Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva l-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data dwar il-libertà tal-informazzjoni, skont Kapitolu 496, fis-sena 2019? Jista' jgħid ukoll kemm għandu żmien biex jirrispondi għal dawn l-applikazzjonijiet il-Kummissarju, u kemm ilhom dawk li hemm pendenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2019, il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data rċieva total ta’ wieħed u għoxrin (21) applikazzjoni għal deċiżjoni skont Artikolu 23 tal-Att dwar il-Liberta tal-Informazzjoni. Il-liġi la tistabbilixxi u lanqas torbot lill-Kummissarju bi żmien sakemm huwa għandu jiddeċiedi dwar dawn l-applikazzjonijiet. Infurmat li sal-aħħar tal-2019, disa’ (9) applikazzjonijiet ġew deċiżi filwaqt li applikazzjoni oħra ġie konkluża wara qbil amikevoli li ġie milħuq bejn l-applikant u l-awtorita pubblika, u dana wara sessjonijiet li ġew faċilitati minn dan l-Uffiċċju. Infurmat ukoll li l-każijiet pendenti l-oħra, li ħafna minnhom ġew riċevuti fl-aħħar xhur tal-2019, waslu fl-aħħar stadji tal-investigazzjoni u l-Kummissarju mistenni jiddeċiedi dwarhom fil-ġimgħat li ġejjin.

New Water – użu mill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa, li għamlu użu mill-ilma msoffi tad-drenaġġ għall-biedja magħruf bħala New Water maqsuma lokal lokal? Jista’ jikkunsidra li jinkrew bowsers biex dan l-ilma jitqassam bi prezz issussidjat lill-bdiewa li huma ‘l bogħod mid-distribution points, l-aktar minħabba n-nixfa li għaddejjin minnha din ix-xitwa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Però, nixtieq navża li l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed jevalwa x’ possibilitajiet ta’ għajnuna tista’ tingħata lill-bdiewa biex tittaffa l-problema tan-nixfa.

Emissjonijiet – ftehim bejn Malta u l-Bulgarija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim bejn Malta u l-Bulgarija dwar trasferiment ta’ allowances ta’ emissjonijiet taħt l-Effort Sharing Decision?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-ftehim huwa kunfidenzjali peress li l-informazzjoni fih tista tippregudika is-suq Ewropew tax-xiri ta allowances tal-effort sharing Decision hekk kif pprovdut f’artiklu 26 (2) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni numru 749/2014.

Awtorità tal-Artijiet — talbiet għall-permessi għall-ipparkjar ta' caravans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn, u permezz ta’ pjanta u lista juri għal-liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż l-Awtorità tal-Artijiet, fl-aħħar sentejn u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda, evalwat talbiet għall-permessi, u ħarġet permessi neċessarji, wara talba ta’ applikanti biex jingħataw permess biex ikunu jistgħu jipparkjaw caravan u jieqfu bl-istess caravan għal ħin twil inkluż, matul il-lejl, u li konsegwenzjalment ikunu koperti bil-Liġijiet Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11856 tas-Seduta 276.

Ħ’Attard – uffiċjali ta’ Transport Malta — traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal ta’ Transport Malta, li jidderiġu t-traffiku, kienu assenjati f’Ħ’Attard u ċjoè fit-toroq ta’ Ħ’Attard u dawk it-toroq li jagħtu għal Ħ’Attard, mill-1 t’Ottubru 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Fejn kienu stazzjonati biex jidderiġu t-traffiku u x’ħinijiet għamlu fuq il-post?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, iż-żona ta’ Ħ’Attard tiġi ssorveljata mill-Pulizija. Fil-laqgħat li saru qabel bdiet l-iskola kien ġie deċiż li l-Pulizija se tieħu ħsieb iż-żona taċ-ċentru ta Malta, filwaqt li l-uffiċjali ta’ TM se ikunu responsabli għan-naħa ta’ isfel ta Malta. Madankollu kuljum TM għandha mutur li jissorvelja ż-żona taċ-ċentru ta’ Malta, mis-sitta ta’ filgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija. Dan il-mutur kull fil-għodu sad-disgħa jkun qed jobdi d-direzzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija.

Santa Venera – lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax issir spezzjoni fi blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jara fiex wasal ix-xogħol ta’ lift li jidher li ilu wieqaf numru ta’ xhur u jinforma lil din l-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx periklu fil-post, peress li l-post jidher li hu miftuħ u jista’ jkun hemm nuqqas ta’ sigurtà għar-residenti ta’ dan il-blokk? Jista’ jgħid x’inhu l-pjan biex jitlesta x-xogħol kollu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li kien ġie ingaġġat permezz ta’ tender, biex iwettaq ix-xogħlijiet marbuta mal-installazzjoni ta’ lift fil-blokk illi d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kellu jitwaqqaf wara li ma onorax l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt. Madanakollu, l-kuntrattur ħalla il-blokka fi stat sigur, mingħajr perikli. L-Awtorità ingaġġat kuntrattur ieħor biex iwettaq dawn ix-xogħlijiet illi huma ppjanati li jitlestew f’Awwissu 2020.

