Legislature:
Category:
Reset
Active:

kwestjoni dwar pensjoni ta' diżabilità severa

Question

Peress li biex persuna tkun intitolata ghall-pensjoni ta' diżabilità severa jrid ikollha dħul ta' anqas mill-paga minima, tista' l-Ministru tgħid f'każ ta' persuna li tiżviluppa diżabilità severa wara ż-żwieġ, din ukoll eliġibbli biex tapplika għal din il-pensjoni anke jekk żewġha/martu għandhom dħul finanzjarju ta' aktar mill-paga minima? Jekk fl-affermattiv, hemm xi ceiling fir-rigward ta' dħul finanzjarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, persuna li tirċievi pensjoni ta’ diżabilità, bil-miżuri ġodda mħabbra fl-aħħar budget, tista taħdem kemm trid u jinqata biss mill-pensjoni tad-Diżabilità, id-dħul kollu li jaqbeż il-paga minima għalhekk is-ceiling jilħaq l-ekwivalenti tar-rata tal-pensjoni u l-paga minima magħduda flimkien. Jekk persuna ġġarrab diżabilità jew tiġi ċertifikata li għandha tali diżabilita kif imsemmija fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali, wara li tkun iżżewwġet, xorta tista tikkwalifika u tibbenefika minn dak imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel, kif ukoll, bħala miżura oħra fl-aħħar budget, fit-test tal-mezzi anqas se jibqa jiġi ikkunsidrat nofs id-dħul tal-konjugi.
Leg 11 PQ #1879 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kurċifissi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern fir-rigward tat-tqegħid ta' kurċifissi fi klassijiet ta' skejjel pubbliċi, fi swali, fi sptarijiet u f'uffiċji f'dipartimenti tal-Gvern u organizzazzjonijiet pubbliċi oħrajn? Jekk il-policy tal-Gvern hi li fost l-oħrajn fil-klassijiet ta' l-iskejjel ikun hemm kurċifissi, jista' jara li l-kurċifissi li tneħħew minn klassijiet fi skejjel f'Għawdex ( riferenza għal dan għamilha l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech fl-omelija tiegħu fil-quddiesa pontifikali tal-festa tal-visitazzjoni fl-Għarb il-Ħadd li għadda) jerġgħu jitqiegħdu fejn kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari 12202.

Forti Sant' Angelo — obbligi tal-Ordni ta' San Gwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-obbligi li daħal għalihom l-Ordni ta' San Gwann meta ngħata l-konċessjoni tal-Forti Sant' Angelo xi snin ilu, u jekk humiex qed ikunu osservati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #26687 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

investigazzjoni tal-Pulizija tal-kelba Sweetie

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Pulizija tal-kelba, Sweetie li bdiet fil-15 ta' Settembru 2010 u li kienet inqatlet bil-velenu fit-Taqsima tal-Klieb ġewwa l-Protezzjoni Civili fit-23 ta' Lulju 2010? Jista' jgħid jekk l-investigazzjoni ntemmitx u jekk iva, x'kien ir-rizultat? Jista' jgħid min kienu l-persuni li ġew investigati fuq dan il-każ u jekk din għadha mhux konkluża min għad fadal biex jiġi nterrogat? Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex it-tliet dog handlers li kienu huma li nsistew b'qawwa mad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili li jsir ir-rapport fuq il-mewt tal-kelba lill-Pulizija, ġew trasferiti? Jista' jgħid għalfejn ma saritx inkjesta fuq il-mewt ta' din il-kelba mħarrġa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġà spjegajt fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21324, ninsab infurmat illi t-tliet dog handlers kienu ġew trasferiti f’sezzjonijiet oħra tad-dipartiment wara li huma stess urew ix-xewqa mad-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili biex ma jibqgħux jaħdmu ġewwa dik is-sezzjoni. Infurmat ukoll illi wara li d-dipartiment irċieva riżultat preliminari mill- vet li kien għamel l-awtopsa fuq il-kelba fejn kien ħareġ li seta’ kien hemm suspett li l-kelba setgħet ġiet maqtula, il-każ għadda minnufih għal għand il-Pulizija biex titwettaq investigazzjoni sħiħa, liema investigazzjoni għadha mhix konkluża.

