B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27106, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u ċjoè jagħti break down ta’ kull multa li tat il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-lum u jgħid kemm kienet kull multa, meta ħarġet, jekk ġietx appellata fil-Qrati, għadhiex sub judice, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati, kemm iddeċidiet li għandha tkun il-multa l-Qorti, liema tħallsu u liema għadhom ma tħallsux? F’każ li hemm minnhom li ġew iddikjarati bħala li jmorru kontra l-Kostituzzjoni, jista’ jindika liema huma u jekk tali sentenzi ġewx appellati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26953 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew SportMalta għandhomx talba mill-Malta Football Association (MFA) għal devoluzzjoni ta’ art?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li SportMalta saritilhom talba u bħalissa għaddej il-proċess neċessarju.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26954 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew SportMalta għandhomx talba mill-Federazzjoni Maltija tal-Boċċi għall-post fejn il-federazzjoni tkun tista’ tiltaqa’ u tagħmel l-Annual General Meeting tagħha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-Federazzjoni msemmija talbu għall-assistenza sabiex jinstab post adattat għalihom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26955 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta tal-art ta’ Ta’ Qali u jgħid liema minnha hi art devoluta lill-għaqdiet sportivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26956 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk il-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ser jiċċaqlaq mill-Gvern biex jagħmel spazju għal xi żvilupp kummerċjali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26956 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk il-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ser jiċċaqlaq mill-Gvern biex jagħmel spazju għal xi żvilupp kummerċjali?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26957, jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, tkunx ħarġet is-sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) u jekk iva, meta tagħlaq? Jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-applikazzjoni tkun għalqet, jista’ jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina għal din il-pożizzjoni? Jista’ jagħti s-sess u l-età tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu għaddej il-proċess neċessarju sabiex tinħareġ is-sejħa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26777 u jgħid liema huma l-proġetti li qed jiġu użati Fondi Ewropej biex isiru u li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26785 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20682, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati fondi għad-dgħajsa tal-ibburdjar Viva Malta fl-2024 u fl-2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min huma l-persuni li qed jitħarrġu fuq din d-dgħajsa u liema kienu t-tlielaq offshore internazzjonali li ħadet sehem fihom? Jista’ jgħid ukoll fejn qed tinżamm din id-dgħajsa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dgħajsa msemmija għaddiet għand il-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26897, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-appell imsemmi minnu ġiex deċiż fil-Qrati Maltin b’sentenza tal-5 ta’ Frar 2025? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu wara li l-Qorti sabet lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) responsabbli għall-iżvelar ta’ data personali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-appell minnu riferit jirreferi għad-deċi¿joni mogħtija mill-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri), fil-05 ta’ Frar 2025, liema appell ma ġiex evalwat fil-mertu u ġie deċiz fuq punt proċedurali.
Sussegwentament, l-Awtorità ghas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta pprezentat rikors għar-ritrattazzjoni u għaldaqstant, l-allegazzjoni li l-Awtorità instabet responsabbli għal zvelar ta’ data personali għadha sub judice.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25942, 26330, 26479, 26659 u 26909 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali dokumenti huma kummerċjalment sensittivi u għalhekk ma jistgħux jiġu ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943, 26331, 26480, 26660 u 26910 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali dokumenti huma kummerċjalment sensittivi u għalhekk ma jistgħux jiġu ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26661 u 26928 u jgħid jekk l-art kollha li hemm bżonn biex fuqha ssir it-Trakka l-Kbira f'Ħal Far hijiex għand il-Gvern u jekk le, x'fadal xi jsir biex il-Gvern ikollu t-titolu tagħha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-artijiet huma kollha propjeta tal-Gvern. Bħalissa għaddej process neċessarju sabiex dawk l-artijiet li huma użati minn terzi jiġu rilokati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ser jiċċaqlaq mill-Gvern biex jagħmel spazju għal xi żvilupp kummerċjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Sportivi — Sentenza ta’ projbizzjoni tul il-ħajja (lifetime ban) - Reġistru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix reġistru li fih hemm imniżżla d-dettalji ta’ sportivi li għandhom sentenza ta’ projbizzjoni tul il-ħajja (lifetime ban) minn attivitajiet sportivi mill-qrati jew awtoritajiet Maltin? Jekk iva, fejn jinżamm u min għandu aċċess għalih?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li preżentament l-AIMS qed jaħdmu sabiex din l-informazzjoni tiġi miġbura.
Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26488 u 26681 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22134, jista’ l-Ministru jgħid liema huma u fejn jinsabu d-devoluzzjonijiet imsemmija f’Ħ’Attard, il-Mosta, l-Iklin, Ħal-Lija, in-Naxxar u l-Imdina? Jista’ wkoll jikkonferma li ma hemm l-ebda devoluzzjoni f’Ħal Balzan?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-devoluzzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fil-lokalitajiet imsemmija huma kif imniżżla fid-dokument li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26772 u jagħti break down ta' kull multa li tat il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-lum u jgħid kemm kienet kull multa, meta ħarġet, jekk ġietx appellata fil-Qrati, għadhiex sub judice, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati, kemm iddeċidiet li għandha tkun il-Qorti, liema tħallsu u liema ma tħallsux?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi L-FIAU hija legalment marbuta li tippubblika l-miżuri amministrattivi kollha maħruġa kontra persuni suġġetti; f’każijiet fejn il-piena amministrattiva taqbeż il-€50,000. Din il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll l-isem tal-persuna suġġetta rilevanti. Fil-każijiet fejn il-persuna suġġetta tagħżel li tappella l-penali amministrattiva quddiem il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri), il-pubblikazzjoni tiġi aġġornata (mhux imtella’ mill-ġdid) meta tingħata sentenza mill-Qorti u l-pubblikazzjoni terġa’ tiġi aġġornata bir-riżultat. Barra minn hekk, l-FIAU tippubblika r-Rapport Annwali tagħha, li jinkludi statistika dwar ksur, multi, u appelli li jkopru s-sena ta’ qabel.
L-avviżi tal-Pubblikazzjoni, u fejn applikabbli, l-avviżi ta’ Deċizjoni tal-Appell li jakkumpanjawhom, jibqgħu jitpoġġew fuq il-websajt tal-FIAU għal ħames (5) snin mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ Pubblikazzjoni inizjali. Malli jiskadi l-perjodu ta’ pubblikazzjoni ta’ ħames (5) snin, l-avviż ta’ Pubblikazzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe Avviż ta’ Deċiżjoni ta’ Appell li jakkumpanjaha jitneħħew mill-websajt tal-FIAU.
Numru ta’ sentenzi mogħtija mill-Prim’ Awla, Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) iddeċidew li s-setgħa ta’ infurzar tal-FIAU tmur kontra l-Liġi Kostituzzjonali ta’ Malta. L-avviż ta’ pubblikazzjoni għal dawn il-każijiet kollha tneħħa. Minkejja dan, dawn id-deċizjonijiet kostituzzjonali ġew kollha appellati mill-FIAU u l-Avukat tal-Istat quddiem il-Qorti Kostituzzjonali; u f’każ li dawn jiġu mħassra mill-Qorti Kostituzzjonali, tali avviżi ta’ pubblikazzjoni għandhom jerġgħu jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-FIAU, kif kien il-każ wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-18 ta’ Novembru 2024.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26776 u jgħid liema huma l-proġetti li tlestew kompletament permezz ta’ Fondi Ewropej matul is-sena 2024 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm intużaw Fondi Ewropej u Fondi Maltin għal kull proġett?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala kjarifika, l-mistoqsija kif ġiet sottomessa ma tirriflettix b'mod preċiż kif jaħdmu l-fondi tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, sabiex tingħata risposta bl-iktar mod komprensiv possibbli, qed tiġi ppreżentata lista ta’proġetti li tlestew kompletament (min-naħa amministrattiva u finanzjarja) fis-snin 2024 u 2025.Din qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.