Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imrieħel – Triq il-Knisja l-Qadima — bozza

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11541, jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-entità konċernata u x’passi ttieħdu sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda mill-entità konċernata dwar dan il-każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hijiex responsabilita’ tal-Enemalta li tneħħi affarijiet ta’ terzi li jistgħu jwasslu biex jitgħatta d-dawl tat-triq.

Birkirkara – bdil ta’ bozza

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11542, jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-entità konċernata u x’passi ttieħdu sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda mill-entità konċernata dwar dan il-każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Enemalta plc irranġat din il-ħsara u l-provvista tal-elettriku fil-bozza msemmija ġiet lura għan-normal.

Ta’ Qali – manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux hu responsabbli mit-tarmak u manutenzjoni tat-toroq f’Ta’ Qali u jekk iva, jista’ jgħid xi pjan għandu biex itejjeb dawn it-toroq li huma fi stat ħażin u li ċerti postijiet iżommu ħafna ilma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tarmak u l-manutenzjoni tat-toroq f’ Ta’ Qali ma jaqgħux taħt dan il-Ministeru u għandu jirreferi l-Mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.

Malta National Park 2022 — pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-Malta National Park 2022 li l-Gvern biħsiebu jagħmel f’Ta Qali? Jista’ jagħti break down tal-ispejjeż li sal-lum huma maħsuba li jsiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tal-Malta National Park 2022 kif mitlub. Il-Malta National Park huwa mistenni jitlesta fl-2022 u huwa wieħed mill-akbar proġetti kapitali li se jkun qatt ra pajjiżna, fejn b’investiment ta’ madwar €20 miljun se nkunu qegħdin nirduppjaw l-ispazju miftuħ li għandna f’Ta’ Qali biex il-park se jkun jikkonsisti f’madwar 450,000 metru kwadru, jiġifieri daqs 60 grawnd tal-futbol bħal ma għandna f’Ta’ Qali stess.

Ta’ Qali – manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux hu responsabbli mit-tarmak u manutenzjoni tat-toroq f’Ta’ Qali u jekk iva, jista’ jgħid xi pjan għandu biex itejjeb dawn it-toroq li huma fi stat ħażin u li f’ċerti postijiet iżommu ħafna ilma?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar

Birkirkara – Triq Ħal Qormi – plot

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11405 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrasturttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jittella’ ħajt madwar il-plot mhux żviluppata fi Triq Ħal Qormi, Birkirkara, biswit id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li fost l-oħrajn qed ikun hemm, ammont konsiderevoli ta' siringi, flimkien ma’ skart u ġrieden kbar, biex jinqatgħu dawn l-abbużi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni minn uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali fit-triq indikata fejn tinsab eżattament il-plot imsemmija jiġifieri bejn in-numri 86 u 74. Din il-plot hija mdawwra b’ħajt ta’ bejn ħames u sitt filati u għalkemm din il-plot hija kbira u mimlija siġar u pjanti li kibru b’mod konsiderevoli iżda fiha ma nstab l-ebda akkumulu ta’ skart. Ġew innutati biss xi affarijiet żgħar magħmula mill-plastik u li m’humiex tali li jistgħu jikkawżaw riskju għas-saħħa. Id-Direttorat għas-saħħa Ambjentali fis-snin li għaddew rċieva ħames ilmenti rigward l-istess plot iżda peress li l-ilmenti qatt ma ġew ikkonfermati ma kienet ittieħdet ebda azzjoni fir-rigward. Bħala prekawzjoni fiż-żona indikata fis-16 t’Ottubru, 2019 sar trattament għal kontra l-ġrieden minn ħaddiema fit-Taqsima tal-Pest Control.

L-Imrieħel – Triq il-Knisja l-Qadima — bozza

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bozza li hemm mal-kalkara tal-ġir fl-Imrieħel, fi Triq il-Knisja l-Qadima, Birkirkara li tinstab mgħottija kompletament minn cactus selvaġġ li qed jagħttiha, terġa’ tinkixef peress li hemm dlam saħansitra anke fuq il-bus stop tal-Imrieħel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mgħoddi lill-entità konċernata.

Birkirkara – bdil ta’ bozza

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bozza maqtugħa li hemm fuq arblu żgħir, quddiem il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tinbidel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mgħoddi lill-entità konċernata.

Birkirkara – inħawi tal-Iskola ta’ Santa Monica – Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jordna li jsir Traffic Management fl-inħawi tal-Iskola ta' Santa Monica, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara ċjoè: Triq Brighella, Triq il-Quċċija, Triq il-Qarċilla, Triq l-Ewwel ta' Mejju, u Triq l-Akwedott peress li qed ikun hemm kaos sħiħ partikularment waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti? Jistgħu xi toroq isiru one-way, titwaħħal mera fil-Junction bejn Triq Brighella u Triq il-Quċċija li hija perikoluża, issir senjaletika ġdida, isiru miżuri ta' traffic calming,u jintbagħtu gwardjani lokali fil-ħinijiet l-aktar iffullati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, t-toroq imsemmija, huma kollha viċin ta’skola għalekk jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali. Sal-ġurnata tal-llum Transport Malta ma rċievitx l-ebda proposti mill-Kunsill Lokali rispettiv għal mizuri ta mmanigjar aħjar ta’ traffiku f’dawn l-inħawi. Transport Malta ser tkun qed tgħaddi suġġerimenti rigward din il-mistqosija parlamentari lill-Kunsill lokali konċernat għall-evalwazzjoni.

