Jista’ l-Ministru jgħid għaliex bejn it-22 u l-24 ta’ Frar 2019, tħalla ħiereġ kwantità kbira ta’ ilma mit-tielet sular tal-bini Allied House li huwa wieħed mill-binjiet tal-Ministeru tiegħu? Veru li nġab plumber sabiex jitranġaw xi pajpijiet tal-ilma fl-istess sular però ma kienx informat li xi pajpijiet kienu diġà nqassmu f’żona oħra tal-bini, u dan meta l-Ministeru għandu żewġ handymen li setgħu faċilment għamlu dan ix-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-inċident sar waqt li kien qiegħed isir xogħol fil-binja ta’ Allied House mill-ħaddiema tas-sezzjoni ta-tiswijiet tal-Ministeru, dawn ħadu azzjoni immedjata sabiex jingħalaq il-ħruġ tal-ilma mit-tank għal weekend. Il-Ministeru ma qabbad l-ebda plumber. Għal kuntrarju dan sar minn Easy School li qabbad is-servizz tal-ilma ma’ tank ieħor fl-istess binja li kien diġà jissuplixxi lil Easy School. Ta’ min isemmi li fil-passat Easy School kienet tokkupa ukoll it-Tielet Sular ta’ Allied House.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – reception counter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa reception counter intenzjonat għar-reception area tal-bieb prinċipali tal-Ministeru tiegħu fejn minkejja li sar skont l-ispeċifikazzjonjiet li ngħata lill-handyman tal-Ministeru mill-uffiċjali tal-istess Ministeru, meta tpoġġa fil-post fil-ġudizzju tas-Segretarju Permanenti, skont hi, dan ir-reception counter kien kbir wisq għall-post? Dan in-nuqqas ta’ komunikazzjoni, kemm ġie jiswa lill-poplu? Ladarba dan ir-reception counter mhux qed jintuża, jista’ jgħid fejn jinsab fil-preżent?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li dan ir-reception counter jinsab f’binja li hija okkupata mill-ECLASLO. L-ispiża tal-materjal swiet €151.
Salarju ta’ Ambaxxatur mhux residenti għas-Santa Sede
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur mhux residenti għas-Santa Sede li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux salarju ta’ Ambaxxatur residenti full-time? Jista’ jitpoġġa kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
L-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede, b’residenza f’Malta jirċievi ħlas ta ‘honorarium’ ta €5,000 fis-sena biex jaqdi d-dmirijiet fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ kif ukoll kull xogħol ieħor li l-Gvern jista jeħtieġ minnu. Din il-ħatra taqa’ taħt ir-regolamenti ġenerali u ordnijiet oħra tal-Gvern Malti li jkunu qegħdin iseħħu dwar is-Servizz Pubbliku in ġenerali safejn dawn ikunu applikabbli għalih, kif ukoll speċifikament taħt il-provvedimenti ta’ ftehim bil-miktub bejnu u l-Ministeru liema provvedimenti jinkludu l-modalitajiet ta’ kif u meta din il-ħatra tista tintemm.
Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sejħa għal Direttur għall-Maltin li Jgħixu Barra u Affarijiet Konsulari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex meta ħarġet is-sejħa għall-ħatra ta’ Direttur għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, din ħarġet bħala ‘Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra u Affarijiet Konsulari? Dan ifisser bidla fil-politika tal-Gvern fejn l-Affarijiet ta’ ħutna Maltin li Jgħixu Barra minn Malta ma għadux prijorità għal dan il-Gvern?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bis-saħħa ta’ din id-deċizjoni amministrattiva l-politika tal-Gvern favur il-Maltin li jgħixu barra giet imsaħħa minħabba li issa se jkun hemm aktar impjegati jaħdmu fuq dan il-qasam tant importanti għall-Ministeru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Legal Unit – avukati — warrant
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm avukati fil-Legal Unit tal-istess Ministeru li għandhom warrant ta’ avukat sabiex jipprattikaw din il-professjoni? Kemm-il darba dawn l-lawrjati rrappreżentaw lill-Ministeru tiegħu mingħajr warrant, quddiem maġistrat u/jew imħallef?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li f’din it-Taqsima hemm uffiċċjal li għandu l-warrant. L-ebda uffiċċjal minn din it-Taqsima qatt ma kien avukat in kawża f’isem il-Ministeru quddiem xi Maġistrat jew Imħallef. Il-każijiet li għandu l-Ministeru jidhru għalihom avukati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-Istituzzjoni tal-Parliamentary Assembly of the Mediterrean (PAM)? Jista’ jgħid jekk il-ħaddiema tal-PAM għadhomx joperaw minn Malta? Jew telqu minn Malta kif jindika fuq il-websajt tagħhom u jinsabu r-Rumanija u/jew l-Italja, https://www.pam.int/default.asp?m=contact?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, peress li ttieħed l-impenn li jsiru xogħlijiet ta’ restawr fuq il-binja ta’ Palazzo Spinola, li jospita s-Segretarjat tal-Parliamentary Assembly of the Mediterranean (PAM), il-Gvern Malti, f'konformità mal-obbligi tiegħu bħala stat ospitanti, kera temporanjament uffiċji xierqa f’Aragon House Business Center f’San Ġiljan, sabiex iservu bħala l-uffiċċju tal-PAM f’Malta. Dan il-pass ittieħed wara konsultazzjonijiet mas-Segretarjat tal-PAM stess fejn intalab spazju għall-sebgħa uffiċjali fl-uffiċċju li ġie mikri f’Aragon House.