Stallazzjoni ta' lift fi flat tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11855 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11351, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jispiċċa x-xogħol fuq il-lift fil-flat tal-Gvern imsemmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq il-lift li saret referenza għalih f’Mistoqsija Parlamentari 11351, huwa proġettat illi jitlesta sal-aħħar ta’ Frar 2020.

Warrant of arrest – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm warrant of arrest fil-ġurnata tas-6 ta Settembru 2017 bejn l-10 u l-11 ta’ filgħodu meta pulizija pajżana marret l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u talbet lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tmur magħhom l-Għassa tal-Pulizija? Jista’ jikkonferma li din l-mara ttieħdet fid-Depot tal-Pulizija u ġiet interrogata mingħajr ma kellha magħha avukat? Jista’ jikkonferma li ż-żewġt itfal tagħha ta’ sena u tmien xhur u ta’ tliet snin ittieħdu wkoll id-Depot? Jista’ jgħid jekk hux minnu li din il-persuna nżammet madwar 5 siegħat mingħajr ma intqal lilha li kienet arrestata u mingħajr assistenza ta’ avukat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-interpellanza tittratta każ partikolari li ma jipprestax ruħu f'dan l-istadju li jiġi diskuss barra l-Bord li jikkunsidra ilmenti kontra l-Pulizija jew il-qrati. Dan peress li jista' jiġi ppreġudikat xi eventwali proċess ġudizzjarju.

Aġenzija Appoġġ – social contract – każ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kuntratt (social contract) ieħor wara dak li kien iffirmat fil-15 ta’ Diċembru 2017, liema kuntratt kien dakinhar iffirmat taħt il-ħarsien tal-Aġenzija Appoġġ rappreżentat mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (a) u tal-ġenituri, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (b) biex it-tfal li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (c) jitpoġġew taħt il-kustodja tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (d)? Jekk iva, jista’ jgħid min iffirma u meta sar l-kuntratt? Jista’ jgħid jekk dawn it-tfal, fil-ġurnata li titwieġeb din d-domanda, għadhomx taħt il-kustodja tal-individwi (d) u jekk iva jistax l-Ministru jikkonferma li hemm kuntratt (social contract) biex dan ikun jista’ jsir? Jista’ jgħid jekk il-ġenituri llum jistgħux jaraw lit-tfal tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ huwa sub judice u ma jkunx għaqli li wieħed jiżvela informazzjoni dwaru, f’dan l-istadju.

Ħal Lija – Toroq li huma fi stat tajjeb u toroq li jridu jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Lija u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Ħal Lija, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità ta’ Ħal Lija bħalissa qegħdin isiru Triq Ferdinand Grech u Triq Carlo Darmanin, waqt li diġà hemm ippjanati biex isiru Triq is-Salvatur, Triq Ugo Mifsud, Triq Annibale Preca, Triq il-Kbira kif ukoll xogħlijiet fi triq ġdida fi Triq il-Mosta.

Birkirkara – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11864 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Birkirkara u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Birkirkara, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità ta’ Birkirkara diġà tlestew Triq Mike Pulis u Triq is-Santwarju, waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq il-Ħerba, Triq Tumas Fenech u Triq il-Ferrovija l-Antika, u hemm diġà ppjanati li jsiru Triq il-Qattus, Triq Papa Urbanus VIII, Triq Anġlu Mallia u Triq l-Isqof Labini, kif ukoll xogħlijiet fi Triq Fleur-de-lys, Triq il-Wied u Triq Kan. Karmenu Pirotta.

Ħal Balzan – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11865 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ħal Balzan u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Ħal Balzan, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità ta’ Ħal Balzan bħalissa qegħdin isiru Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied, waqt li hemm diġà ppjanati biex jinbdew Triq San Valentinu, Triq Sisner, Triq Ġuże Bonnici u Triq Wied Buontempo Estate.

PBS – bullettini tal-aħbarijiet tat-8:00pm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienu intervistati fil-bullettini tal-Aħbarijiet tat-8.00 p.m. tal-Public Broadcasting Services mill-1 ta' Ottubru 2019 sas-Sibt 2 ta’ Novembru 2019: a. il-Prim Ministru, kull ministru u kull membru tal-Grupp Parlamentari Laburista; u b. il-Kap tal-Oppożizzjoni u kull membru tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet Parlamentari bin-numri 11871 u 11872.