Titjiriet chartered lejn Lourdes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux se jsiru titjiriet chartered mill-Air Malta għal Lourdes u lura? Jekk fl-affemattiv, meta dawn huma maħsubin li se jibdew u jispiċċaw? Kemm f'dan il-perijodu hu maħsub li se jsiru titjirjiet? Kemm hu maħsub li jinġarru passiġġieri u kif dan in-numru jipparaguna man-numru ta' titjirjiet u passiġġieri li ġarret l-Air Malta għal Lourdes f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm pjan simili bħal dak tal-2010 għal titjiriet speċjali għall-Lourdes f’April, Mejju, bejn Lulju u Settembru, u f’Diċembru. Id-domanda mill-agenti tal-ivjaggar u t-traffiku fuq dawn it-titjiriet speċjali mistenni ikun komparabbli ma’ tas-sena l-oħra. Ta min wieħed jiftakar li s-sena l-oħra parti mit-traffiku tal-passiġġieri minn Malta għall-Lourdes mexa’ ukoll fuq it-titjiriet tal-Air Malta għall-Toulouse. In-numru ta’ titjiriet ser ikun ta’ madwar 24 titjira matul is-sena kollha 2011, u n-numru ta’ passiġġieri jilħaq 8,000 ruħ l’hemm u lura. Dawn l-aħħar snin in-numru ta’ passiġġieri fuq dawn it-titjiriet speċjali għall-Lourdes (imorru u jiġu) kien hekk: Total ta’ passiġġieri 2004 – 7,930 Total ta’ passiġġieri 2005 – 8,997 Total ta’ passiġġieri 2006 – 9,214 Total ta’ passiġġieri 2007 – 7,863 Total ta’ passiġġieri 2008 – 13,460 Total ta’ passiġġieri 2009 – 6,130 Total ta’ passiġġieri 2010 – 7,244 Total ta’ passiġġieri 2011 – 8,000 (stima)

skejjel tal-gvern — kunsilli

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn kunsilli tal-istudenti fl-iskejjel tal-gvern? Tista' tgħid kif jitwaqqfu dawn il-kunsilli? Huwa obbligatorju li jkun hemm kunsilli simili f’kull skola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm 61 kunsill tal-istudenti fl-iskejjel Primarji u 28 kunsill tal-istudenti fl-iskejjel Sekondarji. Fil-livell primarju l-għalliema tal-Personal and Social Development (PSD) iħejju lill-istudenti għall-proċess elettorali waqt il-lezzjonijiet tagħhom peress li dan hu parti mis-sillabu tal-PSD. Wara dawn il-lezzjonijiet jibda l-proċess permezz tan-nominazzjonijiet mill-istudenti, issir il-kampanja elettorali billi l-istudenti jippreżentaw posters tagħhom infushom u jitkellmu waqt l-Assemblea ta’ fil-għodu. Ikun hemm mbagħad jum il-votazzjoni fl-iskola li din tkun immexxija mill-istudenti stess kemm bħala kummissarji elettorali kif ukoll bħala ‘ counting agents ’ taħt is-supervizjoni tal-għalliema. Fl-iskejjel Sekondarji jsir l-istess proċess bl-għajnuna tal-għalliema tal-PSD jew tal-Istudji Soċjali. Huwa obbligatorju bil-liġi li jkun hemm kunsilli simili f’kull skola.
Leg 11 PQ #24250 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imħalfin u Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid d-data tal-ħatra u l-età ta' kull imħallef u maġistrat u f’liema qorti qegħdin iservu kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9381 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsillieri li rriżenjaw mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tal-kunsilli lokali 'l hawn, leġislatura leġislatura, kemm irriżenjaw kunsillieri, ta' liema partit kienu, meta rriżenjaw, min tela' minflokhom, hux bil-bye elections jew ġewx co-opted u meta ġew eletti jew co-opted?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Tabella A tagħti informazzjoni ta’ kunsilliera li ġew eletti permezz ta’ bye elections filwaqt li tabella B tagħti informazzjoni ta’ kunsilliera li ġew co-opted .
Leg 11 PQ #12534 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Funding Unit fi ħdan MEUSAC — għajnuna lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif f’Novembru 2008 tal-Funding Unit fi ħdan il-MEUSAC lil liema kunsilli lokali u NGOs ġiet offruta għajnuna teknika biex jagħżlu programmi tal-Unjoni Ewropea u biex jimtlew applikazzjonijiet għal fondi taħt programmi tal-Unjoni Ewropea? X’kienu l-programmi li applikaw għalihom u jekk dawn kienu milqugħa, x’kienet l-għajnuna mogħtija mill-Unjoni Ewropea u għalxiex intużat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Funding Unit tal-MEUSAC beda jopera f’Novembru 2008. Il-MEUSAC assista entitajiet tal-gvern, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-mili ta’ applikazzjonijiet għal proġetti taħt xi programm tal-UE. Bejn Diċembru 2008 u Ottubru 2009, saru 68 laqgħa bejn uffiċjali tal-Funding Unit tal-MEUSAC u Kunsilli Lokali. Matul l-istess perjodu, ġew sottomessi 83 applikazzjoni minn kunsilli lokali bl-assistenza teknika tal-MEUSAC. Il-programmi huma: Europe for Citizens, Youth in Action, MED, ERDF, EAFRD – Fondi Rurali Miżuri 313 u 323 u ENPI. Minn dawn l-applikazzjonijiet, s’issa rriżultaw dawn il-fondi li ġew allokati lill-kunsilli lokali: €153,848.75.

