Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10502 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Pjan għat-Twettiġ tal-viżjoni Eko Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid tħejjiex il-pjan għat-twettiq tal-viżjoni Eko Ghawdex? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-proġetti, il-miżuri u l-inizjattivi li se jittieħdu u meta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan imsemmi tħejja u jinsab f'forma ta' abbozz finali. Id-dettalji ta' dan il-pjan għandhom isiru pubbliċi wara li jkunu ġew preżentati lill-Kabinett tal-Ministri.
Leg 11 PQ #10503 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonanti li jibqgħu jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet iseħħ il-wegħda tal-Gvern fil-baġit li persuni li jirċievu l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-irtirar mix-xogħol ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu? Kemm kien hemm individwi li kull sena gawdew minn din l-inizjattiva?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li llum qed jirċievu l-pensjoni ta’ l-Irtirar u l-pensjoni tar-Romol jammonta għal 71,357 u li minn dawn 8,829 għadhom jaħdmu skond l-informazzjoni li għandha d-Diviżjoni mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi u Taħriġ.
Leg 11 PQ #10504 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

White paper dwar persuni li jgħixu flimkien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-tħejjija tal-white paper li għandu jkollha l-iskop ta' leġislazzjoni li tħares minn kull sfruttament persuni li jgħixu flimkien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq il-leġislazzjoni marbuta ma' dawn is-sitwazzjonijiet qiegħed isir.

Impjegati mas-Servizz Pubbliku li għandhom aċċess għall-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati mas-Servizz Pubbliku li ghandhom aċċess għall- internet dipartiment, dipartiment u jekk hemmx il-ħsieb li dan jiżdied eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont totali ta' mpjegati mas-Servizz Pubbliku li għandhom aċċess għall-internet huwa ta' 13951. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi fid-dettal l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija. Il-provvediment ta' l-Internet lill-impjegati jingħata skond l-esiġenzi tas-servizz.

Tneħħija tas-sussidju tal-Gvern fuq il-ħobz Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-Gvern fuq il-ħobż Malti? Illum li s-sussidju tneħħa, kif imxiet l-industrija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern, permezz tal-Ministeru tiegħi, kien ipprepara studju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju fuq il-ħobż Malti. Peress li dan ir-rapport huwa bbażat fuq informazzjoni li hi kummerċjalment sensittiva, mhuwiex għaqli li r-rapport ikun ippubblikat. Is-suq tal-ħobz Malti ġie liberalizzat fil-bidu ta’ din is-sena. L-istatistika turi li fl-ewwel xhur tas-sena kien hemm żieda fil-prezz tal-ħobż Malti. Kien hemm ukoll żieda fil-prezz ta’ ħobz ieħor, però din kienet ħafna inqas minn dik fil-ħobż Malti. Dan kuntrarju ta’ dak li ġara qabel meta l-prezz tal-ħobż Malti żdied u miegħu żdied ukoll il-prezz tal-ħobż ieħor. Il-Gvern hu konxju tal-importanza soċjali li d-dinamika tal-prezzijiet tal-ħobż għandha, u għaldaqstant jibqa’ jsegwi b’attenzjoni l-andament tal-prezzijiet. L-indikazzjonijiet huma li wara ż-żieda li seħħet fil-prezzijiet tal-ħobż hekk kif tneħħa s-sussidju, ma jidhirx li l-prezzijiet tal-ħobż baqgħu jogħlew.
Leg 11 PQ #10495 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proċess ta' revizjoni tal-ħteġijiet tas-servizz tal-infermiera fl-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċess ta' reviżjoni tal-ħteġijiet tas-servizz tal-infermiera fl-isptarijiet tal-Gvern, fiċ-Ċentri tas-Saħħa eċċ. hux lest? Jekk dan hu lest, x'inhuma l-punti ewlenin li joħorġu minnu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm bżonn ta’ 415 infermiera fil-gradi basici ta’ Staff Nurse u Enrolled Nurse biex jimtlew postijiet fid-diversi entitajiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Dawn il-postijiet iridu jimtlew minn barra s-servizz. Hemm ukoll 70 postijiet vakanti li jridu jintlew permezz ta’ promozzjonijiet minn uffiċjali pubbliċi li huma mqassmin kif ġej: 12 –il post ta’ Departmental Manager 20 post ta’ Nursing Officer 38 post ta’ Deputy Nursing Officer. Informat ukoll li meta dawn il-promozzjonijiet jinħolqu 70 vakanza oħra fil-grad bażiku ta' Staff Nurse . Għas-sena 2010 hemm ħtieġa ta' 148 infermiera oħra sabiex ikomplu jiżdiedu s-servizz tas-saħħa li huma proġettati. Ta' min jgħid li n-numri msemmija huma nfluwenzati minn irtirar ta' nurses matul is-sena.
Leg 11 PQ #10496 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Immigranti irregolari li ġew deportati jew integrati f'pajjiżi oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti irregolari f'Malta u Għawdex din is-sena? Ta' liema nazzjonalità huma? Kemm minnhom ingħataw status ta' refuġjat? Kemm minnhom ġew deportati lura lejn pajjiżhom? Kemm minnhom ġew integrati f'pajjizi oħra u fejn ġew integrati?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10497 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjonijiet għall-oqbra ġodda fiċ-ċimiterji tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-oqbra fiċ-ċimiterji tal-Gvern illum? Kif dawn huma mqassma, ċimiterju, ċimiterju? Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal xiri ta' oqbra ġodda f'kull cimiterju? Hemm xi ħsieb li jinbnew oqbra ġodda f'kull ċimiterju u meta hu maħsub li l-applikazzjonijiet pendenti jintlaqgħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ġie proġettat eskavazzjoni tal-fuq minn 9,000 qabar fiċ-Ċimiterju Maria Addolorata li tressaq il-kabinett għall-approvazzjoni. Darba approvat, din l-estenzjoni għandha tkun lesta fi żmien sentejn. Pero x-xogħol għandu jiġi proġettat b'mod li numru ta' oqbra jiġu offruti hekk kif jitlestew u qabel max-xogħol ikun komplet kollu.

