Birkirkara – Dwal Triq Notabile, arkati tal-Akwedott u l-Ġnejna
Question
Jista’ l-Ministru jara li Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq l-Indjana, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara li ilha fi dlam ċappa għal ħafna ġranet, flimkien mal-arkati tal-Akwedott, u l-Ġnejna, jiġu mixgħula mill-ġdid mill-aktar fis?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-ilment imressaq mill-Onor. Interpellant ġie mgħoddi lill-entità konċernata.
Birkirkara – Triq il-Knisja l-Qadima – żieda ta’ dog bins u litter bins
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiżdiedu d-dog bins u l- litter bins fit-traffic island tal-parking space ta' Triq il-Knisja l-Qadima faċċata ta’ Triq Karm Zerafa, Birkirkara kif ukoll it-tindif ta' ħaxix ħażin li kiber mal-bankini fl-istess triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li t-talba għall-bins qiegħda tiġi evalwata mal-kuntratturi responsabbli. Ninsab infurmat wkoll li l-qtugħ ta’ ħaxix ħażin fiż-żona diġà sar. Peress li mhux qed jintuża bexx, il-ħaxix jibqa’ jikber u qed tkun problema biex wieħed imantih fuq bażi regolari.
Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huma d-dati ta’ meta se ssir il-Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-l-Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra li jmiss se ssir nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa 10 u 11 ta’ Ottubru 2019.
Kunsillier Ekkleżjastiku Ordinarju għas-Santa Sede
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux Kunsillier Ekkleżjastiku Ordinarju għas-Santa Sede u jekk le meta ġiet mitmuma l-kariga tiegħu u għaliex?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, intemm l-inkarigu tiegħu bħala Kunsillier Ekkleżjastiku għas-Santa Sede fil-5 t’April 2019. Hija ħaġa normali li wara li persuna tkun għamlet numru ta’ snin din tista’ tiġi mibdula.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-eks impjegati tal-Airmalta ta’ bejn l-2004 u l-2010 ingħatawx 2/3 (jiġifieri €3,000) tal-kumpens li kienu ngħataw l-impjegati attwali ta’ €4,500 għas-sagrifiċċju li kienu għamlu waqt iż-żmien ta’ ristrutturar tal-kumpanija? Jista’ jispjega kif kien hemm eks impjegati li ħadu dan l-kumpens u oħrajn le? Jista’ jikkonferma li dan il-kumpens se jingħata, u jekk iva, meta ser jitħallas lill-eks impjegati kollha ta’ bejn l-2004 u l-2010 u li għadhom ma ħaduhomx? Jista’ jgħid kemm jiswa fit-totalità tiegħu dan il-kumpens u kemm hemm ħaddiema intitolati għal dan l-kumpens?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Lista aġġornata ta’ Sindki, Viċi Sindki u kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista l-ġdida tas-Sindki, Viċi Sindki u kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjoni ta’ Mejju 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista l-ġdida tal-kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjonijiet ta’ Mejju 2019. Dawn il-kunsillieri jidħlu fil-kariga mill-1 ta’ Lulju 2019.
Ser issir l-aċċettazzjoni tal-karigi tas-Sindki u l-Viċi Sindki fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju skont l-Artiklu 25 (4) tal-Att dwar Gvern Lokali. Għaldaqstant tali informazzjoni tingħata aktar l’quddiem.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – amministrazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min fil-Ministeru tiegħu qed jamministra l-Fondi tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ li jammontaw għal madwar €700,000?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministratur tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ huwa s-CIO filwaqt li uffiċjal fi Skala 3 tissorvelja l-External Border Fund.
Sejħa għall-Post ta’ Direttur għall-Maltin li jgħixu Barra minn Malta u Affarijiet Konsulari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni fl-ewwel sejħa għall-post ta’ Direttur għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta u Affarijiet Konsulari li saret xi ġimgħat ilu? Jista’ jgħid intgħażilx xi uffiċjal minn dawk li applikaw?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li dawn it-tip ta’ sejħiet ma jinħarġux mill-Ministeru imma b’mod ċentrali.
Ftehim bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk jeżistix xi ftehim bejn dan l-individwu u l-Ministeru tiegħu? Jista’ jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid min ħareġ il-kważi €50,000, jekk hux il-Ministeru tiegħu jew minn xi Ministeru ieħor?
Response (ABELA, CARMELO)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal Ftehim tat-3 ta’ Ġunju 2019 bejn il-Ministeru, il-Parroċċa li fil-pussess tagħha għanda is-sett ta’ pitturi tal-artist rinomat Malti li fuqhom ser isir ir-restawr, u restawratur famuż li żgur ma’ għandux bżonn introduzzjoni u fil-fatt,ilu jaħdem Malta fil-qasam tar-restawr għal dawn l-aħħar tliet deċenji. Il-fond użatt huwa dak tad-Diplomazija Kulturali li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ.
