Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19669 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Studenti f’Malta li għandhom l-istatement

Question

Tista’ l-Ministru tgħaddilna l-aħħar numri u persentaġġi tal-istudenti f’Malta li għandhom l-istatement?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 3332 student li għandhom Statement of Needs li jagħmlu 9.74 % tal-popolazzjoni ta’ l-istudenti.

Każ ta’ ħtif ta’ tifla

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-interventi li saru u d-dati ta’ meta ttieħdu ċertu deċiżjonijiet minn aġenzji, pulizija u qrati fil-każ tat-tifla li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ġiet maħtufa minn ommha? Jista’ jgħid f’liema stadju tax-xogħol qegħdin u x’inhuma l-prospetti li t-tifla tirritorna lura Malta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-ħidma ko-ordinata bejn l-entitajiet li jagħmlu parti minn dan il-Ministeru u entitajiet oħra, bħal, fost l-oħrajn, il-Korp tal-Pulizija, hija fuq bażi kontinwa, u mhux biss dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat. Dwar il-kas li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat, ninforma lill-Onor. Interpellant li, issa li hemm deċiżjoni tal-Qrati li dan il-kas huwa kas ta’ ħtif (abduction), għaldaqstant tjiebu l-prospetti biex it-tifla tinġieb lura Malta. Ovvjament, il-kollega jifhem u japprezza li ma nistax naqsam informazzjoni sensittiva dwar il-kas ikkonċernat, dwar il-ħidma li qed issir sabiex it-tifla tinġieb lura f’pajjiżna.

Covid-19 — persuni b'diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mardu persuni b'diżabilità bil-Covid-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diżabilità ma tiġix irreġistrata meta jkunu qed isiru l-investigazzjonijiet tal-każijiet pożittivi bil-Covid-19.

National Disability Strategy

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk Malta għandhiex National Disability Strategy u jekk din hux qed tiġi implimentata?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li Malta għandha Politika Nazzjonali dwar id-Drittijiet ta' Persuna b'Diżabilità li ġiet imnedija fl-2014, it-tfassil ta' Strateġija Nazzjonali tad-Diżabilità ġie konkluz, u din sejra titressaq quddiem il-Kabinett tal-Ministri fil-ġimgħat li ġejjin.

Birkirkara – Triq Dun Filippo Borg – bini ta’ bankina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19197 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18935 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jordna li l-bankina ġdida quddiem binja fi Triq Dun Filippo Borg, Birkirkara, kantuniera ma’ Triq Mannarino tiġi mibnija mill-ġdid, peress li hija perikoluża kif inhi, partikolarment għal anzjani?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-Kunsill tkellem mal-kuntrattur li nfurmah li l-bankina ser jirranġaha biex tirrifletti l-kundizzjoni oriġinali tagħha qabel sar il-bini. Ritratti tal-bankina kif kienet qabel u kif inhi issa jistgħu jinstabu fl-uffiċċju tal-Kunsill.

Ħaddiema li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità – vaċċin kontra l-COVID-19

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux kull ħaddiem li jaħdem ma’ persuni b'diżabilità, ingħatax il-vaċċin kontra l-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tat-tilqim għal kontra l-Covid 19 fi djar ta’ persuni b’di¿abilita’ għadu għaddej.

Ħaddiema li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità – vaċċin kontra l-COVID-19

Question

Tista' l-Ministru tgħid hux kull ħaddiem li jaħdem ma’ persuni b'diżabilità, ingħatax il-vaċċin kontra l-COVID-19?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra
Leg 13 PQ #19485 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħaddiema li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità – vaċċin kontra l-COVID-19

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kull ħaddiem li jaħdem ma’ persuni b'diżabilità, ingħatax il-vaċċin kontra l-COVID-19?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tilqima tal-Covid-19 lil persuni li rċivew trapjant ta' organu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta persuni li rċevew trapjant ta' organu sħiħ se jirċievu t-tilqima kontra l-Covid-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li rċevew trapjant ta' organu sħiħ huma meqjusa bħala vulnerabbli, u bdew jirċievu t-tilqima kontra l-Covid-19 mill-ġimgħa li għaddiet.