Birkirkara — Triq Dun Karm Psaila - tnixxija tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-azzjoni meħtieġa biex tieqaf it-tnixxija ta’ ilma fi Triq Dun Karm Psaila Birkirkara viċin it-traffic lights f'salib it-toroq ma' Triq Wignacourt u Triq Wajter, qrib il-ħwienet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista' jikkonferma jekk din it-tnixxija ta’ ilma fit-triq hiex kkontaminata bid-drenaġġ u allura tista' tkun ta' periklu għas-saħħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-tnixxija ta’ ilma fi Triq Dun Karm Psaila, Birkirkara viċin it-traffic lights f’salib it-toroq ma’ Triq Wignacourt u Triq Wajter, qrib il-ħwienet ġejja minn drains privati tad-drenaġġ fi Triq Sant’ Antnin.
Jista’ l-Ministru jara li l-plot fi Triq Spiru Mizzi kantuniera ma’ Triq Notabile f'Birkirkara jitnaddaf peress li dan il-plot qed iservi biex jintefa’ kull tip ta' skart, inkluż siringi, kif ukoll ġrieden li qed ikunu ta' detriment kontinwu għas-saħħa tar-residenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-art in kwistjoni ma’ taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara li s-subway lu hemm f’Triq Dun Karm f'Birkirkara viċin l-Oratorju terġa' titbajjad?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interventi meħtieġa fis-subway indikata se jsiru fil-jiem li ġejjin. Dan bħala parti mix-xogħlijiet li Infrastructure Malta tagħmel kontinwament f’dik li hija manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq li jinkludu wkoll tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Birkirkara – Triq il-Madonna ta’ Pompej – xogħol fuq bankina
Question
Jista’ l-Ministru jara li titkompla l-bankina fi Triq il-Madonna ta' Pompej, Birkirkara, peress li din tlestiet fejn ma hemmx residenti, u tħalliet fi stat ħażin fejn hemm ir-residenti u ċjoè bejn Triq San Pawl u d-Dar Tal-Kleru Cristus Sacerdos?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat ix-xogħol indikat ma sarx minn Infrastructure Malta. Madankollu, din l-aġenzija qed tippjana li x-xogħol meħtieġ sabiex din it-triq ikollha infrastruttura aħjar isir bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern li beda din is-sena, sabiex nagħmlu qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Wied il-Għajn – prijoritajiet biex tiġi stimulata l-ekonomija
Question
Jista’ l-Ministru jindika xi prijoritajiet wettaq u qed iwettaq il-Ministeru tiegħu f’Wied il-Għajn sabiex tiġi stimulata l-ekonomija f’din il-lokalità peress li din hija żona turistika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi wettqet diversi xogħlijiet f’Wied il-Għajn fosthom:
· titjib fil-bankijiet li hemm fuq il-
promenade
li twassal għal Bajja ta’ San Tumas;
· manutenzjoni taż-żona tal-Fajtata f’termini ta’ tikħil, żebgħa, żbir ta’ siġar u ħaxix, irranġar ta’ puġġamani;
· installazzjoni ta’ bankijiet ġodda fiż-żona tal-iskola.
Min-naħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed isostnu lill-kunsill lokali f’numru ta’ inizjattivi żgħar, u qed jaraw kif flimkien mal-FTZD tiġi mtejba l-bajja tal-Fajtata.