Nittama li l-Oppożizzjoni mhux kontra li bħala gvern nieħdu ħsieb il-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tqabbdux ħassiela barranin, ċittadini tas-Serbja u tal-Filippini fost oħrajn, fil-Ministeru tiegħu, sabiex jaħslu l-uffiċċji tad-Diplomatiċi fejn fuq l-iskrivaniji u units, ikun hemm files kunfidenzjali, dokument tal-COREU tal-Unjoni Ewropea u korrespondenza sensittiva aċċessibbli għal dawn iċ-ċittadini barranin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif fil-Ministeru jsir mill-kuntrattur. Skont ir-regoli tal-procurement ma’ tistax tagħmel restrizzjoni ta’ nazzjonalità. It-tindif fl-uffiċini jsir taħt is-sorveljanza tal-uffiċjal tas-sigurtà.
Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċizjoni li tiġi impjegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ċittadina tal-Moldova bħala ‘Political Officer’ fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra, meta s’issa xogħol sensittiv ta’ dan il-kalibru kien isir minn diplomatiċi professjonali Maltin? X’tip ta’ screening sar, jekk sar, ta’ din il-Locally Engaged Staff barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ġiet ingaġġata wara li saret il-proċedura tal-għażla minn Bord ta’ diplomatiċi fir-Rappreżentanza ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra. Fuq rakkomandazzjoni tal-Bord, il-Ministeru approva l-ingaġġ. Ninsab infurmat li l-persuna konċernata qed tagħmel xogħol amministrattiv.
Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta? Jista’ jpoġġi l-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar laqgħa annwali tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta saret bejn l-20 u l-21 ta’ Novembru 2018. Peress li l-minuti tal-laqgħa annwali tal-2018 għad iridu jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill, f’dan l-istadju ma jistgħux ikunu mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra. Madankollu, l-Onor. Interpellant jista’ jitlob kopja tal-istess minuti meta dawn jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill fil-laqgħa li jmiss ta’ Ottubru li ġej. Sadanittant l-ispiża totali tal-Laqgħa tal-Kunsill tas-sena l-oħra kienet tammonta għal €29,266.27
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini Maltin u persuni ta’ dixxendenza Maltija, li jgħixu madwar id-dinja, pajjiż b’pajjiż?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma jistax iżomm listi ta’ ċittadini Maltin u persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu barra minn Malta minħabba li r-regolamenti dwar il-protezzjoni tad-data ma jippermettux li tinżamm informazzjoni personali jekk mhux bil-kunsens sħiħ tal-persuni ’kkonċernati. Tajjeb li wieħed iżid li Malta m’għandiex reġistru obbligatorju għal dan il-għan.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex meta l-Maltin fl-Iskozja pprovaw jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta’ Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’Stirlingshire, , dan ma irrispondix u ċ-ċittadin spiċċa ma nqedix?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru permezz tad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari ma jirriżultalux li rċieva lmenti dwar nuqqas ta’ kuntatt mal-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Stirlingshire. Minkejja dan, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jgħaddi aktar informazzjoni dwar il-każ, il-Ministeru jkun jista’ jinvestiga l-ilment f’aktar dettall.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Senior Programme Officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u issa kandidat mal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew hux qed jinżamm jaħdem, meta dan għandu impjieg ieħor full-time bħala lecturer mal-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew diġà għaddiet mid-data ta’ meta saret l-interpellanza, allura m’hemm l-ebda kanditati għall-istess elezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid, skont il-business card uffiċjali tas-Senior Programme Officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ jagħti l-perjodu meta kien Negozjatur Malti waqt il-Presidenza Maltija? Meta ħa t-taħriġ biex sar ‘Oxford Trained Diplomat’? Meta kien ‘Ekonomista mal-Kummissjoni Ewropea’? Kemm kien jitħallas bħala ‘Advisor fil-Parlament Ewropew’?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li mhux minnu li l-persuna msemmija b’mod separat għandha jew kellha business card uffiċjali ta’ Senior Programme Officer. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegat imsemmi kien Negozjatur Malti matul il-perjodu tal-Presidenza Maltija kollha u ħadem fuq il-preparamenti tal-Presidenza Maltija fir-Rappre¿entanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea mill-2015. Huwa ħa t-taħriġ fl-Università ta’ Oxford bħala student full-time bejn 1989 u 1991. Huwa kien impjegat mal-Kummissjoni Ewropea bħala Ekonomista bejn l-1999 u l-2002 u wara kien appuntat bħala editur tal-Eurobarometer tal-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta’ ħames snin. Peress li l-kuntratt ta’ Advisor fil-Parlament Ewropew kien wieħed privat, il-Ministeru ma jkunx involut u għalhekk m’għandux tagħrif dwar id-dettalji mitluba.