persuni li vjaġġaw bejn Malta u Għawdex u ma ħallsux

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għamlu l-vjagg bejn Malta u Għawdex u ma ħallsu xejn meta ppreżentaw il-Kartanzjan fis-snin 2007, 2008, 2009, 2010, sena, sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din d-domanda hija ta’ natura strettament kummerċjali. Il-kumpanija Gozo Channel qegħda fil-proċess li tipprepara għat-tender dwar PSO u ma tħossx li huwa opportun li tinħareġ tali informazzjoni f’dan l-istadju.

persuni self employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni self employed u x'tip ta' qliegħ jiddikjaraw? Jista jagħti l-figuri f'forma ta' tabella li jindika kemm self empoloyed iddikjaraw li jaqilgħu: a) taħt l-€10,000; b) bejn €10,000 u €15,000; ċ) bejn €15,000 u €20,000; d) bejn €20,000 u €30,000; e) bejn €30,000 u €40,000; f) bejn €40,000 u €50,000; g) bejn €50,000 u €70,000; h) u aktar minn €70,000?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejd tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni ma tinkludix taxpayers li għandhom dħul minn part-time self employment , u l-valur iddikkjarat mit- taxpayers bħala dħul ieħor, bħal bejgħ ta’ proprjetà, divident u imgħax tal-bank.
Leg 11 PQ #20744 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu — programm ta’ investiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-programm ta’ investiment tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u kemm hu maħsub li se jqum dan l-investiment? X’kien il-prorgamm tal-investiment is-sena li għaddiet, x’sar minnu u x’kienet in-nefqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul l-2010 l-Awtorita’ tat-Turiżmu għamlet dan l-investiment fil-prodott turistiku: 1. Immanijġar tal-Bajjiet (Beach Management) Fl-2010 l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħadet ħsieb l-immaniġjar ta’ sitt bajjiet ġewwa Malta: · Il-Bajja ta’ San Gorg (Paceville) - fl-2010 reġgħet ingħata l-unur ta’ blue flag; · Buġibba Perched Beach - din il-bajja fl-2010 ingħatata l-unur ta’ blue flag għall-ewwel darba; · Mellieħa Bay (Għadira) - fl-2010 din il-bajja ingħatat l-unur ta’ beach of quality; · Golden Bay – - din il-bajja ingħatat l-unur ta’ beach of quality; · Font Għadir / Exiles (Sliema) - proġett pilota li beda din is-sena fejn l-MTA immaniġjat għall-ewwel darba bajja bil-blat. · Qawra Point (Qawra) - proġett pilota li beda din is-sena fejn l-MTA immaniġjat għall-ewwel darba bajja bil-blat. B’kollox l-MTA nefqet madwar €500,000 f’immaniġjar ta’ dawn il-bajjiet. Dan l-investiment kien jinkludi: · Tisbieħ tal-prodott; · Interventi biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema; · Installazzjoni ta’ prodotti bħall-bins għas-separazzjoni tal-skart u safety poles; · Sinjali informattivi; · Servizzi addizjonali ta’ toilets fuq il-bajjiet; · Xogħlijiet ta’ tranġar u manutenzjoni; · Servizz ta’ beach supervisors; · Servizz ta’ lifeguards; · Organizzazzjoni ta’ attivitajiet; · Studji · Promozjoni fuq gażż etti u media oħra. Apparti dan, l-Awtorita’ għenet ukoll lil Gaia Foundation billi kkontribwiet fondi biex dawn setaw joffru servizzi ta’ lifeguards f’Għajn Tuffieħa u r-Ramla l-Ħamra ġewwa Għawdex, għajnuna li tammonta aktar minn €26,000. 2. Tisbieħ tal-prodott kostali (Coastal Upgrading) L-MTA din is-sena għamlet tlett interventi għall-għawwiema u għaddasa. Wieħed sar fl-area ta’ Fond Għadir – Exiles (Slie ma), l-ieħor f’Qawra Point (Qawra) u ieħor ġewwa Wied iż-Ż urrieq, Qrendi Proġett - Fond Għadir sa Exiles - Intervent ta’ madwar €280,000. Progett Qawra Point - Intervent ta’ madwar €205,000. L-interventi kienu mmirat i biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu walkways, slielem u ttranġar ta’ passaġġi. Fiż-żewġ ż on i l-MTA nefqet madwar €40,000 oħra fuq proġetti ta’ tisbiħ taż-żoni billi twaħħ lu pjanti, sar xi landscaping u twaħħlu bankijiet u bins għas-separazzjoni tal-skart. Proġett Wied iż-Ż urrieq – Intervent ta’ madwar €150,000. L-i nterventi kienu mmirati biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu slielem għall-ghaddasa, twaħħ il ta’ railings, dwal, bins u ttranġar ta’ passaġġi. 