Legislature:
Category:
Reset
Active:

Testijiet tal-Anti-doping

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33889 u jgħid kemm saru testijiet tal-anti-doping matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-testijiet li saru fl-2025 irriżultaw pożittivi u x’passi ttieħdu wara kull każ ta’ riżultat pożittiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li s’issa saru 360 test tal-anti-doping fejn 11 irriżultaw pożittivi. Infrumat ukoll li tiġi meħuda l-azzjoni dixxiplinarja skont il-Kodiċi tal-WADA.

Air Malta - Pagamenti finanzjari

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33888 u ċjoè jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31965 fl-intier tagħha u jgħid kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mit-30 ta’ Marzu sa’ llum, l-Airmalta ħallset €50,448,287.076 f’pagamenti.

CDAU - Lift bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33885 u ċjoè: Fid-dawl li ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jintuża minn pazjenti li jkollhom mobilità limitata u ġieli anke jużaw il-wheelchairs, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex il-lift li hemm fil-binja tas-CDAU fl-Isptar San Luqa, ilu ma jaħdimx għal diversi ġranet (minn tal-inqas mill-15 ta’ Jannar sat-28 ta’ Jannar), b’inkonvenjenza u detriment għal dawk il-persuni li jkollhom jużaw it-taraġ biex mil-livell tar-reception (level 0) jitilgħu fil-livelli ta’ fuq, b’mod partikolari fil-livelli 3 u 4?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa ħabbart fil-Parlament u anke kif weġibt fil-PQ 33886, fi żmien qasir is-servizzi li kienu jingħataw mill-bini fl-Isptar San Luqa ser jimxu għall-binja aktar moderna u b’aktar faċilitajiet f’B’Kara.

AIMS - Għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Testijiet tal-Anti-doping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-anti-doping matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-testijiet li saru fl-2025 irriżultaw pożittivi u x’passi ttieħdu wara kull każ ta’ riżultat pożittiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta - Pagamenti finanzjari

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31965 fl-intier tagħha u ċjoè jgħid kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Air Malta - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Air Malta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Air Malta u kemm tħallsu pagi mill-ġurnata li fiha għalqet l-Air Malta (30 ta’ Marzu 2024) sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li attwalment hemm 16 il-persuna fuq il-kotba tal-kumpanija bi spiża mensili ta’ €77,751.89.

Sptar San Luqa - CDAU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern biex iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) ma jibqax jopera mill-binja preżenti fl-Isptar San Luqa u jimxi għal binja ġdida?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ħabbart f’dan il-Parlament, għaddejin il-preparamenti biex ic-Child Development Assessment Unit (CDAU) jimxi għal sit temporanju ġewwa B’Kara fi żmien qasir.

CDAU - Lift bil-ħsara

Question

Fid-dawl li ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jintuża minn pazjenti li jkollhom mobilità limitata u ġieli anke jużaw il-wheelchairs, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex il-lift li hemm fil-binja tas-CDAU fl-Isptar San Luqa, ilu ma jaħdimx għal diversi ġranet (minn tal-inqas mill-15 ta’ Jannar sat-28 ta’ Jannar), b’inkonvenjenza u detriment għal dawk il-persuni li jkollhom jużaw it-taraġ biex mil-livell tar-reception (level 0) jitilgħu fil-livelli ta’ fuq, b’mod partikolari fil-livelli 3 u 4?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Project Green – Direct Orders

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 32096 u tagħti lista tad-direct orders kollha li tat Project Green minn meta bdiet tiffunzjona sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll meta ngħata d-direct order, lil min, kemm kien l-ammont, għal liema skop ingħata u għaliex ingħata bħala direct order?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. (Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL6306 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 420, nhar l-Erbgħa 10 ta' Diċembru 2025)

L-isport f’pajjiżna – Politika Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32098 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika nazzjonali dwar l-isport f’pajjiżna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL6321 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 420, nhar l-Erbgħa 10 ta' Diċembru 2025)

