Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #15591 Sitting 347 2020-06-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema fis-servizz pubbliku — salarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid in-numru ta’ persuni fis-servizz pubbliku li huma impjegati skont l-iskala ta’ salarju tagħhom? Jista’ jgħid kemm jintefqu flus fuq kull skala ta’ salarju bħala total fis-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

COVID-19 – pagamenti lill-kumpaniji li kienu bit-3 u l-4 day week

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15469 u jgħid meta beħsibhom jibdew joħorġu l-pagamenti mwiegħda bħala għajnuna lill-kumpaniji li minħabba l-imxija tal-COVID-19 kellhom imorru għall-4 u 3 Day week? Jista’ jgħid jekk il-kuntratt li l-istess kumpaniji għandhom u jiskadilhom is-Sibt, 13 ta’ Ġunju ġiex imġedded?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lilll-Onorevoli l-informazzjoni għadha qedt tingabar.

COVID-19 – pagamenti lill-kumpaniji li kienu bit-3 u l-4 day week

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsibhom jibdew joħorġu l-pagamenti mwiegħda bħala għajnuna lill-kumpaniji li minħabba l-imxija tal-COVID-19 kellhom imorru għall-4 u 3 Day week? Jista’ jgħid jekk il-kuntratt li l-istess kumpaniji għandhom u jiskadilhom is-Sibt, 13 ta’ Ġunju ġiex imġedded?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – pagamenti lill-kumpaniji li kienu bit-3 u l-4 day week

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsibhom jibdew joħorġu l-pagamenti mwiegħda bħala għajnuna lill-kumpaniji li minħabba l-imxija tal-COVID-19 kellhom imorru għall-4 u 3 Day week? Jista’ jgħid jekk il-kuntratt li l-istess kumpaniji għandhom u jiskadilhom is-Sibt, 13 ta’ Ġunju ġiex imġedded?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.

