Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa Junction Project — leaflet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kopja saret tal-leaflet Marsa Junction Project li sar minn Infrastructure Malta? Kemm ġie jiswa u jista’ jagħti break down tal-ispejjeż kollha involuti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11538 li ngħatat f’Seduta 270.

Ħ’Attard – Traffic Counts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex isiru jew kienx qed isir traffic counts fit-toroq ta’ Ħ’Attard jew fit-toroq li jagħtu lejn Ħ’Attard f’dawn l-aħħar xahrejn? Jista’ jgħid kemm damu jew kemm ser idumu dawn il-counts u għal liema skop se jintużaw, jew qed jintużaw, dawn it-traffic counts? Jista’ jgħid kemm-il darba saru u fejn saru dawn it-traffic counts f’Ħ’Attard f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat minn Infrastructure Malta, mhux qed isiru. Transport Malta wetqet għadd ta ' traffic counts (traffiku u persuni jaqsmu triq). B'rabta ma' talbiet ta’ kemm għadd ta' persuni jaqsmu fi Triq il-Linja (jumejn għal sagħtejn waqt ‘peak hours’) u fi Triq Santa Katerina (3 ijiem għal sagħtejn waqt ‘peak hours’). Nżied ngħid li l-konsulenti tat-traffiku wettqu wkoll ‘traffic counts’ fir-rigward ta' 1) Valutazzjonijiet ta' l-Impatt tat-Trasport imħejjija għal applikazzjonijiet ewlenin ta 'ppjanar ta' żvilupp fiż-żona; u 2) studji tat-traffiku li ġew ikkummissjonati minn Infrastructure Malta.

TVM – aħbarijiet tat-8:00pm – minuti dedikati lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il minuta ġiet iddedikata għall-servizzi tal-Gvern u tal-Partit Laburista waqt l-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019? Jista’ jgħid kemm-il-minuta ġiet iddedikata għall-servizzi tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista waqt l-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-istatistika li talab ma tinżammx. Il-bulletin tal-aħbarijiet ma jkollhomx biss kontenut governattiv jew mill-partiti politiċi. Madankollu l-kriterju ewlieni ma jitkejjilx bil-minuti imma bil-valur tal-aħbar skont il-fehma tal-Editur. Infurmat ukoll li ċ-Ċentru tal-Aħbarijiet wieġeb għal kull sejħa għall-attivitajiet tal-PN u jagħti ukoll ħin indaqs ta’ madwar żewġ minuti fir-rappurtaġġ tal-attivitajiet politiċi li jsiru s-Sibt u l-Ħadd mill-Kap tal-Oppożizzjoni u mill-Prim Ministru rispettivament.

Sound on tapes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-SOT (voice clip – Sound on Tape) ta’ Ministri, Segretarji Parlamentari, Deputati Laburisti u Chairman ta’ entitajiet u awtoritajiet tal-Gvern kien hemm matul l-aħbarijiet tat-8.00pm matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019? Jista’ jgħid kemm-il SOT (voice clip – Sound on tape) ta’ Deputati Nazzjonalisti kien hemm matul l-aħbarijiet tat-8.00pm matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-istatistika li talab ma tinżammx. Madankollu l-istazzjon pubbliku jara li iwettaq l-obbligu tiegħu b’imparzjalita u bilanċ dovut waqt li jibqa gwidat mill-prinċipju tal-valur tal-aħbar. Eżempju ta’ dan ninfurmak li f’Ottubru, fl-aħbarijiet tat-8pm ixxandret konferenza tal-aħbarijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara diskors tal-budget b’durata ta’ 25 minuti skorruti. Fost oħrajn kien hemm ukoll erba’ SOTS tal-Kap tal-Oppozizzjoni wara li ha sehem waħdu fil-programm Dissett ta’ kważi siegħa. Fl-aħbarijiet ittieħdu ukoll SOTS tas-Sur Clyde Puli mill-programm Dissett.

Ħ’Attard – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħ’Attard u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Ħ’Attard, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għat-tagħrif mitlub nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11291 tas-Seduta 251.

Burmarrad – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Burmarrad u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d -dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Burmarrad, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għat-tagħrif mitlub nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11292 tas-Seduta 251.

L-Imdina – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq tal-Imdina u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq tal-Imdina, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għat-tagħrif mitlub nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11293 tas-Seduta 251.

