Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara – Triq l-Imdina – crash barriers fuq il-bankina

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10832 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mistoqsija parlamentari 10828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li ssir crash barrier tul il-bankina ta’ Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara (quddiem Farsons), peress li vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq Notabile jistgħu jitilfu l-kontroll u ssir traġedja minn dawk il-persuni li jinzertaw fi Ġnien il-Ħaddiem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi l-Kunsill talab l-għajnuna tal-Awtoritajiet Ċentrali sabiex jassistu lill-Kunsill fuq ix-xogħolijiet imsemmija. Minn tagħrif li għandu l-Kunsill min-naħa tat-Transport Malta, jidher li jekk issir ‘crash barrier’ din taf toħloq iżjed perikli minħabba li l-bankina mhiex wiesa’ biżżejjed. Fil-fatt Transport Malta qed jissuġġerixxu li jsiru ‘crash barriers’ minflok il-fence tal-injam u l-fence tal-injam jidħol aktar il-ġewwa.

Birkirkara – Triq l-Imdina – tneħħija ta’ konka mal-istage tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10829 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li ħdejn Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) il-konka mal-istage tal-linja u li kienet tospita Palma (illum maqlugħa), tiġi mneħħija peress li n-nies li jkunu mixjin iridu jinżlu l-bankina b’periklu kbir għalihom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi l-Kunsill talab l-għajnuna tal-Awtoritajiet Ċentrali sabiex jassistu lill-Kunsill fix-xogħolijiet fuq din it-triq.

Birkirkara – Triq l-Imdina – bankina matul il-Ġnien il-Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li hemm tul Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons), li ġie ffinanzjat mis-Central Business District flimkien mal-kumpanija Farsons, tissewwa biex ma tibqax ta' periklu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni tal-bankina li hemm mal-ġenb ta’ Triq l-Imdina, Birkirkara ma taqax taħt r-responsabilità ta dan il-Ministeru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din l-Mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq l-Imdina – crash barriers fuq il-bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir crash barrier tul il-bankina ta’ Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara (quddiem Farsons), peress li vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq Notabile jistgħu jitilfu l-kontroll u ssir traġedja minn dawk il-persuni li jinzertaw fi Ġnien il-Ħaddiem?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li crash barriers fit-toroq isiru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq l-Imdina – tneħħija ta’ konka mal-istage tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jara li ħdejn Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) il-konka mal-istage tal-linja u li kienet tospita Palma (illum maqlugħa), tiġi mneħħija peress li n-nies li jkunu mixjin iridu jinżlu l-bankina b’periklu kbir għalihom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li x-xogħlijiet fuq l-bankina fi Triq l-Imdina, Birkirkara ma jaqgħux taħt ir-responsabilità ta’ dan il-Ministeru. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq l-Imdina – slabs ħdejn Ġnien il-Ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-slabs, li huma parti mill-akwedott li huwa skedat fi Triq il-Kan. Indri Galea, u li ġew maqlugħa meta kien qiegħed isir ix-xogħol fuq Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina (quddiem Farsons) Birkirkara u tpoġġew ħdejh, jerġgħu jitpoġġew f'posthom b'mod permanenti? Jista’ l-Ministru jara wkoll li x-xatba fin-naħa ta' isfel ta’ Ġnien il-Ħaddiem in-naħa tal-istage ta' Triq il-Knisja l-Qadima, terġa’ tinfetaħ, peress li ngħalqet permanentement u b'hekk in-nies iridu jerġgħu jduru lura biex joħorġu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma kienx involut fix-xogħlijiet li saru ġewwa Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara. Ix-xogħlijiet saru min naħa tal-Kunsill Lokali u l-istess Kunsill qed jamministra dan il-ġnien. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din l-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Birkirkara – Triq l-Imdina – bankina matul Ġnien il-Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li hemm tul Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) li ġie ffinanzjat mis-Central Business District flimkien mal-kumpanija Farsons, tissewwa biex ma tibqax ta' periklu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq l-Imdina – crash barriers fuq il-bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir crash barrier tul il-bankina ta’ Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara (quddiem Farsons), peress li vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq Notabile jistgħu jitilfu l-kontroll u ssir traġedja minn dawk il-persuni li jinzertaw fi Ġnien il-Ħaddiem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #10800 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maltin fl-Iskozja — Xiri ta' Passaport Malti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm minn madwar 9,000 Maltin fl-Iskozja, xtraw il-passaport Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċittadini Maltin m’għandhom l-ebda ħtieġa li jottjenu ċittadinanza Maltija.

