Legislature:
Category:
Reset
Active:

rapporti ta’ assentejiżmu ta’ studenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fis-sena skolastika 2009-2010 kemm kienu r-rapporti ta’ assentejiżmu ta’ studenti fil-primarja u fis-sekondarja u kif dan jipparaguna mas-sena skolastika ta’ qabel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapporti ta’ assentejiżmu għas-snin 2008-2009 u 2009-2010 hu kif ġej: Skejjel Sena Skolastika 2008-2009 Sena Skolastika 2009-2010 Primarji 293 268 Sekondarji 1,115 899 Total: 1,408 1,167 L-istatistika turi li kien hemm tnaqqis fil-kazi ta’ individwi fis-sena skolastika 2009 u l-2010 minn dik preċedenti. Matul din is-sena skolastika (2010-2011) qed nipprevedu li n-numru jibqa’ jonqos peress li kull kulleġġ qed jibbenfika mis-servizz tas- social workers u l-għan prinċipali tax-xogħol tagħhom hu bbażat fuq l-assentejiżmu.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — pjan tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-gvern illum għall-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek li ġiet temporanjament sospiża biex propju ssir analiżi tagħha? Jekk il-pjan tlesta, jista’ l-Ministru jgħid hux se tkompli, f’liema lokalitajiet, meta u kemm-il spiżerija u pazjenti se jkunu koperti? Fejn s’issa qed taħdem u kemm hemm spiżeriji u pazjenti involuti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

rapporti tal-marda fuq ix-xtieli tat-tadam

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu din is-sena dwar il-marda fuq ix-xtieli tat-tadam? Tul is-sajf li għadda saru rapporti ta’ din il-marda minn bdiewa? Jekk fl-affermattiv, kemm saru u x’kienu r-rapporti li saru s-sena li għaddiet? X’kumpens ingħataw il-bdiewa milquta u kemm kien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi din is-sena ittieħdu diversi miżuri għall-kontroll tat-Tuta absoluta fuq it-tadam. Fost dawn il-miżuri, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ħareġ linji gwida għall-kontroll ta’ dan l-insett, fejn fihom ingħataw pariri dwar metodi biex jikkontrollaw dan l-insett. F’ Jannar 2010, ħarġet ukoll liġi fuq il-kontroll ta’ dan l-insett. Inizjattivi oħra jinkludu: · reġistrazzjoni tat-tadam · skema għall-kontroll tat-Tuta absoluta (pheromones) · monitoraġġ kontinwu tat-Tuta absoluta · sorveljanza u nfurzar fuq dawk kollha li jkabbru t-tadam. · Saret kampanja ta’ nformazzjoni lill-bdiewa u lill-produtturi · Pass importanti ħafna din is-sena kien il-Pjan Nazzjonali ta’ kontroll li kien jinkludi għajnuna biex jitpoġġew numru kbir ta’ pheromone traps f’Malta u Għawdex għal qerda tal-massa (mass trap monitoring) ta’ dan l-insett billi nħarġu numru ta’ vouchers li tqassmu lill-bdiewa għal-dan l-iskop. L-ispezzjonijiet u s-sensibilazzjoni lill-bdiewa baqgħu għaddejjin minn naħa tad-Direttorat. Dan il-pjan jidher li kien ta’ suċċess, tant hu hekk, li din is-sena l-infestazzjoni medja tax-xitel tat-tadam ma qabżitx it 2%. Ftit li xejn kien hawn rapporti bħal ma kien hawn is-sena l-oħra dan għaliex l-infestazzjoni din is-sena inżammet taħt kontroll u il-monitoraġġ kontinwu ta’ ispetturi fuq xitel tat-tadam għen iktar biex tiġi segwita l-ħsara fuq it-tadam Il-bdiewa ngħataw kumpens f’forma ta’ voucher. Dawn il-vouchers issarfu f’pheromones. Il-bdiewa u dawk li jkabbru t-tadam ingħataw voucher għal kull 250 metru kwadru. Kull voucher kien jiswa’ 2.50 euro. Il –kumpens li ngħataw il-bdiewa li jkabbru t-tadam jammonta ghal madwar € 82,000.00 .
Leg 11 PQ #20744 Sitting 271 2010-11-03 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu — programm ta’ investiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-programm ta’ investiment tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u kemm hu maħsub li se jqum dan l-investiment? X’kien il-prorgamm tal-investiment is-sena li għaddiet, x’sar minnu u x’kienet in-nefqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