Aġenzija Appoġġ — Spejjeż għal minuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15142 u jgħid kemm qed iħallas total fis-sena biex iżomm minuri fid-djar li qed tmexxi l-Aġenzija Appoġġ? Jista' jagħti figura f’ewro ta' kemm spejjeż jitħallsu kull sena u ċjoè fis-sena 2019 imqassma hekk: 1. Ir-renta jew ix-xiri tad-djar/ flats ; 2. llma u dawl; 3. Kera tal-Internet, telefon, mobile phones u television ; 4. Provisti tal-ikel u xorb; 5. Provista ta' tindif; 6. Miżati tal-iskejjel; 7. Miżati għal-lezzjonijiet tal-privat; 8. Provisti edukattivi; 9. Miżati għal Football Nurseries jew attivitajiet sportivi, mużikali, jew interessi oħrajn; 10. Pocket money għat-tfal; 11. Spejjeż ta’ kuljum; 12. Spejjeż mediċi għal Tobba, Dentisti, Oftalmologu eċċ; 13. Spejjeż għal mediċini, nuċċalijiet, eċċ; 14. Terapija privata u mit-terapisti tal-Fondazzjoni; 15. Ħlasijiet għal interventi Psikjatriċi; 16. Ħlasijiet għal interventi Psikoloġiċi bħalma huma assessment; 17. Ħlasijiet għal interventi mill-Pulizija; 18. Ħlasijiet għal rapport tal-Qrati; 19. Salarji tal- Care Workers ; 20. Salarji tal-Ħaddiema Socjali; 21. Salarji tal- Managers ; 22. Salarji tas- Supervisors li jagħmlu SAVs ( Supervised Access Visits ) u t-trasport li jitħallas meta dan iseħħ; 23. Salarji tal- Youth Workers ; 24. Salarji tal-avukati tal-Fondazzjoni; 25. Salarji tal-membri tal-Bord Konsultattivi għat-tfal u żgħażagħ; 26. Salarji ta’ min qed jagħmel is-superviżjoni tal-membri tal-istaff; 27. Ħlasijiet għal night shift workers ; 28. Ħlasijiet għat-tindif tad-dar; 29. Ħlasijiet ta’ maintenance tad-dar; u 30. Ħlasijiet għall-gass, ħlasijiet għall-kiri, petrol u maintenance ta’ karozzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-FSWS, permezz issa tad-Direttorat għall-Kura Alternattiva tat-Tfal, tmexxi direttament 8 residenzi li fiha tilqa’ 29 tifel u tifla protetti b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order). Din mhijiex ir-regola għax ir-regola hija li l-ewwel preferenza hija għall-fostering u fil-fatt nofs it-tfal hekk protetti huma fostered. In-nofs l-ieħor jgħixu fi djar tat-tfal, ġeneralment immexxija minn entitajiet tal-Arċidjoċesi jew tal-ordnijiet reliġjużi, b’ eċċezzjoni ta’ żewġ entitajiet partikolari, Fondazzjoni Richmond u l-Conservatorio Vincenzo Bugeja. Ma’ dawn kollha l-Ministeru mmexxi minni u l-FSWS għandhom ftehimiet kuntrattwali soċjali, Public Social Partnerships (PSPs) li jiffinazjaw l-operat tagħhom fit-totalità tiegħu. Tajjeb ngħid li sal 2012 kien hemm biss 3 minn dawn il-PSPs u li kienu jlaħħqu spiża ta’ €3 miljuni waqt li llum hemm 47 PSP bejn il-Fondazzjoni, l-Ministeru u l-għaqdiet non-governattivi, li l-ispiża tagħhom tlaħħaq €17-il miljun, li €7 miljuni minnhom huma għal NGOs fil-qasam tad-diżabilità. Jibqa’ l-fatt, li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ma jkunx possibbli li t-tfal jiġu fostered jew li jgħixu fid-djar mmexxija mill-NGOs. Dan huwa speċjalment il-kas meta t-tfal li huma mħarsa b’Ordni ta’ Ħarsien, huma każijiet ta’ 4, 5 u anki 6 aħwa fejn allura l-FSWS ħadet id-deċiżjoni strateġika u li tagħmel sens anki f’ ermini ta’ x’inhu fl-aqwa interess tat-tfal biex iżżomm lil dawn l-aħwa flimkien f’ dawn ir-residenzi. Fl-2019, dan kollu sewa lill-FSWS is-somma ta’ € 2,373,992 li minnhom € 1,863,828 marru fuq salarji. Għal kull tifel u tifla li qed jiġu mgħejjuna, l-FSWS tonfoq medja €224 kuljum. Il-Fondazzjoni tħossha fid-dmir li tagħti din l-għajnuna neċessarja, hekk kif dawn il-minuri għandhom bżonn għajnuna diretta sabiex ngħinuhom iqumu fuq saqajhom waqt li ngħinuhom ikollhom ħajja aħjar. Fil-fatt, minn din is-sena se nintroduċu wkoll is-servizz ta’ semi-independent living għal dawk iż-żgħażagħ fil-kura tal-FSWS li għandhom minn 16-il sena 'l fuq. Dan bi pjan li jkun qed jippreparahom għall-ħajja tagħhom b'mod indipendenti filwaqt li jiġu assistiti mill-professjonisti li jaħdmu magħhom sabiex isegwu pjan ħolistiku sakemm jintegraw ruħhom lura fis-soċjetà. Intant, id-dettalji sħaħ ta’ dan il-cost centre partikolari qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba.
Leg 13 PQ #15372 Sitting 343 2020-06-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Ingaġġati mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15074 u 15203 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru totali ta' ħaddiema ingaġġati mal-Gvern sena b’sena għas-snin 2013-2019? Jista' speċifikament jgħid kemm minn dawn kienu jaħdmu fi sptarijiet u kliniċi u kemm kienu għalliema jew f'oqsma b’kuntatt dirett ma' studenti u ġenituri?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill- Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari nru 1012 u 12908, ninsab nformat li bejn l-2018 u l-2019, f’sentejn, ġew ingaġġati 3,220 ħaddiem. Minnhom, 1130 jaħdmu fl-isptar jew fil-bereġ waqt li 984 jaħdmu ma’ studenti jew ġenituri. Għaldaqstant, dawn i¿-¿ewġ setturi jammontaw għal 65% tal-ingaġġi kollha