Care orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders issa li l-Kap 602 ġie fis-seħħ? Kemm minnhom japplikaw għal tfal li qed ifittxu l-asil? Fejn qed jinżammu (ġew placed) dawn it-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) jikkonferma illi ħarġu total ta’ 2 Ordnijiet ta’ Ħarsien sa mid-data tal-1 ta’ Lulju 2020. L-istess Direttorat jikkonferma illi ma kien hemm l-ebda Ordni għall-minuri li qed ifittxu l-asil. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija fejn qed isaqsi dwar fejn qed jinżammu l-minuri li qed ifittxu l-asil, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi dik il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru għall-Intern s-Sigurta’ Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Birkirkara – Triq Dun Filippo Borg – bini ta’ bankina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18935 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jordna li l-bankina ġdida quddiem binja fi Triq Dun Filippo Borg, Birkirkara, kantuniera ma’ Triq Mannarino tiġi mibnija mill-ġdid, peress li hija perikoluża kif inhi, partikolarment għal anzjani?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #19031 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

FIAU – lista ta’ breaches imwettqa bejn l-2013 u l-2018

Question

B'referenza għad-dokument li qed jingħata separatament u li anke jinsab fuq is-sit tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti kollha simili maħruġa mill-FIAU, ċjoè bil-lista dettaljata ta' x'kienu l-allegati breaches imwettqa minn kull subject person għas-snin bejn l-2013 u l-2018?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qabel ma daħlu fis-seħħ emendi fi Frar 2015, L-Att Kontra Money Laundering (Kapitolu 373) ma kienx jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar penali u miżuri amministrattivi imposti fuq subject persons mill-FIAU. Għalhekk ma tistax tingħata informazzjoni għall-perjodu 2013 sa Frar 2015 peress li din hija konfidenzjali skont il-provvedimenti tal-imsemmi Att. Bis-saħħa tal-emendi ta’ Frar 2015, l-FIAU seta jippubblika informazzjoni dwar penali li jeċċedu Eur1,500 u li ma jkunux appellati (jew, fejn is-sentenza tal-Qorti ikkonfermat id-deċi¿joni tal-FIAU). Wara emendi fl-2018 it-threshold għall-pubblikazzjoni żdiedet għal Eur10,000 u għalhekk l-FIAU seta’ jippubblika biss penali li jeċċedu Eur10,000 u li ma jkunux appellati (jew, fejn is-sentenza tal-Qorti ikkonfermat id-deċiżjoni tal-FIAU). Ta’ min jiġbed l-attenzjoni illi wara emendi li daħlu fis-seħħ fi Frar tal-2020, l-Att Kontra Money Laundering issa jobbliga lill-FIAU jippubblika l-penali u miżuri amministrattivi kollha imposti fuq subject persons, anke jekk tali penali u miżuri jkunu ġew appellati. Skont il-liġi, penali amministrattivi taħt il-Eur50,000 iridu jiġu ppubblikati b’mod anonimu. Fi kwalunkwe każ hekk imsemmi hawn fuq u skont il-proċeduri tal-FIAU, u kif mitlub fir-raba’ direttiva tal-EU kontra il-ħasil tal-flus, kull pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar penali u miżuri amministrattivi hija suġġetta għal perjodu ta’ ħames snin li jibda jgħodd mid-data tal-istess pubblikazzjoni. Għalhekk, kull pubblikazzjoni li taqbeż dan il-perjodu tiġi mneħħija permanentement minn fuq is-sit tal-FIAU. Għalhekk u skont il-ligi, l-FIAU jista jagħti din l-informazzjoni: · Bejn Frar 2015 u Frar 2020 l-FIAU, fil-limiti imposti mill-liġi, ippubblika d-dokumenti li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u li jinsabu fuq is-sit tal-FIAU; · Wara l-emendi fil-liġi ta’ Frar 2020 u tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni, l-FIAU ippubblika d-dokumenti li wkoll qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra u li jinsabu fuq is-sit tal-FIAU.
Leg 13 PQ #19032 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ingaġġ ta’ piloti ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif xahar biss wara li tkeċċew 69 pilota mill-Air Malta f’Lulju li għadda, il-kumpanija statali Malta Med Air ħarġet sejħa għall-impjieg prekarju fil-15 ta’ Lulju 2020 għall-piloti ma’ aġenzija barra minn Malta bl-isem ta’ Brookfield Aviation? Dan sar sabiex jerġgħu jiġu ingaġġati xi piloti li kienu tkeċċew b’kundizzjonijiet u salarji ferm inferjuri? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan jiksirx l-obbligi kuntrattwali tal-Gvern mal-bdoti fil-kwistjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Air Malta ma’ tidħolx f'deċiżjonijiet kummercjali ta’ kumpaniji oħra.
Leg 13 PQ #19033 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta — charter flights lil Med Air