proċess tal-karti tal-identità il-ġodda

Question

In vista tad-diversi rapporti konfliġġenti li kien hawn minn sezzjoni tal-medja, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal eżattament il-proċess tal-karti tal-identità il-ġodda u meta hu maħsub li jibdew jinħarġu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għajn Tuffieħa — Ħal Ferħ - proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett li tħabbar ftit xhur ilu għall-kumpless ta’ Ħal Ferħ, Għajn Tuffieħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħarġet sejħa għall-offerti, li għalqet fit-28 ta’ Mejju 2009, biex l-art li fuqha hemm mibni l-kumpless ta’ Ħal Ferħ tingħata b’ċens perpetwu. Is-sejħa tal-offerti kienet tinkludi wkoll ix-xiri tal-ishma kollha tal-Kumpless Ħal Ferħ, kif ukoll, il-ħlas ta’ djun ta’ din il-Kumpanija. L-Intrapriża li ħadet din l-offerta trid tonfoq somma kbira biex tagħmel xogħlijiet ta’ risturazzjoni u żviluppi oħra skont id-Development Brief ħalli tkun tista’ terġa’ tibda topera l-fond għal skopijiet turistiċi. Il-kuntratt ġie ffirmat fit-23 ta’ Diċembru 2009.

riġenerazzjoni ta’ Forti Sant Iermu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett imħabbar minnu ftit xhur ilu għar-riġenerazzjoni ta’ Forti Sant Iermu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett għar-riġenerazzjoni ta’ Forti Sant Iermu jinsab fi stadju inizjali. S'issa ġie mogħti l-ewwel tender, dak ta’ Cost Beneift Anaylsis.

sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt — proġett imħabbar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett imħabbar mill-Prim Ministru ftit xhur ilu għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt partikolarment issa li beda t-twaqqigħ tal-bini eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Bieb il-Belt, li jinkludi t-Teatru Rjal u l-bini ta’ Parlament ġdid, jinsab fi stadju inizjali, għalkemm diġà saru bosta xogħlijiet fosthom: Site Wide Enablement Works Is-sit tal-proġett ġie magħluq għall-pubbliku, imħares bl-aqwa mezzi ta’ sigurtà. Xogħol ieħor ta’ loġistika jibqa’ għaddej matul il-perjodu ta’ kostruzzjoni. Temporary Site Accommodation Ġew istallati kabini fuq is-sit biex iservu bħala uffiċini għall-ħaddiema. Mistennija li jibdew jintużaw mill-1 ta’ Novembru 2010. Site Investigations (Freedom Square, Yellow Garage & City Gate) Investigazzjonijiet għadhom għaddejjien fuq is-sit skont l-esiġenzi meħtieġa. Exploratory works – Opera House Ix-xogħol meħtieġ issa tlesta u xi fdalijiet ġew merfuha. Demolition & Excavation of Boreholes Il-ħwienet u l-loġġa ġew imwaqqgħin; il- boreholes għadhom qegħdin jiġu skavati. Restoration of Opera House Ruins Sar tindif fuq il-faċċata ta’ Victory Street u beda r-restawr tal-ġebel; beda x-xogħol ukoll f’Ordinance Street; xi scaffolding qiegħed jiġi armat biex ikun jista’ jkompli l-proċess tar- restawr.

Belt Valletta — Vertical Transportation System - proġett imħabbar

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett imħabbar għal Vertical Transportation System ghall-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett għal Vertical Connection tal-Barrakka jinsab fi stadju inizjali. Fil-15 t’Ottubru 2010 ġie ippubblikat l-ewwel tender, dak ta’ Design and Build tal-lift u landscaping ta’ Lascaris Ditch, din l-offerta tagħlaq fit-18 ta’ Jannar 2011.

studenti fil-pussess ta’ sigaretti, alkoħol u droga

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fis-sena skolastika 2009-2010 kemm kienu rrappurtati studenti fil-pussess ta’ sigaretti, alkoħol u droga u kif dawn ġew indirizzati? Kemm kienu r-rapporti li saru fis-sena skolastika ta’ qabel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul is-sena skolastika 2008-2009 u fis sena skolastika 2009-2010, ma kien hemm l-ebda każ referut fl-Anti-Substance Unit fir-rigward ta’ studenti li inqabdu fil-pussess ta’ sigaretti, alkoħol u droga.

każijiet ta' bullying fl-iskejjel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fis-sena skolastika 2009-2010 kemm kienu rrappurtati każi ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti u ta’ studenti fuq għalliema eċċ.? Kemm kienu r-rapporti li saru fis-sena skolastika ta’ qabel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn Settembru 2008 sa Ġunju 2009 (is-sena skolastika 2008-2009) kien hemm 286 każijiet ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti rreferuti l-anti-bullying unit. Filwaqt li fis-sena skolastika 2009-2010 kien hemm 208 każijiet ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti rreferuti l-anti-bullying unit. F’dawn is-sentejn ma ġie rrapurtat l-ebda każ ta’ bullying minn studenti fuq għalliema.