3. Proġetti f’ż oni rurali (Rural Tourism) Fl- 2010 il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affar ijiet Rurali (MRRA) approva proġett taħt il-fondi rura l tal-Unjoni Ewropeja (EAFRD) għall-tisbieħ f’ż oni rurali. Dan il-proġett għandu valur ta’ €1.6 mil jun (Vat eskluż a). B dan il proġett l-MTA se tinvesti f’numru ta mixjiet rurali li jkopru l-parti mix-Xlokk għall-lbiċ ta Malta. Barra minn hekk se jsiru wkoll numru ta interventi infrastarturali bil-għan li dawn il postijiet ikunu iktar accessibli għal publiku. Ftit mill lokalitajiet li fihom se jsiru interventi huma: · Marsascala · Marsaxlokk · Siġġiewi · Qrendi · Ż urrieq · Safi · Baħrija · Mtaħleb · Girgenti · Dingli Apparti dan l-MTA ser tkun qed terga tinvesti f’numru ta’ mixjiet li kienu gew varati fl-2002. Dawn il-mixjiet ikopru parti sostanzjali minn Malta u xi mixjiet f’Ghawdex. 4. Diving Master Plan L-MTA ser tkompli tinvesti fil-prodott kostali u marittimu għax temmen fil-potenzjal ta’ dan il-proġett. Matul din is-sena tlesta il-proġett ta’ tisbieħ f’Wied iż-Żurrieq, proġ ett ta’ madwar €150,000 li kien jinkludi titjieb fl-aċċessibilita’ għal fuq ix-xatt u għal ġol-baħar kemm għall-għawwiema u għall-għaddasa, kif ukoll tranġar tal-infrastruttura uż ata mill-operaturi li joffru servizz bid-dgħajjes u landscaping. Apparti dan bħalissa qed isir d-‘diving master plan’ għall-Malta. Dan għandu jagħti stampa ċara tal-prodott tal-għads f’Malta kif ukoll jagħti suġġerimenti tat-titjieb li għand u bżonn isir. Dan il-proġ ett ser jiswa madwar €31,000 5 Tourism Zone Upgrade with Landscaped Urban Spaces and other Facilities (ERDF 033)LITIES Bħalissa l-MTA qed timplimenta l-proġett ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett ser isiru dawn l-interventi: · Bini ta’ public aquarium b’valur ta’ aktar minn €7.5 miljun; · Bini ta’ ġnien pubbliku ġewwa Pembroke b’valur ta’ madwar €2.1 miljun; · Krejazzjoni ta’ Cycle Track li tgħaqqad lil Pembroke mal-Madliena b’valur ta’ madwar €600,000; · Restorazzjoni tat-Torri tal-Madliena b’valur ta’ madwar €155,000; · Tisbiħ tal-promenade ta’ San Pawl u l-krejazzjoni ta’ cantilevered gallery b’valur ta’ madwar €1.6 miljun Ħafna minn dawn it-tenders għalqu u l-bidders ġew mażula filwaqt li ftit oħrajn qegħdin fil-fażi finali tal-proċess. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew sal-aħħ ar tas-sena. 6 Beach Replenishment L-MTA bħalissa għaddejja fuq proġett ta’ tkabbir (replenishment) ta’ bajja artificjali ġewwa x-Xemxija. Il-proġett, li beda aktar kmieni din is-sena, għadu fil-bidu tiegħu. S’issa l-MTA diġa ħallset aktar minn €35,000 fi studji preliminari filwaqt li ser tkun qed talloka madwar €120,000 fi studji oħra li għand hom janaliżż aw l-stabilita’ tal-bajja u jiddeterminaw jekk il-bajja tistax issir u l-materjal li għandu jiġi uż at. 7 Investiment f’lokalitajiet turistiċi Matul l-2010, l-Awtorita’ qed tagħmel aktar minn €29,000 f’investiment f’ż oni rurali. Dan jinkludi interventi f’uħud minn dawn il-lokalitajiet: Malta · Birgu; · Bormla; · Mellieħa · San Giljan; · San Pawl il-Baħar; · Il-belt Valletta; Għawdex · Marsalforn; · L-Għarb; · Ħondoq ir-Rummien; · Wied il-Għasri; · Bajjiet diversi 2011 Ghall-2011 l-MTA qed tippjana li talloka ftit inqas minn €2 miljuni biex tkompli tinvesti fil-prodott turistiku. Dan l-investiment jinkludi: · Immaniġjar tal-bajjiet; · Studji biex isiru aktar bajjiet artifiċjali; · Tvara proġett pilota tal-Immaniġjar taċ-ċentri turistici (Town Centre Management); · Jitkom plew l-implementazzjoni ta’ proġetti żgħar f’żoni turistiċi bil-għan li ngħ inu lil kunsilli lokali u kommunitajiet tal-post biex isebbħu aktar il-prodott turistiku tagħhom; · Twettiq ta’ tisbiħ tal-prodott turistiku u żieda fl-aċċessibilita’ f’żoni turisti ċi u l-kosta ta’ Malta u Għawdex; · Bidu tal-implimentazzjoni tar-rakamandazzjonijiet li joħorġu mid-‘diving master plan’; Apparti dan, l-MTA ser tkun qed tkompli l-implimnetazzjoni tal-proġett ko-finanzjati mill-EU (kemm EAFRD – tourism zone upgrading with landscaped urban spaces and other facilities b ’valur €14, 574,180 – vat inkluż a u dak mill-EAFRD – Malta Goes Rural – proġett ta’ tisbiħ f’ż oni rurali b’valur ta’ €1,888,000 Vat inklu ż ).
Leg 11 PQ #20747 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — staġun tal-football