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta ngħatat struzzjonijiet biex tgħaddi charter flights tagħha lill-Med Air u ma toperahhomx hi avolja l-ajruplani tal-Air Malta weqfin u l-bdoti mingħajr xogħol? X’kien l-iskop ta’ dan l-atteġġjament meta għandek l-Air Malta mingħajr revenue streams sostenibbli u f’punt ta’ falliment totali? Taffordja l-Air Malta tirrifjuta x’xogħol u tagħtih lil Med Air?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-impressjoni li qed tipprova tingħata, li mhu jsiru l-ebda titjiriet mill-Air Malta, hi zbaljata u numru ta' titjiriet qed isiru, kif jista’ jivverifika hu stess. Mhux il-kaz lanqas li ngħataw struzzjonijiet biex l-Air Malta tgħaddi charter flights lil terzi jew li ma toperahomx hi stess. Infakkar lill-Onorevoli interpellant li l-pass li jmiss għal-linja nazzjonali tal-ajru hi s-sottomissjoni ta' talba għal għajnuna statali lill-Kummissjoni Ewropea. Din it-talba se tkun qed issir f'Marzu li ġej abba¿i ta' pjan onest u kredibbli biex l-Air Malta tilħaq is-sostennibiltà finanzjarja biex tassigura l-futur tal-kumpanija.
Leg 13 PQ #19034 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Online Lessons għal tfal vulnerabbli u tfal li qegħdin kwarantina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif tfal tas-sekondarja li qegħdin kwarantina se jkollhom online lessons filwaqt li dawk li huma vulnerabbli jew jgħixu ma' xi ħadd vulnerabbli u li ma jmorrux skola fiżikament, qatt ma kellhom online lessons? Hemm ħsieb li dawn l-istudenti vulnerabbli jkollhom online lessons?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru impenjat b'mod kontinwu li jsaħħaħ l-iskola virtwali. F'dan il-każ, l-istudenti vulnerabbli għandhom aċċess għall-iskejjel virtwali minbarra l-lezzjonijiet irrekordjati li sa issa qabżu l-5,000, waqt li jistgħu jżommu kuntatt mal-għalliema tagħhom tal-klassi. Studenti fi kwarantina mhux inklużi fl-iskola Virtwali minħabba li dawn mistennija li jirritornaw lura fi żmien qasir. Bħalma jiġri normalment, diversi għalliema jibagħtu xogħol lil dawn l-istudenti permezz ta’ mezzi bħal MS Teams.
Leg 13 PQ #19035 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Online lessons għal tfal vulnerabbli u tfal li qegħdin kwarantina

Question

Tista’ l Ministru tgħid, x’differenza hemm bejn tfal li qegħdin kwarantina u li se jkollhom online lesson, u dawk li huma vulnerabbli u li se jibqgħu mingħajr online lessons? Dawk ir-raġunijiet kollha għaliex it-tfal vulnerabbli ma tħallewx ikollhom online lessons ma japplikawx għal tfal li qegħdin kwarantina?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi l-Onorevoli interpellant għar-risposta li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 19034.

Persuni li jkunu se jakkumpanjaw persuna għall-kura barra minn Malta – tilqima kontra l-Covid-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li dik il-persuna (ġeneralment qarib sew tal-pazjent/a) li tkun ser takkumpanja pazjent/a għall-kura barra minn Malta, hux se tingħata hi ukoll it-tilqima kontra l-Covid-19 bħall-pazjent,?

Response (FEARNE, CHRIS)

Iva, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li jakkumpanjaw pazjent li jmur għall-kura barra minn Malta minn din il-ġimgħa se jibdew jingħataw t-tilqima kontra l-Covid-19.

L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18586, 18310, 18021 u 17897 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18587, 18311, 18022 u 17898 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.