Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tneħħija ta' chewing gum minn fuq l-ajruplani ta' l-Air Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx, jew aħjar kienx qed isir ħlas żejjed biex jitneħħa chewing gum minn fuq l-ajruplani ta’ l-Air Malta? Hemm xi servizzi oħra addizzjonali mill-kuntratt bażiku li qed jiġi approvat il-ħlas tagħhom? Jista’ jsemmi liema huma u jekk dawn kenux inklużi bħala parti mill-kuntratt oriġinali? Min kien responsabbli li jżid dawn il-ħlasijiet a spejjez tal-Air Malta? Kemm ilhom isiru dawn il-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13084.
Leg 11 PQ #12533 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — delega għal-librerija lokali u reġjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom delega għal-librerija lokali jew reġjonali fil-belt jew raħal tagħhom? Fiex tikkonsisti kull delega li daħlu għaliha? B’din id-delega għalxiex kull kunsill lokali qed jagħmel tajjeb s’issa u x’kienet l-ispiża għat-twettiq ta’ tali delega? X’kien is-self ta’ kotba minn kull librerija lokali jew reġjonali qabel saret id-delega u llum? Jikkonsidrax sistema ta’ informatika biex kull ċittadin ikollu aċċess għal-libreriji fil-belt jew raħal tiegħu mid-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-Kunsilli Lokali li għandhom delega għal-librerija lokali jew reġjonali fil-belt jew raħal tagħhom. Id-delega tikkonsisti fl-amministrazzjoni tal-imsemmija librerija fergħa ( branch ) jew reġjonali, inkluż l-amministrazzjoni tar-riżorsi umani (librar) u l-immaniġġjar tal-librerija nfisha (inkluż ix-xiri ta’ kotba). Dwar kemm kienet l-ispiża għat-twettiq tad-delega u kemm qed ikun is-self ta’ kotba, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra. Sadanittant qed inpoġġi lista oħra li turi s-self ta’ kotba li sar mill-librerija matul is-sena 2008. Dwar kemm kien is-self ta’ kotba qabel id-delega, nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. (Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura Żgħażagħ u Sport). Dwar is-sistema ta’ informatika, peress li l-amministrazzjoni tal-libreriji pubbliċi, inklużi dawk amministrati mill-Kunsilli Lokali, taqà taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Librerija, iridu isiru l-arranġamenti bejn l-imsemmi Dipartiment u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar dan, wara konsultazzjoni mal-entitajiet kollha konċernati.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris - tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris f’Ħaż-Żebbuġ Malta hijiex responsabbiltà tal-Gvern biex tingħata t-tarmac? Jekk iva, meta ser issir u jekk le min hu responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12387 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat Malta — Pjazza ta' quddiem il-Knisja ta' San Pawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien il-perit tax-xogħol li sar fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl, r-Rabat, Malta? Min ipprovda l-materjal? X’materjal intuża? X’rati tħallsu għall-materjal biex inxtraw u tqiegħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-periti tax-xogħol li sar fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl ir-Rabat kienu Med Design Associates immexxija mill-Perit Charles Buhagiar u l-Perit Faye Caruana. Il-materjal hu porfido u hardston e u ġie impurtat u pprovdut mill-kuntrattur Asfaltar Construction Ltd. Ir-rati li intalbu għall-materjal biex inxtara u tqegħid huma kif jidher hawn taħt: Forniment u trasport tal-Hardstone - € 74.54 kull metru kwadru Forniment u trasport tal-Porfido - € 83.86 kull metru kwadru Forniment u ġarr tal-Hardstone Kerb - € 65.22 kull metru kwadru Tqegħid tal-Hardstone Kerb - € 18.63 kull metru kwadru.
Leg 11 PQ #12528 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — fondi għall-bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sad-data tal-għeluq għal fondi għal bżonnijiet speċjali, kemm-il applikazzjoni kien hemm mill-Kunsilli Lokali? Minn liema kunsilli lokali saru dawn l-applikazzjonijiet? Għalxiex kull kunsill lokali applika li jingħata fondi speċjali u kemm ingħata fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk il-Kunsilli Loakli li applikaw il-fondi għal bżonnijiet speċjali kif ukoll dawk il-kunsilli li ngħataw fondi u kemm.

