B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24882, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-"Manual on Work-Life Balance Measures" minn dak li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-istess tweġiba? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja aġġornata fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid x'kien it-tibdil li sar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li apparti l-verżjoni tal-1 ta’ Jannar 2025, il-‘Manual on Work-Life Balance Measures’ ġie aġġornat darba fil-25 ta’ Frar 2025. L-aġġornament li sar kien fit-Taqsima ‘General Conditions’ fejn permezz ta’ din l-emenda impjegati pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn Parental Leave, Career Break jew Responsibility Leave anke jekk ikunu laħqu l-massimu ta’ tmien (8) snin leave mingħajr ħlas li hemm skont il-kundizzjonijiet preżenti. Kopja ta dan qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26661 u jgħid jekk l-art kollha li hemm bżonn biex fuqha ssir it-Trakka l-Kbira f'Ħal Far hijiex għand il-Gvern u jekk le, x'fadal xi jsir biex il-Gvern ikollu t-titolu tagħha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew SportMalta għandhomx talba mill-Federazzjoni Maltija tal-Boċċi għall-post fejn il-federazzjoni tkun tista’ tiltaqa’ u tagħmel l-Annual General Meeting tagħha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26576, jingħad li "Di Fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom (mertu ta’ kawża)”, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma dawn l-allegazzjonijiet, u x'investigazzjonijiet u konklużjonijiet kien hemm għall-allegazzjonijiet li qed issir referenza għalihom fl-istess tweġiba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-allegazzjonijiet imsemmija għadhom sub judice u għaldaqstant, għad m’hemm l-ebda konkluzjoni finali fil-konfront tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25942, 26330, 26479 u 26659 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943, 26331, 26480 u 26660 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ħ’Attard — Klinika tal-Komunità - Servizz ta’ Nutritionist
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25097, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta' Nutritionist fil-Klinika tal-Komunità ta' Ħ'Attard bediex u jekk le, meta ser jibda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizz ta' Nutritionist fil-Klinika tal-Komunita' ta' Ħ'Attard beda mill-bieraħ.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20682, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati fondi għad-dgħajsa tal-ibburdjar Viva Malta fl-2024 u fl-2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min huma l-persuni li qed jitħarrġu fuq din d-dgħajsa u liema kienu t-tlielaq offshore internazzjonali li ħadet sehem fihom? Jista’ jgħid ukoll fejn qed tinżamm din id-dgħajsa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26572 u jagħti rendikont tal-ispejjeż legali li għamlet il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mis-sena 2019 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena u kif intgħażlu tali rappreżentanti legali? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża għal kull kawża li ffaċjat l-FIAU fil-Qrati Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell tal-kawżi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) instabet responsabbli ta’ żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali u personali, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar min wettaq din l-illegalità u jekk iva, jista’ jqiegħed ir-rapport tal-investigazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid ukoll x'passi dixxiplinari ttieħdu kontra min wettaq din l-illegalità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mertu ta’ kawża li għaliha qed issir referenza f’din id-domanda parlamentari għadu sub judice u għaldaqstant, għad m’hemmx konferma finali.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenzi tal-Qorti ta' Malta u ta’ kull awtorità oħra f'pajjiżna li sabet lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ħatja ta' ksur tal-protezzjoni tad-data (breach ta’ data protection) u x'passi ttieħdu wara tali ksur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tribunal dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, permezz tas-sentenza tat-18 ta’ April 2024, irrevoka d-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data tal- 20 ta’ Jannar 2021 u sab lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta responsabbli għal iżvelar ta’ data personali. Tali deċiżjoni ġiet appellata u għadha sub judice fil-konfront tal-istess Awtorità.
Id-deċiżjonijiet msemmija hawn fuq qegħdin jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:26897 papers laid 'A'.pdf26897 papers laid 'B'.pdf
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26573, fejn ġie kkonfermat li impjegata li rriżenjat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) kompliet fl-istess impjieg tagħha, jista’ l-Ministru jgħid f'liema entità kienet taħdem qabel u wara li kienet fil-Bord tal-FIAU? Jista’ jgħid ukoll għaliex din il-persuna rriżenjat mill-Bord tal-FIAU u għaliex tali pożizzjoni hija tenibbli ġaladarba tneħħiet jew irriżenjat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ikkonċernata, qabel u waqt li kienet membru fil-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU, kienet impjegata fl-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), fejn għadha impjegata sal-lum. Kif diġà mwieġba fil-mistoqsija parlamentari 20334 tal-Leġislatura XIII, din il-persuna rrizenjat mil-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU minn jeddha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26576, jista' l-Ministru jgħid għaliex intqal li hija "kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża" u " li l-proċeduri għadhom sub judice", meta diġà hemm sentenza tal-Qorti Maltija li sabet lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ħatja ta' ksur tal-protezzjoni tad-data?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mertu ta’ kawża fejn hemm allegazzjoni fil-konfront tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta dwar ksur ta’ protezzjoni tad-data għadu sub judice u għalhekk, għad m’hemm l-ebda deċiżjoni finali fil-konfront tal-istess Awtorità.
Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26488 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22134, jista’ l-Ministru jgħid liema huma u fejn jinsabu d-devoluzzjonijiet imsemmija f’Ħ’Attard, il-Mosta, l-Iklin, Ħal-Lija, in-Naxxar u l-Imdina? Jista’ wkoll jikkonferma li ma hemm l-ebda devoluzzjoni f’Ħal Balzan?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26483, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-laqgħat (bid-dati/aġenda) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) li membri ħarġu minnhom fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u għal liema raġuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-domandi li qegħdin jiġu mistoqsija huma kwistjoni li tolqot mertu ta’ kawża.
Di fatti, hemm allegazzjonijiet marbuta magħhom f’tali proċeduri ġudizzjarji, liema proċeduri għadhom sub judice. Saħansitra domandi parlamentari preċedenti, li wkoll jirrelataw ma’ tali kawża u li ġew imwieġba, diġà tressqu bħala prova fl-istess proċeduri ġudizzjarji.
Jista' l-Ministru jagħti break down ta' kull multa li tat il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-lum u jgħid kemm kienet kull multa, meta ħarġet, jekk ġietx appellata fil-Qrati, għadhiex sub judice, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati, kemm iddeċidiet li għandha tkun il-Qorti, liema tħallsu u liema ma tħallsux?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.