Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru Korsijiet tal-Fostering inizjali għal foster carers prospettivi
a. għal persuni li jiġu mit-tfal (
Next of Kin
) 2017 – 2018 – 2019 – 2020;
b. għal dawk il-familji li ma jiġux mit-tfal 2017 – 2018 – 2019 – 2020.?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul is-snin imsemija minnhu, mill-2017 sal-2020, l-għadd ta’ korsijiet li saru bħala taħriġ għal min ried jidħol għall-fostering kien kif muri fit-tabella t’hawn taħt.
KORSIJIET TAL-FOSTERING 2017 - 2020
2017
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
3
3
2018
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
5
4
2019
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
5
1
2020
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
4
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm familji li komplew biex bdew il-Home Study Report f’dawn is-snin:
a. Next of Kin: 2017 – 2018 – 2019 – 2020;
b. Mhux Next of Kin: 2017 – 2018 – 2019 – 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ individwi li komplew bil-Home Study Report wara li avviċinaw lis-Servizz tal-Fostering fi ħdan id-Direttorat għall-Kura (Ħarsien) Alternattiv, fil-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Persuni li komplew bil-Home Study Report tal-Fostering
2017
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
18
11
2018
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
16
14
2019
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
23
6
2020
Ma jiġux minnhom (non-related)
Jiġu Minnhom (Next of kin)
14
7
L-Imdina – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18358, 18169 u 17902 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Imdina, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħ’Attard – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18359, 17899 u 18170 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħ’Attard, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
MFSA — persuni li kellhom poteri li jikkanċellaw liċenzji
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18360, jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li minn Marzu 2019 sal-lum ħadu deċiżjonijiet li jikkanċellaw jew jagħtu liċenzja jew li jiġġudikaw persuni bħala fit and proper? X’inhuma l-karigi li jokkupaw dawn il-persuni fi ħdan l-Awtorità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid- 29 ta’ Marzu ta’ 2019 il-Kumitat Ezekuttiv fi ħdan l-Awtoria’ kien magħmul minn Marianne Scicluna (fil-kapacita’ tagħha ta’ Chief Officer – Supervision ta’ l-Awtorita), Reuben Fenech (fil-kapaċita’ tiegħu ta’ Chief Operations Officer ta’ l-Awtorita), Joseph Cuschieri (fil-kapaċita’ tiegħu ta’ Chief Executive Officer ta’ l-Awtorita), u Edwina Licari (fil-kapaċita’ tagħha ta’ General Counsel ta’ l-Awtorita).
Marianne Scicluna kienet tifforma parti tal-Kumitat Eżekuttiv sal-15 ta’ April 2020 filwaqt li Reuben Fenech kien parti mill- Kumitat Eżekuttiv sal- 10 ta’ Settembru 2019. Joseph Cuschieri kien parti mill- Kumitat Ezekuttiv sal-25 ta’ Novembru 2020 pero huwa ssospenda lilu nnifsu mill-kariga tiegħu fit-30 ta’ Ottubru 2020 u baqa’ sospiz sal-25 ta’ Novembru 2020. Edwina Licari ssospendiet lilha nfisha mit-30 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Novembru 2020.
Christopher Buttigieg (fil-kapaċita’ tiegħu ta Chief Officer Strategy, Policy and Innovation ta’ l-Awtorita’) sar parti tal- Kumitat Eżekuttiv mit- 8 April 2019. Wara l-ħatra tiegħu bħala Chief Operations Officer ta’ l-Awtorita’, Ivan Zammit sar membru tal-Kumitat Ezekuttiv mill- 1 Jannar 2020. Michelle Mizzi Buontempo (fil-kapaċita’ tagħha ta’ Chief Officer – Enforcement ta’ l-Awtorita’) u Michael Xuereb (fil-kapaċita’ tiegħu ta Chief Officer – Strategy and Policy ta’ l-Awtorita’) saru jgħamlu parti mill- Kumitat Ezekuttiv mill-1 ta’ Marzu 2020.