Malta National Park 2022 — pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-Malta National Park 2022 li l-Gvern beħsiebu jagħmel f’Ta Qali? Jista’ jagħti break down tal-ispejjeż li sal-lum huma maħsuba li jsiru?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett s’issa qed isir mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, bil-Ministeru tiegħi li ser ikun qed jieħu taħtu l-proġett aktar il-quddiem. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jaghmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Qali — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jitnaddaf Ta’ Qali (u jgħid jekk hemmx xi skeda ta’ tindif) u jgħid liema partijiet jitnaddfu min-naħa tal-Gvern?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi hu responsabbli mit-tindif ta’ parti minn Ta’ Qali. Iż-żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħi huma: · Il-Park Nazzjonali kollu, nkluż il- picnic area , l- Adventure Park , l- Petting Farm u d- Dog Park ; · Il-parkeġġi kollha ta’ madwar il-Park Nazzjonali fejn qabel kien hemm ir- runway ; · Vjal l-Istadju Nazzjonali (minn Triq l-Imdina sal-Ambaxxata Amerikana); · It-triq li twassal minn fejn iċ-ċimiterju tal-Ingliżi (ħdejn ir- roundabout ta’ taħt l-Imtarfa), sal- Picnic Area f’Ta’ Qali; · It-triq ta’ quddiem l- Istadju Nazzjonali u mad-dawra tiegħu. · Triq San Ġakbu minn fejn id- Dog Park sa fejn jispiċċa l-kumpless tal-Meridiana. It-tindif f’dawn iż-żoni isir kuljum.

Birkirkara – Triq il-Knisja l-Qadima – tindif ta' plot

Question

Jista' l-Ministru jara li l-plot fi Triq il-Knisja l-Qadima, kantuniera ma' Triq Indri Galea ġewwa Birkirkara (pjanta mmarkata qed tingħata separatament) titnaddaf, u jittella' ċint għoli biex ma tibqax tintuża biex jintrema kull xorta ta' skart?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-plot fi Triq il-Knisja l-Qadima, kantuniera ma’ Triq Indri Galea huwa privat u ma’ jaqax fir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali li jieħu ħsiebha.

Birkirkara – Triq Ħal Qormi – plot

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittella’ ħajt madwar il-plot mhux żviluppata fi Triq Ħal Qormi, Birkirkara, biswit id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li fost l-oħrajn qed ikun hemm, ammont konsiderevoli ta' siringi, flimkien ma’ skart u ġrieden kbar, biex jinqatgħu dawn l-abbużi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan jidher każ ta’ saħħa pubblika u għaldaqstant il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.

Birkirkara – Triq Tumas Fenech – ranġar ta’ bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bankina li għadha kif inbniet fi Triq Tumas Fenech f’Birkirkara, mill-kantuniera ta’ Triq Nazju Falzon ‘l isfel, tiġi rranġata għax ġiet wisq maqluba ‘l barra u r-residenti qed ikollhom diffikultà biex jimxu fuqha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta diġà ħadet il-passi neċessarji biex tissolva din id-diffikultà tant li x-xogħol diġà kien ippjanat li jsir fil-jiem li ġejjin. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Birkirkara – Triq Notabile – tiswija ta’ bozoz tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-bozoz tal-dawl fuq arbli żgħar fi Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq Carmel Brincat, wara l-Akkwedott f'Birkirkara, jisewwew?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mgħoddi lill-entità konċernata.

Birkirkara – servizz ta’ tuk tuk għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jaħdem is-servizz tat-trasport għal anzjani magħruf bħala tuk tuk min Fleur de Lys u l-kumplament ta' Birkirkara għaċ-Ċentru Ċiviku bħalma għandhom il-Mosta, il-Gżira, iż-Żurrieq, il-Baħrija, Burmarrad, Ħal Safi, l-Msida, l-Mtarfa, ir-Rabat u ta' Xbiex?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.

Stallazzjoni ta’ lift fi flat tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir il-lift fil-flat tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-installazzjoni tal-lift li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, qiegħda ssir bħala parti minn proġett ko-finanzjat minn Fondi Ewropej illi ser iwassal biex 900 familja jibbenefikaw mill-installazzjoni ta’ 110 lift. Ix-xogħlijiet ta’ installazzjoni ta’ lift f’din il-blokka għaddejjin fil-preżent.

Birkirkara — Triq l-Imdina - slabs ħdejn Ġnien il-Ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10830 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li s-slabs, li huma parti mill-akwedott li huwa skedat fi Triq il-Kan. Indri Galea, u li ġew maqlugħa meta kien qiegħed isir ix-xogħol fuq Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina (quddiem Farsons) Birkirkara u tpoġġew ħdejh, jerġgħu jitpoġġew f'posthom b'mod permanenti? Jista’ l-Ministru jara wkoll li x-xatba fin-naħa ta' isfel ta’ Ġnien il-Ħaddiem in-naħa tal-istage ta' Triq il-Knisja l-Qadima, terġa’ tinfetaħ, peress li ngħalqet permanentement u b'hekk in-nies iridu jerġgħu jduru lura biex joħorġu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-islabs tal-akkwadott ser ikunu f’posthom b’mod permanenti fil-ġranet li ġejjin. Ix-Xatba inkwistjoni qed tinħadem mill-gdid u għandha tkun lesta ukoll fil-ġranet li ġejjin.

Birkirkara – Triq l-Imdina – bankina matul il-Ġnien il-Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10831 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mistoqsija parlamentari 10827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-bankina li hemm tul Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) li ġie ffinanzjat mis-Central Business District flimkien mal-kumpanija Farsons, tissewwa biex ma tibqax ta' periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi l-Kunsill talab l-għajnuna tal-Awtoritajiet Ċentrali sabiex jassistu lill-Kunsill fuq ix-xogħolijiet imsemmija.