Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta - Ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31469, jista’ l-Ministru jgħid f’liema gradi u kemm hi l-paga ta’ kull ħaddiem (mingħajr ma jissemmew ismijiet) li attwalment hemm mal-Airmalta u ċjoè d-19-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija bi spiża mensili ta’ €82,448.59? Jista’ jgħid ukoll kif din l-ispiża titqassam grad, grad?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata minħabba li faċilment wieħed jidentifika s-salarju mal-persuni li baqgħu hekk kif in-numru huwa żgħir. Tali nformazzjoni għalhekk tista’ tikkostitwixxi ksur tal-privatezza tad-data tal-individwu.

Anti-doping - Testijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-anti-doping fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-testijiet tad-doping li saru matul din is-sena, irriżultaw pożittivi u x’passi ttieħdu wara kull każ ta’ riżultat pożittiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul din is-sena s’issa saru 333 test, li 8 minnhom kienu pożittivi.  Infurmat ukoll li tittieħed l-azzjoni dixxiplinarja skont il-kodiċi tal-WADA.

CDAU - Pjanijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21729 li twieġbet aktar minn sena ilu u ċjoè fl-14 ta’ Ottubru 2024, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern illum dwar iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) kemm mill-aspett ta’ servizzi u ħaddiema, kif ukoll mill-aspett ta’ bini minn fejn jopera dan il-unit?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet għat-trasferiment għall-binja ġdida waslu lejn l-aħħar.  Kif diġa weġibt mistoqsijiet parlamentari oħra, meta kollox ikun finalizzat u jkun il-ħin opportun, dawn jitħabbru.

Marsa Sports Village Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data twaqqfet il-"Marsa Sports Village Foundation", min huma l-membri tal-bord u x’funzjoni għandu? Meta u kemm-il darba iltaqa’ dan il-bord mit-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-baġit iddedikat għal din il-fondazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28969 u 31084 u jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa esterna, kemm applikaw u x’kien ir-riżultat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-AIMS irċiviet applikazzjoni waħda għas-sejħa msemmija.

Air Malta - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510, 28779, 28972, 29121 u 31083 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b’xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment hemm 19-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija bi spiża mensili ta’ €82,448.59.

AIMS - Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28969 u jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510, 28779, 28972 u 29121 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Kunsilliera responsabbli għall-isport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-kunsilliera f’kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex li għandhom ir-responsabbiltà tal-isport?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.

AIMS — Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28969 u jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix iżjed xi nżid ma dak li diġa weġibt għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti.

Ta’ Qali — Ċaqliq ta’ kumpless - Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28251, 28411, 28737 u 28970 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28048, dwar ċaqliq ta’ kumpless f’Ta’ Qali, fejn ġie mwieġeb li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba kif mgħoddija lili. Intant ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Gvern qiegħed jonora l-obbligu tal-Gvern Nazzjonalista li rabat lilu nniffsu li jirreloka t-trakka f’sit alternattiv f’Ta’ Qali stess u li għalih saħansitra kien għamel partial local plan review u ttermina l-qbiela li kien hemm fuq dawn l-artijiet. Dan l-obbligu joħroġ mill-kuntratt imsemmi li l-Gvern Nazzjonalista kien iffirma mal-kumpanija rispettiva u f’kuntratt ieħor relatat li ffirma mal-Assoċċjazzjoni rispettiva.

Il-Gudja — AIMS - Kuntratt tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28509, 28778 u 28971 u jgħid jekk il-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) fil-Gudja wasalx fi tmiemu u għaliex ma kienx hemm tiġdid tal-kuntratt? Jista’ jgħid ukoll jekk inħariġx tender ġdid għall-kiri ta’ uffiċini, meta għalaq dan it-tender, kemm kien hemm offerti, u meta hu ppjanat li jiġi aġġudikat il-kuntratt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) ser jiġi estiż għal-ftit xhur oħra sabiex l-Awtorità tibda it-tranżizzjoni għall-uffiċini l-ġodda li ġew magħżula wara sejħa pubblika.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510, 28779 u 28972 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

AIMS – Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Qali — Ċaqliq ta’ kumpless - Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28251, 28411 u 28737 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28048, dwar ċaqliq ta’ kumpless f’Ta’ Qali, fejn ġie mwieġeb li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Gudja — AIMS - Kuntratt tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28509 u 28778 u jgħid jekk il-kuntratt tal-kiri tal-uffiċini tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) fil-Gudja wasalx fi tmiemu u għaliex ma kienx hemm tiġdid tal-kuntratt? Jista’ jgħid ukoll jekk inħariġx tender ġdid għall-kiri ta’ uffiċini, meta għalaq dan it-tender, kemm kien hemm offerti, u meta hu ppjanat li jiġi aġġudikat il-kuntratt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510 u 28779 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Airmalta u kemm tħallsu pagi, xahar b'xahar, mill-ġurnata li fiha għalqet l-Airmalta sal-aħħar ta’ Frar 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

AIMS — Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28408, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS)? Jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar is-sess u l-età tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej.

MFA — Devoluzzjoni ta’ art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28298 u 28407 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27409, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra t-talba li saret mill-Malta Football Association (MFA) għal devoluzzjoni ta' art u t-tweġiba ta’ SportMalta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie mtenni fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27409 l-proċess għadu għaddej, u għalhekk informazzjoni addizzjonali ma tistax tiġi ppublikata.

Ta’ Qali — Ċaqliq ta’ kumpless - Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28251 u 28411 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28048, dwar ċaqliq ta’ kumpless f’Ta’ Qali, fejn ġie mwieġeb li fis-sit inkwistjoni hemm ftehim bejn il-Gvern u l-assoċjazzjoni li sar fl-2012, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim imsemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.