Lokalitajiet għal Caravans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10595 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess li dawk li għandhom caravans jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Bdil ta’ Mains tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10599 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiddlu mains tal-ilma fl-2018 u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena 2019? Kemm kienet l-ispiża u f’liema lokalitajiet inbiddlu?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 10599.
Leg 13 PQ #10809 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Stqarrija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10601, jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda u jaġġorna l-Kamra bil-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni li saret?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Kif ingħad fit-tweġiba li rrefera għaliha l-Onor. interpellant u li ngħatat fl-aħħar seduta numru 245, meta l-proċess tal-evalwazzjoni interna jkun konkluż inkun nista' naġġorna l-Kamra.

Ħaż-Żebbuġ – Triq Patri Pelajgu – xogħlijiet ta’ tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru xogħlijiet ta’ tarmak fi Triq Patri Pelajgu Mifsud f’Ħaż-Żebbuġ Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ hemm Triq ix-Xgħir, Triq Luigi Fontana u Triq Andrea Bogdan li qegħdin isiru bħalissa, kif ukoll Triq il-Prinċep Bażiliku u Triq Pawlu Debono li wkoll se jinbnew mill-ġdid din is-sena. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Ħaż-Żebbuġ - Triq Ħal Sajd, Triq il-Madonna u Triq il-Ħali. L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba’ snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn f’din il-lokalità wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej. Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti. L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat pre¿enti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta’ kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta’ toroq li jinsabu f’żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Leg 13 PQ #10601 Sitting 245 2019-07-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Stqarrija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Question

B’referenza għall-PR191335 ‘Stqarrija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol’ fejn intqal li ‘fid-dawl ta’ artiklu fuq gazzetta lokali fejn ġew irrappurtati metodi simili ta’ prekarjat fl-iskejjel’ jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ evalwazzjoni se jkun qed jitlob? Min se jagħmel din l-evalwazzjoni? Il-Ministru lest li jippubblika l-konklużjonijiet ta’ din l-evalwazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din hija evalwazzjoni interna u għadha mhix kompleta. Meta dan il-proċess jintemm inkun nista' naġġorna l-Kamra.
Leg 13 PQ #10602 Sitting 245 2019-07-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ftehim mal-Ministeru għall-Kultura u l-Isport ta’ Iżrael – qasam sportiv

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-ftehim li ġie ffirmat mal-Ministeru għall-Kultura u l-Isport tal-Iżrael għal koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam sportiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-Joint Declaration qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħ’Attard — Proposed junction upgrading and road widening to existing roads and construction of new schemed road

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ġodda ‘of the proposed junction upgrading and road widening to existing roads and construction of new schemed road’ għal PA/09890/17?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dokumenti mitluba qed jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #10594 Sitting 244 2019-07-02 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Qasam Sportiv – boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskema ta’ boroż ta’ studju fil-qasam sportiv?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-iskema ta' boroż ta' studju mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lokalitajiet għal Caravans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess li dawk li għandhom caravans jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #10596 Sitting 244 2019-07-02 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati taċ-Ċivil li telqu mill-kariga

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 6 ’il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar, minn Marzu 2013 ’il hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati li telqu mis-servizz pubbliku wara li rriżenjaw mill-pożizzjoni tagħhom fi grad 6 ’il fuq minn Marzu 2013 ’il hawn huwa ta’ 14. Dawn huma maqsuma hekk : 12-il persuna minn skala 1 sa skala 4 (in-numru jkopri l-Gvern kollu għaliex uffiċjali f’dawn l-iskali jinħatru mill-OPM) 2 persuni minn skala 5 sa skala 6 (in-numru jkopri l-OPM biss)