Numru ta' berths fil-marinas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' marinas tal-Gvern? Kemm hu n-numru ta' berths f'kull marina minnhom? Kemm huma t-talbiet għal berths f'kull marina? Hux il-ħsieb tal-Gvern li dawn il-marinas jitkabbru u b'kemm berths? Hemm xi ħsieb li jinbnew marinas ġodda, fejn u kemm se jkollhom berths kull marina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10499 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Djar ta' l-anzjani f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tad-djar tal-anzjani f'Malta u Ghawdex? Kemm hemm resident f'kull dar illum? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal kull dar? Hemm xi ħsieb li dawn id-djar jitkabbru jew li jinbnew oħrajn ġodda? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawk id-djar tal-anzjani li se jitkabbru u fejn se jinbnew djar ġodda? B'kemm f'kull każ se jiżdied in-numru ta' anzjani f'dawn id-djar jew x'se jkun in-numru ta' anzjani li se jilqgħu fihom dawn id-djar ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10500 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġbir ta' skart domestiku mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx l-evalwazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi kollha relatati mas-servizzi mogħtija mill-Kunsilli Lokali fir-rigward tal-ġbir tal-iskart domestiku minn kull belt u raħal? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-punti ewlenin ta' din l-evalwazzjoni u jekk se jigu attwati xi proċeduri ġodda eċċ., x'inhuma u minn meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħala parti mill-politika nazzjonali dwar l-immaniġjar tal-iskart, li tinkludi titjib fl-istandards tas-servizz mogħti kif ukoll kuntratti separati għal ġbir ta’ skart domestiku u għal dak ta’ skart separat, ġie konkluż u daħal fis-seħħ Dokument ta’ l-Offerti estensiv għal ġbir ta’ skart domestiku mħallat. Dan id-dokument ġie mfassal wara li saret konsultazzjoni mal-entitajiet kollha involuti inklużi l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, id-Dipartiment tal-Kuntratti, il-Wasteserv Malta Ltd, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u l-General Retailers and Traders’ Union. Il-kuntratti l-ġodda għandhom jaħsbu kemm biex jiġu assigurati standards fl-għoti tas-servizz kif ukoll sabiex dawn il-kuntratti jkunu konformi mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar servizzi. Bdew jidħlu fis-seħħ ukoll, skemi approvati li jagħtu s-servizz għall ġbir ta’ skart separat. Kull Kunsill qed jiġi mħeġġeġ biex jieħu miżuri mar-residenti tal-lokalità tiegħu sabiex tiżdied is-separazzjoni ta’ skart u b’hekk jitnaqqas l-iskart organiku.
Leg 11 PQ #8354 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Kunsill Lokali f'Malta (wieħed, wieħed) għamel toroq bit-tarmak f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8745, qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #9318 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — postijiet tal-logħob