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dan l-istaġun tal-football l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta hux qed tisponsorja lil xi team barrani fil-kampjonati nazzjonali tal-Ingilterra, tal-Italja jew ta’ x’imkien ieħor? Jekk fl-affermattiv, liema hu t-team li qed jiġi sponsorjat u fiex jikkonsisti dan l-isponsorship?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ser tkompli bl-isponsorship ta’ Sheffield United skont il-kuntratt li ġie ffirmat f’Awwissu 2008 liema kuntratt jagħlaq fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. L- isponsorship jinkludi: Logo ta’ VistiMalta.com fuq flokkijiet tal-players. BrANDING KOMPLET FUQ L-ISTANDS – Il-bandiera ta’ Malta u riklami fuq billboards. Filmati ta’ Malta fuq screen kbir (LCD) li jintwerew live fil-grawnd matul il-logħobiet. Ospitalita’ professjonali bis-saħħata’ liema l-Awtorita’ tkun qed tilqa mistednin, fosthom membri nazzjonali u reġjonali tal-media, Operaturi tas-Safar ( Tour Operators) u Aġenti tas-safar. F’ dawn l-aħħar sentejn, Sheffield United Football Club organizzaw it-tħejjija tagħhom ta’ qabel l-istaġun matul ix-xhur tas-Sajf ġewwa Malta u dan sarraf f’ wasla ta’aktar minn ħames mitt supporter ta’ Sheffield United fil-gzejjer tagħna; Malta gawdiet ukoll minn riklam tajjeb f’ pajjiżi bħall-Awstralja , iċ-Ċina, l-Ungerija kif ukoll l-Istati Uniti tramite l-propjetarji tal-Klabb Ingliż kif ukoll tramite klabbs oħra li huma affiljati magħhom.
Leg 11 PQ #20761 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MTA — proġetti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi proġetti għandha l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta llum għal San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra? Fiex jikkonsistu dawn il-proġetti? Meta bdew jitwettqu u meta hu maħsub li jitlestew? Kemm hu maħsub li se jqum kull proġett? Ladarba l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu tlesti dawn il-proġetti għandhiex il-ħsieb ta’ proġetti oħra għall-inħawi tal-Gżira, Ta' Sliema u San Ġiljan, għall-inħawi tal-Kottonera u għall-inħawi ta’ Wied il-Għajn u Birżebbuġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Xogholijet li saru / qed isiru gewwa San Pawl il-Bahar, Bugibba u l-Qawra L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għadha kif lestiet proġett ta’ tisbieħ ġewwa l-Qawra (Qawra Point). Dan l-intervent ta’ madwar €205,000 kien immirat biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu walkways , slielem u ttranġar ta’ passaġġi. L-MTA nefqet ukoll madwar €20,000 oħra fuq proġetti ta’ tisbiħ taż-żona billi twaħħlu pjanti, sar xi landscaping