Birkirkara – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Birkirkara u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Balzan – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Balzan u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Luqa – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Luqa u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d -dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq Ħal Luqa, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-b¿onn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità ta’ Ħal Luqa għadha kemm tlestiet Triq Valletta u bħalissa qegħdin isiru Triq San Tumas, Triq Ħal Qormi, Triq in-Noqor fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ u triq li għadha bla isem fl-inħawi ta’ Triq Ħal Farruġ, waqt li diġà hemm ippjanati biex isiru Triq il-Ġdida, Triq Dun Ġulju Muscat u Triq id-9 t’April.

Caravans — Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10595 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess biex persuni li għandhom caravans ikunu jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-Awtorità tal-Artijiet tevalwa talbiet għall-permessi f’dan ir-rigward skont fejn tkun it-talba tal-applikant.

Ta’ Qali – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ta’ Qali u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ta’ Qali National Park – outline development application

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-outline development application diġà sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward ta' Ta' Qali National Park?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-pjanta sottomessa fl-outline development application diġà ġiet impoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11556 f’Seduta 257.

Malta National Park 2022 – break down ta’ spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż u jgħid kif biħsiebu li jintużaw fil-Malta National Park 2022?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11556 tas-Seduta 257.

Il-Mosta – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq tal-Mosta u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARMS — Flus Miġbura minn Kontijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11656 u jgħid il-kumpanija ARMS kemm ġabret flus (somma totali) mill-kontijiet mill-2013 sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid kemm għaddiet flus l-ARMS lil Water Services Corporation u lil EneMalta rispettivament sena b’sena (u sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella. Date Collections Transfers to Enemalta Transfers to Water Services Corporation Total Transfers 2011 € 386,633,259.50 € 325,866,739.90 € 56,970,804.53 € 382,837,544.43 2012 € 445,876,074.13 € 394,529,411.98 € 54,073,931.99 € 448,603,343.97 2013 € 424,260,394.15 € 359,971,632.22 € 69,365,924.89 € 429,337,557.11 2014 € 426,679,588.47 € 358,019,027.00 € 63,486,941.99 € 421,505,968.99 2015 € 435,453,729.63 € 373,158,182.85 € 66,277,919.15 € 439,436,102.00 2016 € 367,067,175.41 € 304,434,667.37 € 63,954,549.92 € 368,389,217.29 2017 € 396,702,711.98 € 328,888,802.82 € 65,498,827.26 € 394,387,630.08 2018 € 387,690,089.45 € 323,091,206.20 € 66,064,640.76 € 389,155,846.96 2019 till October € 321,622,821.91 € 260,988,307.28 € 57,271,351.47 € 318,259,658.75 Total € 2,759,476,511.00 € 2,308,551,825.74 € 451,920,155.44 € 2,760,471,981.18 Ta’ min wieħed jinnota li l-ammont ta’ flus li d-debituri kellhom jagħtu lill-ARMS fl-aħħar tas-sena 2014 kien ta’ €150 miljun. Sinifikanti ukoll fit-tnaqqis tal-flus miġbura mill-ARMS kien it-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’aktar minn 25% fl-2014.

Ta’ Qali – manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11557 u jgħid jekk hux hu responsabbli mit-tarmak u manutenzjoni tat-toroq f’Ta’ Qali u jekk iva, jista’ jgħid xi pjan għandu biex itejjeb dawn it-toroq li huma fi stat ħażin u li f’ċerti postijiet iżommu ħafna ilma?

Response (BORG, IAN)

Nikkonferma li t-toroq ta' Ta' Qali jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. Qed isir il-koordinament meħtieġ bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Aġenzija Infrastruttura Malta, sabiex in vista tal-outline development application ġa sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward ta' Ta' Qali National Park u anke ta' xogħol ta' resurfacing li ġa sar min-naħa ta' Infrastructure Malta, ġewwa Ta' Qali, ikunu identifikati l-prijoritajiet f'din l-akkwata.

ARMS – flus miġbura minn kontijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-kumpanija ARMS kemm ġabret flus (somma totali) mill-kontijiet mill-2013 sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid kemm għaddiet flus l-ARMS lil Water Services Corporation u lil EneMalta rispettivament sena b’sena (u sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda)?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Flus mgħoddija minn Enemalta lill-Electrogas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għaddiet flus (somma totali) l-Enemalta lill-kumpanija Electrogas mill-bidu tal-Kuntratt sal-ġurnata li titwieġeb din d-domanda maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.