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin ( 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' permessi maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini jew għal bdil ta' użu għal postijiet tal-logħob (gambling)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10486.
Leg 11 PQ #9987 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — skedar ta' propjetà,

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beda l-iskedar ta' proprjetà, siti eċċ. pubbliċi u privati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Minn dakinhar 'l hawn, liema hi dik il-prorpjetà, sit eċċ li ġie skedat sena b'sena, lokalità, lokalità? F'liema grad kull proprjetà jew sit ġie skedat? Xi jfisser kull grad ta' skedar? Hemm ħsieb li jkunu skedati proprjetajiet jew siti oħra din is-sena jew fis-snin li ġejjin? Liema huma dawn il-proprjetajiet, siti, eċċ? F'liema lokalitajiet qegħdin? Meta hemm il-ħsieb li jkunu skedati? X'moniteraġġ tagħmel l-Awtorità biex tassigura li r-rekwiżiti fl-iskedar ta' tali proprjetajiet jew siti, eċċ. ikunu mħarsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2377 fejn kienu ngħataw dettalji tal-proprjetajiet u siti kollha skedati sa dakinhar skond is-sena u l-Gradi, Livelli u Klassijiet differenti. Infakkar ukoll li dakinhar il-MEPA kienet qalet li din l-informazzjoni hi kollha aċċessibli minn fuq is-sit elettroniku tagħha www.mepa.org.mt. Din il-lista għadha hemm u tinkludi wkoll is-siti u proprjetajiet li ġew skedati minn dakinhar sal-llum. Hemm ukoll spjegazzjoni tal-gradi, livelli u l-klassijiet ta' l-iskedar kif definiti fil-Pjan ta' Struttura. Matul is-snin saru diversi eżerċizzi ta' moniteraġġ tal-proprjetà skedata (inkluż wieħed attwali) li għadu qed isir u fil-futur dan il-moniteraġġ għandu jitkompla. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji. Matul is-snin 2003 u 2004 sar eżerċizzju ta' reviżjoni u korrezzjonijiet ta' l-iskedar preċendenti u għalhekk ma sarx skedar ġdid. Għal din is-sena hemm diversi tipi ta' binjiet ta' valur storiku, arkitettoniku, kulturali jew kuntestwali madwar Malta u Għawdex proposti għall-iskedar kif ukoll numru ta' siti ta' valur arkeoloġiku u ekoloġiku. Il-lista ta' proprjetajiet proposti għall-iskedar bħalissa tinkudi kwazi 1,000 sit/proprjetà jew feature. L-Awtorità qegħda fil-proċess li tiskeda l-propretajiet li ġejjin tul din is-sena, fost oħrajn 85 knejjes (Parroċċi), 52 Arkeoloġija ( Antiquities (Protection) List ), 26 Bini ( Antiquities (Protection) List ) u 59 Proprjetajiet oħra. Barra skedar ta' bini u siti ta' wirt kulturali sar ukoll skedar ta' siti estensivi ta' wirt ekoloġiku u xjentifiku, bħal per eżempju l-Irdumijiet ta' Malta (1996), u għadd ta' widien u pajsaġġi li jkopru numru ta' kilometri kwadri.

Bini ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali ssottomettewx il-lista ta' toroq li skond huma għandhom jinbnew mill-Awtorità dwar it-Trasport? Jekk fl-affermattiv, liema huma t-toroq residenzjali, f'kull lokalità, li l-Awtorità se tibni għall-ewwel darba u dawk li minħabba d-daqs u l-kundizzjoni tagħhom iddeċidiet li tassumi responsabbilta' għall-bini mill-ġdid tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali ma sottomettewx listi ta' dan it-tip.
Leg 11 PQ #10490 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trabi li twieldu b'unknown father