Marsa Sports Village Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31961 u 32092 u jgħid f’liema data twaqqfet il-"Marsa Sports Village Foundation", min huma l-membri tal-bord u x’funzjoni għandu? Meta u kemm-il darba iltaqa’ dan il-bord mit-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-baġit iddedikat għal din il-fondazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni qed tiġi stabbilita bi skop legali skont Artikolu 32 tat-tieni Skeda fejn l-għanijiet tal-Fondazzjoni ser ikunu: ·        Trasformazzjoni tal-Marsa Sports Grounds f’ċentru sportiv ta’ standard għoli biex jakkomoda atleti stabbiliti u biex jattira oħrajn ġodda. ·        Tlaqqa wkoll faċilitajiet sportivi mxerrda f’faċilita’ ħolistika waħda li se taħseb għal diversi sports filwaqt li tkun sostenibbli permezz ta’ dan l-istabbiliment kollettiv. ·        Il-Fondazzjoni se tagħti wkoll l-opportunita’ li l-isport kummerċjali jattiraw avvenimenti internazzjonali u kampijiet ta’ taħriġ, biex b’ hekk il-proċess kollu jsir saħansitra aktar sostenibbli. ·        Tagħti importanza kbira lill-provvediment ta’ Sport b’ kollaborazzjoni mal-Konsorzju tat-tiġrijiet taż-żwiemel, SportMalta, Marsa Sports Club, u Marsa Football Club bil-possibilita’ li tattira aktar stakeholders.

FIAU – Multi appellati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull multa li ta l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li ġiet appellata fil-Qorti u ngħatat sentenza? Jista’ jgħid ukoll, kemm kienet kull multa li ħareġ l-FIAU oriġinarjament, meta ħarġet u lil min, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati u kemm iddeċidiet li għandha tkun il-multa l-Qorti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qiegħed jiġi rilevat li t-tali informazzjoni dwar il-multi maħruġa mill-FIAU jiġi ikkomunikat fuq il-website tal-Korp skont il-‘Publication of AML/CFT Administrative Penalties and Measures Policies and Procedures’. Għaldaqstant, il-multi/deċiżjionijiet kollha li jinħarġu fil-konfront tal-persuni suġġetti, kif ukoll jekk l-istess multa ġietx appellata quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) flimkien mal-eżitu tal-istess appell (meta jkun hemm sentenza finali) jiġu kollha ippublikati fuq l-imsemmija website. Multi li jeċċedu l-ħamsin elf ewro (€50,000) jinkludu ukoll l-isem tal-persuna suġġetta kkonċernata. In oltre’, informazzjoni, principarjament l-okkju, dwar il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) jinstabu ukoll fuq is-sistema digitali tal-Qorti ‘eCourts’.

Project Green – Direct Orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders kollha li tat Project Green minn meta bdiet tiffunzjona sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll meta ngħata d-direct order, lil min, kemm kien l-ammont, għal liema skop ingħata u għaliex ingħata bħala direct order?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Droga rkuprata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilogramma ta’ droga li nsterqet minn ġewwa l-barracks tal-Forzi Armata ta’ Malta, fil-lejl tat-23 ta’ Frar 2025, instabu u kemm għadhom ma nstabux? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir sabiex id-droga li ma nstabitx, tinstab?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 26482.

Malta Sports Village Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31961 u jgħid f’liema data twaqqfet il-"Marsa Sports Village Foundation", min huma l-membri tal-bord u x’funzjoni għandu? Meta u kemm-il darba iltaqa’ dan il-bord mit-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-baġit iddedikat għal din il-fondazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – Persuni maħruba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li fl-1 ta’ Jannar 2025 ħarbu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, instabux kollha? Jista’ jgħid ukoll fejn instabu? Jista’ jgħid x’passi  ttieħdu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 12639. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6217 li ngħatat fis-seduta 407 tas-17 ta’ Novembru 2025)

Air Malta - Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31965 u jgħid kemm tħallsu flus f’konsulenzi minn meta l-Air Malta waqqfet il-flight operations fit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u lil min tħallsu? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: KONSULENT AMMONT RSM €396,834.00 Camilleri Preziosi €220,802.28 Borg & Associates €98,077.70 TOTAL €715,713.98

Air Malta - Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f’konsulenzi minn meta l-Air Malta waqqfet il-flight operations fit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u lil min tħallsu? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.