Aġenzija Appoġġ — spejjeż għal minuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas total fis-sena biex iżomm minuri fid-djar li qed tmexxi l-Aġenzija Appoġġ? Jista' jagħti figura f’ewro ta' kemm spejjeż jitħallsu kull sena u ċjoè fis-sena 2019 imqassma hekk: 1. Ir-renta jew ix-xiri tad-djar/ flats ; 2. llma u dawl; 3. Kera tal-Internet, telefon, mobile phones u television ; 4. Provisti tal-ikel u xorb; 5. Provista ta' tindif; 6. Miżati tal-iskejjel; 7. Miżati għal-lezzjonijiet tal-privat; 8. Provisti edukattivi; 9. Miżati għal Football Nurseries jew attivitajiet sportivi, mużikali, jew interessi oħrajn; 10. Pocket money għat-tfal; 11. Spejjeż ta’ kuljum; 12. Spejjeż mediċi għal Tobba, Dentisti, Oftalmologu eċċ; 13. Spejjeż għal mediċini, nuċċalijiet, eċċ; 14. Terapija privata u mit-terapisti tal-Fondazzjoni; 15. Ħlasijiet għal interventi Psikjatriċi; 16. Ħlasijiet għal interventi Psikoloġiċi bħalma huma assessment; 17. Ħlasijiet għal interventi mill-Pulizija; 18. Ħlasijiet għal rapport tal-Qrati; 19. Salarji tal- Care Workers ; 20. Salarji tal-Ħaddiema Socjali; 21. Salarji tal- Managers ; 22. Salarji tas- Supervisors li jagħmlu SAVs ( Supervised Access Visits ) u t-trasport li jitħallas meta dan iseħħ; 23. Salarji tal- Youth Workers ; 24. Salarji tal-avukati tal-Fondazzjoni; 25. Salarji tal-membri tal-Bord Konsultattivi għat-tfal u żgħażagħ; 26. Salarji ta’ min qed jagħmel is-superviżjoni tal-membri tal-istaff; 27. Ħlasijiet għal night shift workers ; 28. Ħlasijiet għat-tindif tad-dar; 29. Ħlasijiet ta’ maintenance tad-dar; u 30. Ħlasijiet għall-gass, ħlasijiet għall-kiri, petrol u maintenance ta’ karozzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata waqt seduta oħra.
Leg 13 PQ #15149 Sitting 340 2020-06-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Intake ta' skrivani mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hekk għandux intenzjoni li jagħmel intake ta’ skrivani mal-Gvern? Jista' jgħid hekk hux ser isiru interviews interni għall-promotions fiċ-ċivil ?

Response (ABELA, ROBERT)

Niforma lill-Onor Interpellant illi l-vakanzi fis-Servizz Pubbliku jiġu aġġornati il-ħin kollu u jekk ikun hemm vakanzi kemm interni u kemm esterni joħorġu sejħiet għalihom skont kif meħtieġ u dan joħroġ ċar minn numru ta’ sejħiet li joħorġu kull nhar ta’ Ġimgħa.

Figura tal-Qgħad

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15072 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-figura tal-qagħad fil-ġurnata li jwieġeb din d-domanda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Dan l-Uffiċċju jippublika żewġ figuri differenti tal-qgħad kif spjegat: a. Stima mil- Labour Force Survey - Skont l-aħħar News Release Nru 089/2020 dwar ir-rata ta’ qgħad matul ix-xahar ta’ April li ħarġet fit-28 ta’ Mejju, in-numru ta’ persuni qegħda kien ta’ 11,019. b. Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol skont il-Jobsplus – Skont l-aħħar News Release Nru 085/2020 dwar in-numru ta’ persuni qegħda fix-xahar ta’ April li ħarġet fit-22 ta’ Mejju, in-numru kien ta’ 3,979. L-istima maħruġa mil-Labour Force Survey hi bbazata fuq kriterji internazzjonali li huma applikati mill-UE, fejn id-definizzjoni ta’ persuna qegħda , hi bbazata fuq tliet kriteriji, li huma: 1. li persuna ma jkolliex xogħol, u 2. qegħda tfittex xogħol, u 3. lesta li tibda taħdem fi zmien ġimagħtejn jekk issib xogħol. Minn naħa l-oħra d-definizzjoni ta’ persuna qegħda skond il-Jobsplus hi li persuna tkun bla xogħol u qed tirreġistra ma’ Jobsplus taħt Part 1 jew Part 2 tar-reġistru sabiex issib xogħol.