PBS – programmi politiċi mxandra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-programmi politiċi kollha li jixxandru mill-Public Broadcasting Services u jgħid min kien mistieden għal kull programm waqt ix-xahar ta’ Ottubru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninfurma lill-Onor. Membru li l-programmi li spiss ikollhom kontenut politiċi huma Dissett, Xtra, Realtà u Xarabank u programm speċjali wara l-budget. Programm wara l-budget kienu mistiedna: Il-Ministru Edward Scicluna u Dr Mario Demarco F’Dissett il-politiċi mistiedna f’Ottubru kienu Julia Farrugia Portelli f’parti mill-programm fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni Dr Adrian Delia programm sħiħ Dr Stefan Zrinzo Azzopardi u Onor Robert Cutajar Onor Clyde Puli u l-Ministru Evarist Bartolo F’Realta’ l-politiċi mistiedna kienu: Il-viċi Kap PN David Aguis u Seg. Parlamentari Aaron Farrugia Ministru Michael Farrugia – Deputat Ivan Bartolo F’XTra l-politiċi mistiedna kienu: Il-Ministru Edward Scicluna Seg. Parl. Anthony Agius Decelis – Onor Stephen Spiteri Onor Mario De Marco – Seg. Parl Silvio Schembri Onor Byron Camilleri - Onor Kristy Debono Ministru Jose Herrera – Onor Jason Azzopardi Ministru Michael Farrugia – Onor Beppe Fenech Adami F’Xarabank il-politiċi mistiedna kienu: Ministru Ian Borg Deputat Prim Ministru Chris Fearne u Viċi Kap PN David Agius

Sindki ta’ Kunsilli Lokali — intervisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm–il darba kien hemm intervisti ma’ sindki ta’ kunsilli lokali fl-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services f’Ottubru 2019? Jista' jgħid min kienu s-sindki li ġew intervistati f’kull okkażjoni? Jista' jgħid x’kienet it-tema ta’ kull intervista?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-prassi tal-istazzjon hija li l-intervisti jsiru skont il-valur tal-aħbarijiet kif kien fl-aħħar każ meta ġie intervistat is-sindku tal-Isla minħabba l-kontroversja li kienet għaddejja fil-lokalità tiegħu. L-istazzjon pubbliku ma jagħmilx distinzjoni bejn sindku u ieħor u fuq medda ta’ aktar minn xahar ser issib sindki Laburisti u Nazzjonalisti li ġew intervistati fuq proġetti fil-lokalitajiet tagħhom jew kwistjonijiet li jqumu minn żmien għal żmien.

Birkirkara – servizz ta’ tuk tuk għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11350 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasportm Infrastruttura u Proġetti Kapitali u jgħid meta se jibda jaħdem is-servizz tat-trasport għal anzjani magħruf bħala tuk tuk min Fleur de Lys u l-kumplament ta' Birkirkara għaċ-Ċentru Ċiviku bħalma għandhom il-Mosta, il-Gżira, iż-Żurrieq, il-Baħrija, Burmarrad, Ħal Safi, l-Msida, l-Mtarfa, ir-Rabat u ta' Xbiex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tas-Silver-T, beda bħala proġett pilota fi 3 lokalitajiet. Dan is-servizz kompla jikber u issa qiegħed jopera b’kollox f’10 lokalitajiet. Filfatt, l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità tinsab għaddejja bil-preparamenti meħtieġa, sabiex matul is-sena d-dieħla, dan is-servizz ikun ġie estiż fuq livell nazzjonali.

Il-Mosta — Toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11860 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq tal-Mosta u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ta' Qali — żtoroq li huma fi Stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11857 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Ta’ Qali u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Ta’ Qali, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Toroq li ġew jew se jiġu rranġati f’Ta’ Qali huma t-triq ta’ bejn l-Istadium Nazzjonali u s-Centenary Stadium u t-triq li mill-ground tgħaqqad ma’ Triq Durumblat.

L-Iklin – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq tal-Iklin u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d -dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq tal-Iklin, qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajji¿na jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità tal-Iklin bħalissa qed issir Triq il-Prinjol u diġà hemm ippjanat biex isiru wkoll Triq il-Wied u Triq il-Bruka.

Is-Swatar – toroq li huma fi stat tajjeb u dawk li se jiġu rranġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta bit-toroq ta’ Swatar u jgħid liema toroq huma fi stat tajjeb u liema huma dawk li biħsiebu jirranġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub, jiġifieri pjanta bit-toroq ta’ Swatar, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fil-lokalità tas-Swatar bħalissa qed issir Triq it-Torri.