u twaħħlu bankijiet u bins għas-separazzjoni tal-iskart. Apparti dan il-proġett, l-MTA bħalissa qed timplimenta proġett ieħor fiż-żona tal-Qawra u San Pawl il-Baħar. Il-proġett hu ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett ser isiru dawn l-interventi: · Bini ta’ public aquarium ġewwa l-Qawra, b’valur ta’ aktar minn €7.5 miljun; · Tisbiħ tal- promenade ta’ San Pawl u l-krejazzjoni ta’ cantilevered gallery b’valur ta’ madwar €1.6 miljun Interventi oħra li jifformaw parti minn dan il-proġett ser isiru fin-naħa ta’ Pembroke u jinkludu: · Bini ta’ ġnien pubbliku ġewwa Pembroke b’valur ta’ madwar €2.1 miljun; · Krejazzjoni ta’ Cycle Track li tgħaqqad lil Pembroke mal-Madliena b’valur ta’ madwar €600,000; · Restorazzjoni tat-Torri tal-Madliena b’valur ta’ madwar €155,000; Ħafna minn dawn it- tenders għalqu u l- bidders ġew magħżula filwaqt li ftit oħrajn qegħdin fil-fażi finali tal-proċess. Xi xogħolijiet mistennija jibdew sal-aħħar tas-sena. Xogħolijiet li saru ġewwa Ta’ Sliema u fl-akkwati. Apparti ix-xogħolijiet pjanati għaż-żona ta’ Pembroke (imsemmija aktar ‘il fuq) ġewwa tas-Sliema l-MTA din is-sena għamlet proġett ta’ madwar €280,000 li ukoll kien immirat biex tiżdied l-aċċessibilita’ għall-għawwiema u għaddasa billi twaħħlu walkways , slielem u ttranġar ta’ passaġġi. L-MTA nefqet ukoll madwar €20,000 oħra fuq proġetti ta’ tisbiħ taż-żona billi twaħħlu pjanti, sar xi landscaping u twaħħlu bankijiet u bins għas-separazzjoni tal-iskart. Dan apparti nefqiet zgħar oħra biex jiġu rranġati xi affarijiet fiż-żoni li jinqalaw minn żmien għal żmien. Proġetti maħsuba għall-futur. L-Awtorita’ tat-Turiżmu dejjem taħdem biex ittejjeb il-lokalitajiet kollha. Fost il-proġetti ppjanati hemm il-kontinwazzjoni tal- promenade ta’ Paceville (magħruf bħala Golden Mile ), kif ukoll titjieb f’żoni rurali. Fl-2010 il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali (MRRA) approva proġett taħt il-fondi rural tal-Unjoni Ewropeja (EAFRD) għall-tisbieħ f’żoni rurali. Dan il-proġett għandu valur ta’ €1.6 miljun (Vat eskluża). B dan il proġett l-MTA se tinvesti f’numru ta’ mixjiet rurali li jkopru l-parti mix-Xlokk għall-lbiċ ta Malta. Barra minn hekk se jsiru wkoll numru ta’ interventi infrastrutturali bil-għan li dawn il-postijiet ikunu iktar aċċessibli għal pubbliku. Ftit mill-lokalitajiet li fihom se jsiru interventi huma: -Marsascala -Marsaxlokk -Siġġiewi -Qrendi -Zurrieq -Safi -Baħrija -Mtaħleb -Girgenti -Dingli Apparti dan l-MTA ser tkun qed terġa tinvesti f’numru ta’ mixjiet li kienu ġew varati fl-2002. Dawn il-mixjiet ikopru parti sostanzjali minn Malta u xi mixjiet f’Għawdex.