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijet għal-lifts ġo flats

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-waqfien temporanju tal-istallazzjoni tal-lifts fil-flats tal-Awtorità tad-Djar, saritx il-policy li kellha ssir u jekk fl-affermattiv, x’inhi din il-policy? X’inhu n-numru tal-applikazzjonijet pendenti, għal-liema flats huma dawn l-applikazzjonijiet u meta hu maħsub li jsir ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif diġà ġie spjegat f’risposta għal mistoqsija 19943, l-inkwilini li joqogħdu fi blokki tal-Gvern jistgħu japplikaw għall-installazzjoni ta’ lift fil-blokki tagħhom permezz ta’ Skema E tal-Awtorità tad-Djar. Ir-residenti jridu jiffurmaw Assoċjazzjoni u jaħtru rapprezentant. Applikazzjonijiet fejn jgħixu persuni b’diżabilità ta’ imobilità u/jew anzjani tingħatalhom prijorità. L-Awtorità tinstalla liftijiet ukoll fil-blokki ġodda fejn l-appartamenti jiġu allokati b’bejgħ b’sussidju. L-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda waqfien tal-installazzjoni ta’ lifts, tant hu hekk, li din is-sena, ġew installati 13-il lift waqt li hemm 5 lifts oħra fi stadju avvanzat ta’ tlestija. Sadanittant inħarġu tenders għal 7 lifts oħra, li bħalissa qed jiġu aggudikati l-offerti sabiex ikunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet fil-futur qrib. Bħala program għall-ġejjieni, l-Awtorità tad-Djar se tkompli l-proċess li jwassal għall-istallar ta’ lifts f’14-il blok fejn hemm applikazzjoni pendenti taħt l-iskema għall-installar ta’ lifts fi blokki eżistenti kif ukoll installar ta’ lifts fil-blokki ġodda hekk kif l-appartamenti jiġu okkupati mill-benefiċjarji li xtrawhom bi prezz issussidjat. Il-programm kollu ta’ installar ta’ lifts pendenti maħsub li jitlesta matul is-sentejn li ġejjin

Malta Enterprise — applikazzjonijet għal ftuħ ta' fabbriki ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-Malta Enterprise għal ftuħ ta’ fabbriki ġodda? Meta hu maħsub li dawn jinfetħu, f’liema oqsma huma u kemm hu maħsub li se jimpjegaw ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

informazzjoni dwar ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema full-time u part-time mal-Gvern u l-entitajiet tiegħu u mas-settur privat fl-aħħar ta’ Settembru li għadda u kif dan jipparaguna ma’ Settembru tal-2009? Kemm fl-istess perjodu kien in-numru ta’ dawk jaħdmu għal rashom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

riżenja ta' tobba u infermmiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw tobba u infermiera matul is-sena li għaddidet u tul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom irriżenjaw bl-età, kemm minn dawn tal-aħħar iddeċidew li jkomplu fis-servizz? Kemm minnhom irriżenjaw biex sabu impjieg ieħor f'Malta jew barra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li temmew il-kors tal-mediċina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il student temm il-kors tiegħu tal-mediċina fis-sena akkademika 2009-2010? Kemm minnhom komplew l-istudju tagħhom? Kemm minn dawn qed ikomplu l-istudju tagħhom Malta u kemm barra? Kemm-il gradwat se jibda jaħdem bħala tabib fl-isptarijiet tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Disgħa u ħamsin student (52 Maltin u 7 barranin) temmew b’suċċess il-kors tal-Mediċina fis-sena akademika 2009-2010. Tmienja u erbgħin (47 Maltin u wieħed barrani) qed ikomplu l-istudju tagħhom mal- Foundation Programme hawn Malta filwaqt li ħdax (5 Maltin u 6 barranin) qed ikomplu il-proċess barra minn Malta. La darba sentejn oħra jkunu jistgħu jiġu rreġistrati mal-Kunsill Mediku Malti, jekk ikomplux jaħdmu hawn jiddependi minn jekk jkunx hemm postijiet battala fl-isptarijiet tal-Gvern kif ukoll jekk huma jridux ikomplu jaħdmu Malta.