Inizjattivi ġodda ser jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn jistax jistabbilixxi sistema ta’ Neighbourhood Watch bejn ir-residenti ta’ din il-lokalità u l-Korp tal-Pulizija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta` Marsaskala li dan is-suġġett mhux qiegħed fuq l-aġenda sa l-aħħar ta’ din il-Leġislatura.
Wied il-Għajn – proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm fejn ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn lista tal-proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea hekk kif ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta`Marsaskala f’dawn l-aħħar ħames snin skont kif gejt informat:
· Measure 413.A5 -
Embellishment
ta’
Bidni Area
· Measure 125 -
Resurfacing
ta’ triq fil-limiti tal-Mozz
· Measure 19.1 -
Embellishment
tal-Ġnien St. Anna f’Marsaskala
· Europe for citizens -
Even us little one count
· Europe for citizens -
Integrate together for a better European future
· Measure 19.2 of the Xlokk Local Development Strategy (2014-2020) Development of Green Infrastructure.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-plot fi Triq Spiru Mizzi kantuniera ma’ Triq Notabile f'Birkirkara jitnaddaf, peress li dan il-plot qed iservi biex jintefa’ kull tip ta' skart, inkluż siringi, kif ukoll ġrieden li qed ikunu ta' detriment kontinwu għas-saħħa tar-residenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċevix ilmenti f’dan ir-rigward iżda saret spezzjoni mill-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali fil-25 t’April, 2019 fil-plot imsemmija, fejn ġie kkonfermat akkumulu ta’ skart.
Peress li s-sid/sidien tal-imsemmija plot għadhom mhux magħrufa, bħala prekawzjoni sar trattament għal kontra l-ġrieden minn ħaddiema tal-Pest Control Unit. Dan id-Direttorat ser ikompli bl-investigazzjonijiet neċessarji sakemm jinstab/u s-sid/sidien tal-plot u jiġi ordnat li jneħħi l-akkumulu ta’ skart fi żmien stipulat.
Jista’ l-Ministru jara li l-parking bay quddiem il-maħżen li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, terġa’ tinżebagħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont data li għandha Transport Malta ma hemmx approvazzjoni għall-parkeġġ riżervat fil-post imsemmi.
Uffiċjali minn Transport Malta qegħdin f’kuntatt mal-Kunsill Lokali sabiex jaraw xi bżonnijiet hemm f’din it-triq.
Jista’ l-Ministru jara li s-slabs tad-drenaġġ quddiem id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jissewwew għax qed ikunu ta' periklu kemm għar-residenti kif ukoll problema għal persuna b'diżabilità fl-istess inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-kaptelli huma fuq sufun privat li ma jaqax taħt ir-responsabilità tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Birkirkara – Triq il-Knisja l-Qadima – dog bins, litter bins u tindif ta’ bankina
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiżdiedu d-dog bins u litter bins fit-traffic island tal-parking space ta' Triq il-Knisja l-Qadima faċċata ta’ Triq Karm Zerafa, Birkirkara kif ukoll it-tindif ta' ħaxix ħażin li kiber mal-bankini fl-istess triq?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tinqala' Triq in-Naxxar Birkirkara, u ssir mill-ġdid partikolarment in-naħa tal-ħwienet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq indikata jinsab fil-pjanijiet futuri ta’ Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent li dan il-Gvern qed jagħmel sabiex itejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq f’pajjiżna.
Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, Infrastructure Malta qed tkompli tagħmel tiswijiet u manutenzjoni b’mod regolari f’din it-triq, bħala parti minn programm ta’ manutenzjoni u tiswijiet kontinwi tat-toroq, biex jittaffew id-diffikultajiet għal dawk li ju¿awhom u sabiex jiġu evitati ħsarat akbar. Fil-fatt, fit-triq indikata hemm diversi xogħlijiet diġa ppjanati u skedati li jsiru mill-aktar fis.
Infrastructure Malta qed tkompli taħdem biex fiż-żmien li ġej isir aktar investiment infrastrutturali f’din it-triq u f’ħafna oħrajn f’pajjiżna, biex eventwalment jissolvew b’mod sħiħ id-diffikultajiet ikkawżati mit-telqa u nuqqasijiet oħrajn tal-passat. L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Sadanittant, persuni li jkollhom diffikultajiet b’xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.