Air Malta — tneħħija ta' chewing gum minn fuq l-ajruplani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħlas żejjed biex jitneħħa chewing gum minn fuq l-ajruplani ta’ l-AirMalta? Jekk hemm, kemm hu dan il-ħlas u jekk dan kienx inkluż bħala parti mill-kuntratt oriġinali? Jista’ jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset għal dan is-servizz fix-xhur hawn taħt imsemmijja: a) Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru ta’ l-2008 u b) Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru ta’ l-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta għadha kif ħarġet tender tal-Cabin Cleaning, allura mhux prudenti li toħroġ ċertu informazzjoni kummerċjali waqt il-proċess tat-tender.

Dan Jean Vanier, Dar l-Arċipriet Degrabriele u Dar Nazaret — forma ta għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Dar Jean Vanier, Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Nazaret ingħatawx xi forma ta' għajnuna finanzjarja mill-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li jeżistu forom ta’ għajnuniet differenti li jista’ jagħti l-Gvern, qed nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika liema tip ta’ għajnuna u perjodu speċifiku li għalihom qed jirreferi.
Leg 11 PQ #12629 Sitting 163 2009-11-19 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar Jean Vanier — għajnuna lill-fondazzjoni li tmexxi dawn id-djar

Question

Dan l-aħħar fiż-Żejtun infetħet dar oħra biex tilqa' fiha persuni b’diżabilità u din hija t-tielet waħda bl-isem Dar Jean Vanier wara li diġà kienu nfetħu Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Nazaret. Jista' l-Ministru jgħid x’ għajnuna ngħatat lill-fondazzjoni li tmexxi dawn id-djar biex setgħu jinfetħu? Jingħataw xi fondi oħra annwali biex ir-residenti ma jkunux ta’ piż totali fuq il-fondazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dan Jean Vanier, Dar l-Arċipriet Degrabriele u Dar Nazaret — forma ta għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Dar Jean Vanier, Dar l-Arċipriet Degabriele u Dar Nazaret ingħatawx xi forma ta' għajnuna finanzjarja mill-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12533 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — delega għal-librerija lokali u reġjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom delega għal-librerija lokali jew reġjonali fil-belt jew raħal tagħhom? Fiex tikkonsisti kull delega li daħlu għaliha? B’din id-delega għalxiex kull kunsill lokali qed jagħmel tajjeb s’issa u x’kienet l-ispiża għat-twettiq ta’ tali delega? X’kien is-self ta’ kotba minn kull librerija lokali jew reġjonali qabel saret id-delega u llum? Jikkonsidrax sistema ta’ informatika biex kull ċittadin ikollu aċċess għal-libreriji fil-belt jew raħal tiegħu mid-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12534 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Funding Unit fi ħdan MEUSAC — għajnuna lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif f’Novembru 2008 tal-Funding Unit fi ħdan il-MEUSAC lil liema kunsilli lokali u NGOs ġiet offruta għajnuna teknika biex jagħżlu programmi tal-Unjoni Ewropea u biex jimlew applikazzjonijiet għal fondi taħt programmi tal-Unjoni Ewropea? X’kienu l-programmi li applikaw għalihom u jekk dawn kienu milqugħa, x’kienet l-għajnuna mgħotija mill-Unjoni Ewropea u għalxiex intużat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Strateġiji li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol fil-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-istrateġiji li fassal il-Gvern f’din il-leġislatura, s’issa, li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol fil-pajjiż? Fejn u kif il-Gvern għen intraprizi li kienu għaddejjin minn diffikultajiet minħabba s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja internazzjonali u li għandhom futur tant li kienu lesti jkomplu jinvestu fil-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — speed camera fit-triq prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb jew sarx xi studju biex titwaħħal speed camera fit-triq prinċipali li twasslek lejn l-Imġarr minn naħa tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12537 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Telefonati fuq il-linja 179