Lukanda Selmun Palace — sejħa għal bejgħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun Palace? Meta għalqet? Kemm intefgħu offerti għaliha u minn min? Fiex wasal il-proċess għall-bejgħ tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20178.
Leg 11 PQ #20495 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Salarju tal-impjegati tal-Ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex parti mis-salarju ta' Settembru tal-impjegati tal-ħabs ħarġu fuq ċekkijiet u ma ġewx ikkreditati fil-kont bankarju kif is-soltu jiġri? Huwa veru li l-uffiċjal inkarigat mis-salarji ma għamilx xogħlu kif suppost u jekk kien hemm xi negligenza mill-istess uffiċjal ittieħdu xi passi kontra l-istess uffiċjal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-impjegati tal-ħabs kellhom is-salarju kollu dovut għax-xahar ta' Settembru ikkreditat fil-kont bankarju tagħhom. Infurmat ukoll li minħabba diffikultajiet tekniċi l-overtime inħareġ bħala pagament supplementari għal Settembru.
Leg 11 PQ #19941 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skedar ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bdiet bl-iskedar ta’ bini, monumenti, eċċ. ‘il hawn, liema hu dak il-bini eċċ. li ġie skedat, meta ġie skadat u f’liema grad ġie skedat? Jista’ l-Prim Ministru jgħid ukoll xi jfisser kull grad ta’ skedar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA bdiet l-iskedar fl-1994. Il-lista ta’propjetajiet skedati hi aċċessibli fuq is-sit elettroniku tal-MEPA; www.mepa.org.mt,fejn wieħed jista jara l-lista kompleta ta’propjetajiet skedati ,il-gradi u anke’ kopja diġitali tan-Notifika tal-Gvern kif ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Fuq is-sit elettroniku tal-MEPA hemm ukoll spjegazzjoni tal-gradi livelli u l-klassijiet ta’l-iskedar kif definit fil-pjan ta’ struttura. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-propjetajiet skedati min Ottubru 2009 sal-lum. Rigward skedar ta’snin preċedenti nagħmel riferenza għar-risposti għall-Mistoqsijiet Numru 2377, 9987, u 10918 fejn diġa kienu ingħataw dettalji tal-propjetajiet u siti kollha skedati sa dakinhar skond is-sena u l-gradi,livelli u klassijiet differenti. Matul is-snin saru diversi eżeċizzi ta’ moniteraġġ tal-propjeta’ skedata (inkluz wieħed riċenti) li ghadu qed isir u fil-futur dan il-moniteraġġ għandhu jitkompla.
Leg 11 PQ #19942 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar il-Kunsilli Lokali — onorarja

Question

Minn meta daħlu fis-seħħ l-emendi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saret l-onorarja tas-sindki, viċi sindki u kunsillieri u jekk din hix konsidrata bħala dħul għall-fini tat-taxxa fuq id-dħul? Jekk fl-affermattiv x’inhi r-rata tat-taxxa dovuta fuq l-onorarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-onorarja tingħata biss lis-Sindki tal-lokalitajiet, u ma tingħatax ukoll lill-Viċi Sindki u lill-Kunsillieri. Is-Sindki jirċievu din l-onorarja skont id-daqs tal-kompożizzjoni tal-Kunsill Lokali, jiġifieri skont id-daqs tal-popolazzjoni tal-lokalità. Sindki ta’ lokalitajiet li għandhom popolazzjoni ta’ anqas minn 5,000 persuna jirċievu onorarja li tammonta għal terz tal-onorarja ta’ Deputat Parlamentari. Sindki ta’ lokalitajiet li għandhom popolazzjoni ta’ aktar minn 5,000 persuna iżda anqas minn 15,000 persuna jirċievu onorarja li tammonta għal nofs tal-onorarja ta’ Deputat Parlamentari. Sindki ta’ lokalitajiet li għandhom popolazzjoni ta’ aktar minn 15,000 persuna jirċievu onorarja li tammonta għal żewġ terzi tal-onorarja ta’ Deputat Parlamentari. Intant il-Kunsillieri kollha, inkluż is-Sindku, għandu d-dritt ta’ allowance finanzjarja li tammonta għal €1,600 fis-sena fil-każ tas-Sindki, u €1,200 fis-sena lill-bqija tal-Kunsillieri, inkluż il-Viċi Sindki. Il-pagament ta’ din l- allowance finanzjarja isir darbtejn fis-sena, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena. Dwar jekk dawn il-flus hux kunsidrati bħala dħul għall-fini tat-taxxa, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-onorarja tas-Sindki hija taxxabbli bir-rati normali tal-individwu konċernat. Intant, dwar l- allowance finanzjarja li jirċievu l-Kunsillieri (inkluż dik li jirċievu s-Sindki), kull Kunsill Lokali jrid jimla l-Formola FS4 għal kull Kunsillier u jaqta’ t-taxxa skont ir-regolamenti tal- FSS meta jagħmel il-ħlasijiet ta’ dawn l- allowances bir-rata proviżorja ta’ 20 fil-mija.