalità lil xi organizzazzjoni jew individwi? Minn meta kull kunsill beda jagħti dan l-unur, u lil min ngħata kull darba? X'inhuma l-kriterji wżati fl-għoti ta' dan l-unur u jekk bħala parti mir-riforma li qed tiġi diskussa hemmx il-ħsieb li jkun hemm gwida nazzjonali dwar l-għoti ta' dan l-unur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3558, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fir-riforma tal-Gvern Lokali, inħasset il-ħtieġa li jiġu regolati diversi aspetti li sallum qatt ma kien provdut għalihom. Fost dawn hemm il-publikazzjoni ta: dokument dwar Politika għall-Gvern Lokali, Kodiċi dwar l-Aħjar Prattiċi għall-Gvern Lokali, kif ukoll Protokoll Lokali. Fid-dokument ta’ dan ta’ l-aħħar hemm taqsima speċifika li tittratta l-għoti ta’ l-unur ta’ “Ċittadin Onorarju” fejn hemm provduti kriterji ċari li għandhom iservu ta’ gwida lill-Kunsilli Lokali.
Dawn il-linji gwida għandhom iservu wkoll għall-unuri l-oħra li l-Kunsill jista’ jagħti.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-Air Malta kkanċellat it-titjiriet chartered għal Lourdes minn tard dan ix-xahar jew minn kmieni x-xahar id-dieħel? Kemm-il darba dan hu fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid minn meta ġew kanċellati t-titjiriet għal Lourdes, għaliex ġew kanċellati, kemm-il titjira giet kanċellata, kemm-il titjira se tkun għamlet din is-sena għal Lourdes u kemm hu kkalkulat allura li se ġġorr passiġġieri fuq dawn it-tip ta' titjirjiet diretti għal Lourdes din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-titjiriet charter, l-Air Malta tagħmilhom għan-nom ta’ operaturi ta’ l-ivvjaġġar. Għalhekk l-Air Malta ma tikkanċellax hi t-titjiriet charter iżda huma ikkanċellati mill-operaturi ta’ l-ivvjaġġar. Kemm ser tagħmel titjiriet charter l-Air Malta u kemm ser iġġorr passiġġieri fuq titjiriet charter jiddependi mill-istess operaturi u għalhekk ma tistax tagħmel previżjonijiet ta’ dawn iċ-ċifri.
Tista' l-Ministru tippubblika lista tal-kumpanniji, tal-programmi u tal-ammonti li ngħataw il-kuntratt taħt l-iskema Public Service Obligation fl-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Marsaxlokk — Triq it-8 ta' Mejju - Binja Ħal-Ġinwi - tarmac
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità dwar it-Trasport se tagħmel l-arranġamenti tagħha biex Triq it-8 ta’ Mejju
f’Marsaxlokk tingħata t-
tarmac
u jsiru l-bankini fuq in-naħa tal-Binja Ħal-Ġinwi biex jitnaqqas ir-riskju li meta tagħmel ħafna xita ma’ jerġgħux jispiċċaw taħt l-ilma l-garaxxijiet u l-bażijiet tal-
lifts
li hemm taħt l-istess binja li skont ir-risposta li ta l-Ministru tal-Politika Soċjali f'mistoqsija parlamentari 9697 "ir-residenti ma jixtiequx jaċċettaw il-
handing over
tal-
lifts
minħabba l-possibilità li jerġa' jseħħ għargħar u jagħmel ħsara fil-bażijiet tal-
lifts
”?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9908 u jgħid, lokalità, lokalità f'Malta u f'Għawdex kemm hemm bżonn ta' spiżeriji ġodda? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' persuni li wrew ix-xewqa u/jew applikaw li jiftħu spiżerija f'kull lokalità? Jista' jagħti lista, in order of merit ta' kulmin applika u ta' min imissu, f'kull lokalità?
Proprjetajiet devoluti lil Għaqdiet Non-Governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet ġew devoluti lil Għaqdiet Non-Governattivi (NGOs) f'dawn l-aħħar għaxar snin? Lil liema NGOs u x'inhu l-użu propost għalihom? Jista' jagħti dettalji dwar talbiet pendenti li għadhom qed jiġu proċessati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema kompjuteriżżata fit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’għandhiex il-faċilità li tikklassifika dawn it-tip ta’ kirjiet. Sabiex tinġabar din l-informazzjoni tul dawn l-aħħar għaxar snin, irid isir eżerċizzju li jirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin u riżorsi, u minħabba impenji oħra, huwa impossibli li din l-informazzjoni tinġabar. Madanakollu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li ġew mgħoddija lill-Għaqdiet Non-Governattivi (NGO’s) matul l-2008 sa l-aħħar ta’ Ġunju 2009.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda, it-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx statistika tat-talbiet li għad hemm pendenti, pero’ jekk l-Onor Membru irid xi informazzjoni fuq xi għaqda partikolari, nitolbu li jagħti d-dettalji biex isir il-verifika neċessarja.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — skedar ta' propjetà,
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beda l-iskedar ta' propjetà, siti eċċ. pubbliċi u privati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Minn dakinhar 'l hawn, liema hi dik il-prorpjetà, sit eċċ li ġie skedat sena b'sena, lokalità, lokalità? F'liema grad kull proprjetà jew sit ġie skedat? Xi jfisser kull grad ta' skedar?
Hemm ħsieb li jkunu skedati proprjetajiet jew siti oħra din is-sena jew fis-snin li ġejjin? Liema huma dawn il-proprjetajiet, siti, eċċ? F'liema lokalitajiet qegħdin? Meta hemm il-ħsieb li jkunu skedati? X'moniteraġġ tagħmel l-Awtorità biex tassigura li r-rekwiżiti fl-iskedar ta' tali proprjetajiet jew siti, eċċ. ikunu mħarsa?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn tfal f'kull skola u f'kull sena, kemm primarja u sekondarja, li l-ġenituri/guardains tagħhom talbu li jkunu eżentati mit-tagħlim tar-reliġjon? Hemm proċedura stabbilita li l-ġenituri/guardians iridu jimxu fuqha meta ssir din it-talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma kienx possibli li tinġabar din l-informazzjoni fiż-żmien stabbilit peress li din il-mistoqsija daħlet il-Ministeru nhar il-Ġimgħa, għaddiet għand l-iskejjel il-bieraħ, wara jum ta’ Festa Pubblika u propju fl-aħħar ġurnata tas-sena skolastika li rat numru ta’ attivitajiet fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9560, jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm kienu l-persuni li rċevew l-għajnuna supplimentari msemmija? Minn liema lokalitajiet kienu? Kemm kien l-ammont imħallas kull sena?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9563 u cioè għat-tabella A imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid l-applikazzjonijiet imsemmija, minn liema lokalitajiet daħlu?
Jista' l-Ministru jgħid, lokalità, lokalità f'Malta u f'Għawdex kemm hemm bżonn ta' spiżeriji ġodda? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' persuni li wrew ix-xewqa u/jew applikaw li jiftħu spiżerija f'kull lokalità? Jista' jagħti lista, in order of merit ta' kulmin applika u ta' min imissu, f'kull lokalità?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' familji, lokalità b'lokalità li kienu qed jirċievu l-allowance tat-tfal fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 u kemm minnhom kienu qed jirċievu allowance għal wild wieħed, tnejn, tlieta u aktar?