Labour Force

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15073, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-figura tal-labour force f’pajjiżna fil-ġurnata li jwieġeb din d-domanda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NSO tippublika zewġ figuri tal-labour force kif spjegat: a. Stima bbazata fuq il- Labour Force Survey - Skont l-aħħar News Release Nru 089/2020 li ħarġet fit-28 ta’ Mejju, in-numru ta’ persuni fil- labour force stmati matul April kien ta’ 266,427. b. Statistika amministrattiva miġbura mil-Jobsplus – Skont l-aħħar News Release Nru 079/2020 li ħarġet fit-12 ta’ Mejju in-numru ta’ persuni reġistrati matul Novembru 2019, kien ta’ 226,409.
Leg 13 PQ #15203 Sitting 340 2020-06-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema ingaġġati mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15074 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru totali ta' ħaddiema ingaġġati mal-Gvern sena b’sena għas-snin 2013-2019? Jista' speċifikament jgħid kemm minn dawn kienu jaħdmu fi sptarijiet u kliniċi u kemm kienu għalliema jew f'oqsma b’kuntatt dirett ma' studenti u ġenituri?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema ingaġġati mal-Gvern

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' ħaddiema ingaġġati mal-Gvern sena b’sena għas-snin 2013-2019? Jista' speċifikament jgħid kemm minn dawn kienu jaħdmu fi sptarijiet u kliniċi u kemm kienu għalliema jew f'oqsma b’kuntatt dirett ma' studenti u ġenituri?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Imħallfin u Maġistrati — karigi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) u min (bħala Ministru) ħatar lill-Imħallfin u lill-Maġistrati li llum huma fil-kariga tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Ministru ma jaħtarx Imħallfin u Maġistrati. Huwa l-President ta' Malta li jaħtar u dan skont il-Kostituzzjoni: Artikolu 100 (1) jipprovdi li l-Maġistrati għandhom jiġu maħtura mill-President ta' Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru, u, Artikolu 96 (1) jipprovdi li l-Imħallfin għandhom jiġu maħtura mill-President ta' Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru. Illum il-ġurnata wkoll għandna l-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti (JAC), li jservi bħala mekkaniżmu biex jissalvagwardja s-separazzjoni tal-poteri, u l-proċess tal-JAC jseħħ qabel ma l-Ministru in effett jagħmel ir-rakkommandazzjoni tiegħu lill-Prim Ministru. Madanakollu qed npoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra ta’ meta ġew maħtura l-Imħallfin u lill-Maġistrati preżenti.

Dejn Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid iċ-ċifri uffiċjali tad-dejn nazzjonali f'dawn id-dati: a. Diċembru 2012; b. April 2013, c. Diċembru 2013, d. Diċembru 2014, d. Diċembru 2015, e. Diċembru 2016, f. Diċembru 2017, g. Diċembru 2018, h. Diċembru 2019, i, Frar 2020? Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan iċ-ċaqliq fid-dejn nazzjonali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Infiq Kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċifra ta' nefqa tal-Gvern ta' kull sena mill-2003 sal-lum u jagħti ċ-ċifra ta' infiq kapitali ta' kull sena mill-2003 sal-lum? Jista' jindika l-persentaġġ tal-infiq kapitali ta' kull sena bħala persentaġġ tal-infiq kollu tal-gvern ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

First-time Buyers

Question

Jista l-Ministru jgħid hekk hux qed jikkonsidra li jgħolli l-figura ta €175,000 u li biha first time buyer jiġi eżentat milli jħallas mill-boll?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar baġit, l-ammont li min hu eliġibbli, ma jħallasx taxxa tal-boll fuq ix-xiri ta l-ewwel propjeta', telgħa għal €175,000 mill-ewwel ta’ Jannar li għadda.

Birkirkara — Servizz ta’ trasport Tuk Tuk għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem is-servizz tat-trasport għal anzjani magħruf bħala Tuk Tuk minn Fleur de Lys u l-kumplament ta' Birkirkara għaċ-Ċentru Ċiviku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19 u l-miżuri li għamel il-Gvern biex kemm jista’ jkun l-anzjani ma joħorġux mid-dar tagħhom, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità waqqaf milli jkompli jopera s-servizz tat-Tuk Tuk, fil-preżent. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità bdiet toffri servizz temporanju permezz tal-Helpline biex il-helpers jagħmlu l-qadi urġenti lill-anzjani. Madanaollu, bħalissa, l-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunità qed jaħdem u jagħmel ix-xogħol meħtieġ biex is-servizz tat-Tuk Tuk jiġi mifrux mal-pajjiż kollu.

New Water – użu mill-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li għamlu użu mill-ilma msoffi tad-drenaġġ għall-biedja magħruf bħala New Water, maqsuma lokalità lokalità? Jista’ jikkunsidra li jinkrew bowsers biex dan l-ilma jitqassam bi prezz issussidjat lill-bdiewa li huma ’l bogħod mid-distribution points, l-aktar minħabba n-nixfa li għaddejna minnha din ix-xitwa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-kirja tal-bowsers, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.