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru telefonati fuq il-linja 179 minn Jannar 2009 sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' jagħti breakdown tas-suġġetti trattat f'dawn it-telefonati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12540 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Infermiera — flus dovuti lilhom

Question

B’riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5785 tad-9 ta’ Frar 2009 u 8741 tas-26 ta’ Mejju 2009 u mistoqsija parlamentari 12153 jista’ l-Ministru jgħid: a) Meta bdiet l-iskema għas-sussidju lill-infermiera skont il-Continuing Professional Development Activities? b) Kemm-il applikazzjoni saret minn dakinhar ‘l hawn? ċ) Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu s’issa u x’kien l-ammont ta’ sussidju mħallas lill-infermiera? d) Għalxiex intalab dan is-sussidju? e) Kemm baqa’ applikazzjonijiet pendenti u meta hu mahsub li jitħallas is-sussidju dovut partikolarment ta’ dawk l-infermiera li applikaw kważi sena ilu? f) Sakemm hu maħsub li se tibqa’ din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12387 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat Malta — Pjazza ta' quddiem il-Knisja ta' San Pawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kien il-perit tax-xogħol li sar fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl, r-Rabat, Malta? Min ipprovda l-materjal? X’materjal intuża? X’rati tħallsu għall-materjal biex inxtraw u tqegħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12528 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — fondi għall-bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sad-data tal-għeluq għal fondi għal bżonnijiet speċjali, kemm-il applikazzjoni kien hemm mill-Kunsilli Lokali? Minn liema kunsilli lokali saru dawn l-applikazzjonijiet? Għalxiex kull kunsill lokali applika li jingħata fondi speċjali u kemm ingħata fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12529 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjonijiet ta' proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu d-devoluzzjonijiet kollha li saru ta’ proprjetà lill-kunsilli lokali? Meta saru? X’użu kien isir (jekk kien isir) minn din il-proprjetà qabel u x’użu qed isir minnha issa? Hemm xi talbiet pendenti? Jekk iva, minn liema kunsilli lokali, xi proprjetà qed jitolbu, għalxiex qed tintuża llum u x’se jagħmlu biha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12530 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sejbiet ta' droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-pulizija s-sena li għaddiet u din is-sena s’issa? X’kienet u x’inhu maħsub li kien il-valur tagħha fis-suq llum? X’isir mid-droga li taqbad il-pulizija? Jekk tiġi distrutta kif u fejn? Ikun hemm sorveljanza minn uffiċjali tal-Korp meta jsir dan il-proċess? Xi proċeduri ttieħdu fil-konfront tal-persuni li fuqhom jew fil-proprjetà tagħhom inqabdet din id-droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-ewwel u t-tieni mistoqsija. Ninsab infurmat illi d-distruzzjoni tad-droga ssir skont l-ordni tal-Qorti. Infurmat ukoll illi meta tinstab droga fuq persuna jew fi proprjetà jsir stħarriġ mill-Pulizija sabiex jiġi stabbilit min huwa responsabbli. Matul l-istaħarriġ jinġabru il-provi sabiex il-persuna jew il-persuni li kontrihom ikun hemm il-provi biżżejjed, jitressqu quddiem il-Qorti.

Dwana — Sejbiet ta' droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mid-Dwana s-sena li għaddiet u din is-sena s’issa? X’kienet u x’inhu maħsub li kien il-valur tagħha fis-suq llum? X’isir mid-droga li tinqabad id-Dwana? Jekk tiġi distrutta, kif u fejn? Ikun hemm sorveljanza minn uffiċjali tad-Dwana meta jsir dan il-proċess? Xi proċeduri ttieħdu fil-konfront tal-persuni li fuqhom jew fil-proprjetà tagħhom inqabdet din id-droga?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.