Air Malta — titjiriet imħassra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta ħassritx xi titjiriet tagħha bl-iskeda jew chartered matul ix-xahar ta’ Novembru jew Diċembru li ġej? Jekk fl-affermattiv kemm-il titjira tħassret, għal liema destinazzjoni kienu u x’kienet ir-raġuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull linja tal-ajru, minn żmien għal żmien, tagħmel capacity trimming u dan il-proċess huwa normali, speċjalment fix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa. Miniex infurmat li l-eżerċizzju ta’ capacity trimming li qed isir din is-sena imur lill hinn mill-prattiċi normali li jagħmlu l-linji tal-ajru fl-Ewropa.

Air Malta — titjiriet imħassra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta ħassritx xi titjiriet tagħha bl-iskeda jew chartered matul ix-xahar ta’ Novembru jew Diċembru li ġej? Jekk fl-affermattiv kemm-il titjira tħassret, għal liema destinazzjoni kienu u x’kienet ir-raġuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — WSC - sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-Gvern lill-Korporazzjoni Enemalta u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull sena mill-2006 ‘il hawn għall-elettriku, l-ilma u l-gass?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — applikazzjonijet għal ftuħ ta' fabbriki ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-Malta Enterprise għal ftuħ ta’ fabbriki ġodda? Meta hu maħsub li dawn jinfetħu, f’liema oqsma huma u kemm hu maħsub li se jimpjegaw ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 14-il kumpanija li diġaà għandhom fabbrika ‘earmarked’ iżda għad iridu isiru xi xogħlijiet fihom sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jibdew joperaw. Hu maħsub li l-maġġoranza tagħhom jinfetħu sa sitt xhur oħra. Hemm ukoll tliet kumpaniji oħra li għad trid tinstabilhom fabbrika minn fejn joperaw. Bejniethom dawn il-kumpaniji ser jimpjegaw 344 persuna fi żmien 3 snin. Il-Malta Enterprise għandha ukoll quddiema 20 proġett li għadhom qed jiġu evalwati, u għalhekk għad iridu jagħddu minn proċess ta' approvazzjoni u allokazzjoni ta' fabbrika u għalhekk ma jistax jiġi stmat meta ħa jibdew joperaw. Bejniethom dawn il-kumpaniji jistgħu jimpjegaw 137 persuna.

Infermiera — impjiegi full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ħarġitx sejħa għall-impieg full-time jew part-time ta’ infermiera mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, meta ħarġet, għalqitx u jekk iva kemm applikaw u mil-liema pajjiż huma? Kemm b’kollox hu maħsub li jiġu impjegati infermiera barranin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12529 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — devoluzzjonijiet ta' proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu d-devoluzzjonijiet kollha li saru ta’ proprjetà lill-kunsilli lokali? Meta saru? X’użu kien isir (jekk kien isir) minn din il-proprjetà qabel u x’użu qed isir minnha issa? Hemm xi talbiet pendenti? Jekk iva, minn liema kunsilli lokali, xi proprjetà qed jitolbu, għalxiex qed tintuża llum u x’se jagħmlu biha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ listi: Lista A turi il-proprjetà devoluta lill-Kunsilli Lokali; u Lista B turi dawk l-applikazzjonijiet għal devoluzzjoni li għadhom pendenti.