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' twelid ta' trabi kull sena mill-2004 'l hawn? Kemm kull sena kien il-persentaġġ ta' trabi li twieldu fl-istess snin u li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father? Jista' tali ċifri jagħtihom ukoll lokalità, lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’trabi li twieldu mill-2004 huma hekk :- Year Total Births (Live & Stillbirths) Livebirths 2004 3902 3887 2005 3865 3857 2006 3891 3880 2007 3898 3886 2008 4228 4199 *2009 (01/01/09 – 31/05/09) 1632 Informat ukoll li l-informazzjoni tal-2009 għadha qeda tiġi pproċessata. Id-Dipartiment tas-Saħħa ma jiġborx informazzjoni dwar l-identità tal-missier. Informazzjoni li titniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tinsab ir-reġistru pubbliku.
Leg 11 PQ #10491 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trade Unions Reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-trade unions reġistrati din is-sena? Kemm hu n-numru ta' membri reġistrati magħhom din is-sena u kif dan jipparaguna ma' dak tas-sena l-oħra? Jikkonsidra l-Ministru li r-Reġistratur tat-Trade Unions jagħmel xi forma ta' awditjar biex ikun konfermat in-numru ta' membri registrati f'kull trade union billi dan mhux l-ewwel darba li kien kontestat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ma kien hemm l-ebda trade union ġdida li ġiet reġistrata din is-sena. It-tletin union li hemm fuq ir-Reġistru din is-sena kienu diġa reġistrati fl-2008. Qiegħed nehmeż ma' din it-tweġiba r-Rapport tar-Reġistratur tat-Trade Unions għall-perijodu bejn l-ewwel ta’ Lulju 2008 u l-aħħar ta' Ġunju 2009 li ser jiġi ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern u li jagħti il-figuri mitluba. Informat ukoll li fil-liġi ma teżistix definizzjoni dwar preċiżament x’jikkostitwixxi membru ta’ trade union . Dan huwa regolat mill-istatut tat- Trade Union. Unions għandhom definizzjonijiet u kundizzjonijiet differenti li jirregolaw l-isħubija magħhom u dan ma jippermettix li jkun jista jsir paragun bejnithom. Barra minn hekk, ma hemm xejn fil-liġi li tobbliga lir-Reġistratur tat- Trade Unions li jagħmel xi forma ta’ awditjar tan-numru ta’ membri li kull union tgħid li jkollha fi ħdanha.

Trabi li twieldu b'unknown father

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' twelid ta' trabi kull sena mill-2004 'l hawn? Kemm kull sena kien il-perċentaġġ ta' trabi li twieldu fl-istess snin u li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father? Jista' tali cifri jagħtihom ukoll lokalità, lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10493 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pazjenti fir-Residenza San Vincenz de Paule

Question

Kemm hu n-numru ta' pazjenti fir-residenza San Vincenz de Paule illum? Kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti, kif inhuma mqassma bejn irġiel u nies u kemm tmur lura kull applikazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Libja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm-il darba ltaqgħet din is-sena l-Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Libja? Fejn saret kull laqgħa u min attenda għalihom? X'kienu l-punti ewlenin diskussi? Meta hemm il-ħsieb li l-Kummissjoni terġa' tiltaqa', fejn u x'hemm il-ħsieb li jiġi diskuss?

Response (BORG, TONIO)

Il-25 sessjoni tal-Kummissjoni Mħallta bejn Malta u l-Libja ltaqgħet f'Malta fit-28 u d-29 ta' Ottubru tal-2008 taħt it-tmexxija taż-żewġ Ministri għall-Affarijiet Barranin. Din il-Kummissjoni, komposta minn uffiċċjali għolja ministerjali u settorjali miż-żewġ naħat, tiltaqa' perjodikament f'Malta u fi Tripli fuq bażi alternanti. Id-diskussjonijiet tal-Kummissjoni Mħallta jiffukaw fuq kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fuq firxa ta' oqsma bilaterali differenti. Fil-frattemp, diversi delegati u gruppi ta' ħidma jibqgħu jiltaqgġu regolarment biex jiddiskutu f'aktar dettal tekniku dak li ġie miftiehem fil-Kummissjoni Mħallta. Bħala riżultat tal-Kummissjoni Mħallta li ltaqgħet hawn Malta f'Ottubru li għadda, żewġ akkordji, wieħed fuq ħelsien minn taxxa doppja u l-ieħor fuq tfittxija u salvataġġ, kienu ffirmati bejn iż-żewġ pajjiżi. Is-26 sessjoni hija mistennija li tiltaqa' fi Tripli meta iż-żewġ Gvernijiet jaqblu fuq dati konvenjenti għaz-żewġ naħat.