L-Imdina – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18169 u 17902 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Imdina, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħ’Attard – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17899 u 18170 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħ’Attard, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18223, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-erba’ membri l-oħra tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li flimkien mad-Direttur Eżekuttiv jieħdu d-deċiżjonijiet li jikkanċellaw liċenzja jew li jiġġudikaw persuni bħala fit and proper? X’inhuma l-karigi li jokkupaw dawn il-persuni fi ħdan l-Awtorità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFSA – Kumitat Eżekuttiv li jieħu deċiżjonijiet dwar kanċellazzjoni ta’ liċenzji – kunflitt ta’ interess
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn u meta l-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) meta jieħu deċiżjoni dwar kanċellazjoni ta' liċenzji u dwar jekk persuna hijiex fit and proper, jiddikjaraw jekk għandhomx kunflitt ta' interess fid-dmirijiet tagħhom? Kif jiġi assigurat li tali kunflitt ta' interess ma jeżistix?
Jista’ l-Ministru jgħid, ġaladarba l-Qrati Maltin f'kawża bejn Sata Bank versus il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), iddeċidew li multi mogħtija mill-FIAU għandhom ikunu skont ma’ titlob il-liġi, ċjoè sa massimu ta' 10% tat-turnover tal-istituzzjoni (b'massimu ta' €5 miljun), x'qed iżomm lill-istess FIAU sabiex timxi mal-liġi u tirrevedi l-multi li tat sabiex tiġi konformi mal-liġi u mad-deċiżjoni tal-Qrati Maltin kif konkluż kawża msemmieha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja dejjem mexa ma dak li tistipula l-liġi u aġixxa dejjem fl-ambitu ta’ dik id-diskrezzjoni mogħtija lilu mill-istess liġi, b’attenzjoni għaċ-ċirkostanzi tal-kaz li jkun qiegħed iqis. Fl-istess waqt, il-Korp huwa wkoll marbut b’obbligi internazzjonali u Ewropej sabiex is-sanzjonijiet pekunjarji li jimponu jkunu mhux biss proporzjonali għaċ-ċirkostanzi tal-kaz, izda wkoll effettivi u biex jiġi evitat repetizzjoni tal-istess kontravenzjoni . Is-sentenza msemmija tirrigwarda kaz u ċirkostanzi partikolari u allura mhuwiex il-kaz illi l-konkluzjonijiet li waslu għalihom il-Qrati għandhom jitqiesu bħala applikabbli għal kull sanzjoni li impona l-Korp sa issa. Ta’ min isemmi illi kien hemm diversi deċizjonijiet meħuda mill-Qrati kemm qabel u kif ukoll wara d-deċizjoni meħuda fil-kaz Satabank fejn saħansitra kien hemm qbil mill-Qorti fuq l-ammont sanzjonat mill-Korp, anki fejn ġie eċċedut 10% tat-turnover. Illi għalhekk il-Korp ma jħossx il-ħtieġa li ssir tali revizjoni.
Jista l-Ministru jgħid, ġaladarba l-Qrati Maltin f'kawża bejn Sata Bank versus il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), iddeċidew li multi mogħtija mill-FIAU għandhom ikunu skont ma titlob il-liġi, ċjoè sa massimu ta' 10% tat-turnover tal-istituzzjoni (sa massimu ta' €5 miljun), il-FIAU kif se tikkumpensa għad-danni sofferti lil dawk l-istituzzjonijiet li ngħataw multa iktar minn kemm tistipula l-liġi u minn kemm ordnat il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp dejjem aġixxa fl-ambitu tal-liġi f’kull kaz partikolari fejn tiġi mogħtija sanzjoni pekunjarja. L-impozizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja da parti mill-Korp tkun saret wara konsiderazzjoni tal-fatti kollha tal-kaz partikolari sabiex tali sanzjoni tkun kemm proporzjonali għal tali ċirkostanzi izda wkoll effettiva u biex jiġi evitat repetizzjoni tal-istess kontravenzjoni, hekk kif mitlub kemm mill-istandards internazzjonali kif ukoll mill-istess Direttiva kontra l-ħasil tal-flus.
Ta’ min isemmi illi kien hemm diversi deċizjonijiet meħuda mill-Qrati ta’ Malta kemm qabel u kif ukoll wara d-deċizjoni meħuda fil-kaz Satabank fejn saħansitra kien hemm qbil mill-Qorti fuq l-ammont sanzjonat mill-Korp, anki fejn ġie eċċedut 10% tat-turnover. Kull deċizjoni meħuda mill-Qorti dejjem ġiet rispettata mill-Korp. Ta’ min issemmi li l-Korp qatt ma ġie gwidat li jirrevedi multi jew li jikkonsidra danni. Barra minn hekk, kif dejjem għamel, il-Korp qiegħed isegwi mill-qrib kull zvilupp u ser ikun qiegħed jieħu kull deċizjoni neċessarja meta din tkun mitluba.
Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18019 u 17893 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħal Balzan — Kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18020 u 17896 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Balzan, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18021 u 17897 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18022 u 17898 u jgħid;
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Burmarrad – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18167 u 17900 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Burmarrad, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħal Lija – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18168 u 17901 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Lija, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
MFSA — ħaddiema/membri li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni fuq liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi żgurat li l-membri/ħaddiema fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li jiddeċiedu fuq kanċellazzjoni ta' liċenzja jew fuq jekk individwu hux fit and proper, ikollhomx kunflitt ta' interess? Jista' jassigura li dawn il-membri/ħaddiema tal-MFSA ma jkollhomx relazzjoni ma' kompetituri tal-kumpaniji li fuqhom tittieħed deċiżjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull impjegat ta’ l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta huwa obbligat li jiddikjara kull kunflitt ta’ interess li jista’ jkollu mid-data tal-impjieg, kif ukoll matul l-impjieg kollu tiegħu. Il-proċess tat-teħid tad-deċizjonijiet fi ħdan l-Awtorità tizgura l-governanza tajba u n-nuqqas ta' kunflitti ta' interess billi timplimenta diversi saffi għall-proċess tal-approvazzjoni.
Deċizjonijiet fuq kanċellazzjoni ta' liċenzja jew fuq jekk individwu hux
fit and proper
, jittieħdu mill-Kumitat Ezekuttiv, li huwa kostitwit skont il-liġi. Kull membru għandu vot. Il-membri jiġu infurmati bid-dettalji sħaħ tal-kaz, qabel ma’ tittieħed deċizjoni.
Għaldaqstant, l-istruttura tat-teħid tad-deċizjonijiet tal-Awtorità tizgura li l-ebda persuna waħedha ma tista' tinfluwenza d-deċizjoni u b’hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess.
L-Imdina – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17902 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Imdina, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ħ’Attard – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17899 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħ’Attard, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu d-direct orders, bl-ammont, data u lil min, li ngħataw mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2017 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li fl-2018, 2019, 2020, kellhom il-poter li jikkanċellaw liċenzja jew li jiġġudikaw persuni bħala fit and proper? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jittieħdux minuti tal-laqgħat li jsiru f'dan ir-rigward u min jieħu u japprova tali minuti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2018 sa Marzu 2019 il-korp deċi¿jonali fi ħdan l Awtorita tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-Awtorita) li kellu l-poter li jikkanċella liċenzji ta entitajiet sorveljati mill-Awtorita jew li jiġġudika il-kontinwita tal- fitness and properness ta persuni li huma assoċjati ma dawn l-istess entitajiet kien il-Kunsill ta’ Sorveljanza. Il-Kunsill ta Sorveljanza kien stabbilit skond it-termini tal-Att dwar l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, Kap. 330. Bis-saħħa ta ATT Nru VIII tal-2019 twaqqaf Il-Kumitat E¿ekuttiv. Bejn Marzu 2019 u 2020 kien dan il-Kumitat Ezekuttiv li ha deċizjonijiet ta infurzar.
Artiklu 9 l-Att dwar l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta jagħti il-poter lil kumitat E¿ekuttiv li jagħzel uffiċjal tal-Awtorita’ sabiex jagħmilha ta’ Segretarju tal-Kumitat E¿ekuttiv għal dak il-perjodu u taħt dawk il-kundizzjonijiet li l-Kumitat Ezekuttiv jidhirlu xierqa. Is- Segretarju tal-kumitat ghandu dmir li jzomm il-minuti ta dawn il-laqgħat. Tali minuti jiġu approvati mill-istess membri ta-Kumitat Ezekuttiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) hux parti mill-grupp ta' persuni li jiddeċiedi dwar kanċellazzjoniet ta' liċenzji jew dwar jekk persuni jkunux fit and proper?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-deċizjonijiet dwar kanċellazzjoniet ta' liċenzji jew dwar jekk persuni jkunux fit and proper jittieħdu, finalment, mill-Kumitat Ezekuttiv tal-Awtorità wara li l-proċess ikun konkluz mid-dipartiment konċernat fi ħdan l-Awtorità.
Il-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta huwa parti minn dan il-Kumitat E¿ekuttiv, li bħalissa huwa kompost minn ħames membri votanti.
Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi assigurat li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma tiddiskriminax kontra kumpaniji jew individwi u tieħu l-istess passi fil-konfront ta' kumpaniji u individwi li jkunu wettqu l-istess allegati breaches?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-Awtorità) tezamina kull kaz b’rabta ma entitajiet li huma sorveljati mill-Awtorità jew individwi assoċjati ma’ dawn l-istess entitajiet skont il-merti u l-fatti li jikkonċernaw il-kaz innifsu. Fost iċ-ċirkostanzi li tqis l-Awtorità, u qabel ma tiddetermina t-tip u l-livell ta' azzjoni regolatorja, hemm ċertu fatturi bħall-grad ta' diliġenza u kooperazzjoni muri mill-kumpanija jew persuna responsabbli għall-ksur; is-serjetà tal-effetti tal-ksur; ir-ripetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul tal-ksur mill-kumpanija jew persuna responsabbli għall-ksur kif ukoll il-livell ta’ kooperazzjoni tal-kumpanija jew persuna responsabbli għall-ksur. L-uzu effettiv u proporzjonat tas-setgħat ta’ infurzar għandu rwol kruċjali fit-twettieq tal-għanijiet tal-Awtorità. Parti min dawn l-objettivi huma li jizguraw li jkun hemm protezzjoni tal-konsumatur u wkoll li titjieb l-integrità tas-servizzi finanzjarji ġewwa pajjizna. Dan kollu għandu fi ħdanu il-protezzjoni tal-konsumaturi u isir bi trasparenza pubblika.
B’mod partikulari dan iseħħ premezz tal-ippublikar ta’ deċizjonijiet ta’ infurzar b’għan li jitqajjem għarfien pubbliku dwar il-prinċipji regolatorji tal-Awtorità.
Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17893 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.