Deċizjonijiet relatati ma ċertu kategoriji ta’ liċenzji ġew delegati liċ-Chief Officer Supervision li huwa assistit min kumitat regolatorju fil kapaċita tiegħu ta’ korp konsultattiv
Jista’ l-Ministru jgħid, ġaladarba l-Qrati Maltin f'kawża bejn Sata Bank versus il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), iddeċidew li multi mogħtija mill-FIAU għandhom ikunu skont ma’ titlob il-liġi, ċjoè sa massimu ta' 10% tat-turnover tal-istituzzjoni (b'massimu ta' €5 miljun), jekk l-FIAU hux se tibqa' tagħti multi ta' iktar minn 10% tat-turnover tal-istituzzjoni konċernata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp għall-Analizi ta’ Informazzjoni Finanzjarja dejjem mexa ma dak li tistipula l-liġi u aġixxa dejjem fl-ambitu ta’ dik id-diskrezzjoni mogħtija lilu mill-istess liġi, b’attenzjoni għaċ-ċirkostanzi tal-kaz li jkun qiegħed iqis. Fl-istess waqt, il-Korp huwa wkoll marbut b’obbligi internazzjonali u Europej sabiex is-sanzjonijiet pekunjarji li jimponi jkunu mhux biss proporzjonali għaċ-ċirkostanzi tal-każ, iżda wkoll effettivi u dizwasivi.
Is-sentenza msemmija tirrigwarda każ u ċirkostanzi partikolari u allura mhuwiex il-kaz illi l-konklu¿jonijiet li waslu għalihom il-Qrati f’dan il-kaz għandhom jitqiesu bħala applikabbli għal kull sanzjoni li timponi l-Korp. Il-Korp qatt ma ġie gwidat li jirrevedi multi jew il-metidoloġija tal-applikazzjoni tal-multi.
Ta’ min isemmi illi kien hemm diversi deċiżjonijiet meħuda mill-Qrati kemm qabel u kif ukoll wara id-deċiżjoni meħuda fil-ka¿ Satabank fejn saħansitra kien hemm qbil mill-Qorti fuq l-ammont sanzjonat mill-Korp, anki fejn ġie eċċedut 10% tat-turnover.
Kull deċiżjoni meħuda mill-Qorti dejjem ġiet rispettata mill-Korp. Barra minn hekk, kif dejjem għamel, il-Korp qiegħed isegwi mill-qrib kull żvilupp u ser ikun qiegħed jieħu kull deċiżjoni neċessarja meta din tkun mitluba.
Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18308, 18019 u 17893 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħal Balzan — Kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18309, 18020 u 17896 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Balzan, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18310, 18021 u 17897 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18311, 18022 u 17898 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Burmarrad – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18312, 18167 u 17900 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Burmarrad, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Ħal Lija – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18313, 18168 u 17901 u jgħid:
a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Lija, triq b’triq;
b. kemm minn dawn għadhom attivi;
c. quddiem liema proprjetà;
d. għal liema skop huma riservati; u
e. meta saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar minħabba li tirrikjedi ammont kbir ta’ xogħol.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li saru (speċjalment dak tal-2015) dwar ir-riforma fil-pensjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull rapport li sar dwar is-suġġett mill-2010 ’l hawn dejjem tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u għalhekk huma aċċessibbli għall-membri kollha.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett tal-Marsaxlokk Waterpolo Club hux jew hux se jkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani? Tista’ tpoġġi l-pjanti u dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
“Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra”.
Proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex – aċċess għall-Persuni b’Diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett tal-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex hux jew hux ser ikun aċċessibbli għall-Persuni b’Diżabilità u għall-anzjani? Tista’ tpoġġi l-pjanti u d-dokumenti kollha neċessarji relatati ma’ dan?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx lifts bi ħsara fl-Isptar Mater Dei u kemm damu bil-ħsara fix-xahar ta’ Jannar 2021? Jista’ jgħid jekk 2 minn 3 lifts tal-"Main Car Park" fil-jum tat-Tnejn 25 ta’ Jannar 2021 kenux bil-ħsara u kemm damu biex jittranġaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-ġurnata msemmija minnu kien hemm 2 minn 3 lifts tal-Main Car Park ta’ Mater Dei li kellhom xi ħsarat. Dawn l-istess lifts saritilhom it-tiswija neċessarja minnufih u reġgħu bdew jintużaw l-għada, iġifieri fis-26 ta' Jannar.