Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fuq overspeeding fis-Central Link, Ħ’Attard minn mindu bdiet tintuża sal-aħħar ta’ Frar 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-ispeed camera ta Triq in-Nutar Żarb, Attard, twaħħlet f’Ġunju tas-sena 2006. Mid-data tat-twaħħil (26 ta’ Ġunju 2006), sal-aħħar ta’ Frar 2021, inħarġu 106,787 ċitazzjoni marbuta ma’ overspeeding.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi installata speed camera fis-Central Link, Ħ’Attard minħabba problema kbira ta’ sewqan eċċessiv u jekk iva meta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa hemm speed camera ġewwa Attard u li din mhux ser titneħħa.
Attard – Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcuti u Central Link – tħawwil ta’ siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitħawlu s-siġar bejn it-toroq residenzjali (Triq Ferdinand Inglott u Triq Tumas Chetcuti) u s-Central Link, Ħ’Attard?
Response (BORG, IAN)
Central Link Project qed isir b’investiment ta’ €55 miljun biex jonqos il-ħin fl-ivvjaġġar, titjieb il-kwalità tal-ajra u jinħolqu faċilitajiet aktar siguri għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi fir-rotta ta’ toroq ewlenin bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali.
Il-proġett huwa mfassal fuq pjanijiet li kienu parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta tal-2006, li diġà kien identifika l-konġestjoni fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-madwar bħala problema kbira għal Ħ’Attard u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. Infrastructure Malta tejbet il-pjanijiet tal-2006 biex trendihom aktar effiċjenti u sostenibbli għal aktar tul ta’ żmien u biex tnaqqas l-impatti mhux mixtieqa fuq l-art tal-madwar. Fl-istess waqt, żiedet ukoll infrastruturra ġdida għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku jew jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota, faċilitajiet li bħalissa huma kważi ineżistenti f’din iż-żona.
Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs billi jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba’ kilometri f’korsiji ġodda tul din ir-rotta ta’ 4.3 kilometri. Il-proġett se jintroduċi wkoll diversi faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi, fosthom aktar minn 10 kilometri f’passaġġi siguri għall-mixi, faċilitajiet maqtugħin mit-triq biex taqsam minn naħa għall-oħra, faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw b’tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-pajjiż u li se tgħaqqad l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Matul ir-rotta tal-proġett, Infrastructure Malta se tiżviluppa wkoll aktar minn 24,000 metru kwadru f’żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti.
L-istudji dwar il-kwalità tal-arja li saru minn esperti indipendenti matul l-istadju tal-ippjanar tal-proġett juru li bl-eliminazzjoni tal-konġestjoni ta’ bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi, dan l-investiment se jwassal għal titjib kbir fil-kwalità tal-arja f’diversi żoni residenzjali tal-madwar fl-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Fil-fatt, il-proġett se jwassal għal tnaqqis fil-materja partikolata (trabijiet fini) sa 66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żidiet fil-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar fil-futur. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu b’41%. Il-materja partikulata u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-iżjed żewġ fatturi prinċipali tat-tniġġis mill-vetturi, u waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mard respiratorju.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru, Infrastructure Malta fetħet l-ewwel triq ġdida ta’ Central Link Project, karreġġjata b’żewġ korsiji li tevita tliet junctions tat-traffic lights biex tipprovdi rotta eħfef u aktar sigura mill-Imrieħel sal-inħawi ta’ Wied Inċita, f’Ħ’Attard, lejn Ta’ Qali.
Wara diskussjonijiet li kienu saru mar-residenti din it-triq ġdida mhux biss saret b’¿ewġ korsiji flok erbgħa kif kien ippjanat minn amministrazzjonijiet preċedenti, iżda l-periti tal-aġenzija ddisinjawha wkoll b’mod li jkollha l-inqas impatt possibbli fuq l-inħawi residenzjali fil-qrib. Din it-triq ġdida hija mifruda minn tliet toroq residenzjali li hemm viċin, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Oliver Agius u Triq Tumas Chetcuti, b’faxxa li se tkun imħaddra bis-siġar u pjanti, u b’parti oħra mill-korsija ġdida għar-roti u l-mixi. Barra minn hekk, Infrastructure Malta bniet il-parti l-kbira tat-triq ġdida f’livell aktar baxx, madwar sular taħt it-tliet toroq residenzjali, biex tnaqqas ukoll drastikament l-impatt viżiv tagħha. Qed tibni wkoll mill-ġdid dawn it-tliet toroq residenzjali b’bankini ġodda, sistemi tas-servizzi taħt l-art u faċilitajiet oħrajn. F’partijiet mir-rotta se jsiru wkoll crash barriers għal aktar sigurezza ta’ dawk li jkunu għaddejjin mill-inħawi.
Bħalissa qed issir is-sistema ta’ pajpijiet tat-tisqija għas-siġar, u fix-xahrejn li ġejjin se jitħawlu madwar 328 siġra f’din iż-żona, li l-ispeċi tagħhom se jkunu randa, ċipress, ballut u siġra ta’ Ġuda. Dawn huma biss ftit mill-mijiet ta’ siġar li Infrastructure Malta diġà ħawlet u se tkompli tħawwel bħala parti minn dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jiġi installat crash barrier bejn Triq Ferdinand Inglott (il-parti ħdejn l-In Design Showroom) u s-Central Link minħabba li hemm periklu kbir għar-residenti kawża ta’ sewqan eċċessiv?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 19714 tal-istess Seduta.
Tfal u żgħażagħ li bdew il-kuntatt mal-ġenituri tagħhom wara numru ta’ snin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ li kien ilhom numru ta’ snin ma jkollhom kuntatt mal-ġenituri tagħhom u li reġgħu bdew dan il-kuntatt matul is-snin 2013 – 2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-prinċipju tad-dritt li t-tfal jkollhom aċċess mal-ġenituri tagħhom joħroġ kemm mill-kodiċi ċivili ta’ pajjiżna u minn sentenzi anki riċenti tal-Qrati tagħna. Is-servizz tal-Looked After Children meta kien jagħmel parti mill-Aġenzija Appoġġ u issa li jagħmel parti mid-Direttorart għall-Ħarsien (Kura) Alternattiv, minn dejjem ħadem biex jiffaċilita dan l-aċċess. Dan b’ mod partikolari fil-każijiet fejn dan l-aċċess kien waqaf għal xi żmien.
Servizz tal-Protezzjoni tat-Tfal – rapporti ta’ abbuż fuq minuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ abbuż fuq minuri, lis-Servizz tal-Protezzjoni tat-Tfal matul is-snin 2013-2020? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati matul dawn l-istess snin? Kemm minn dawn l-investigazzjonijiet ġew imressqa l-Qorti matul dawn is-snin? Kemm minn dawn l-investigazzjonijiet, li dehru quddiem il-Qorti, irriżultaw fl-infurzar ta’ Ordni ta’ Ħarsien matul dawn is-snin? Kemm kien hemm minuri li tpoġġew taħt Ordni ta’ Ħarsien matul dawn is-snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda biex ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-servizz illi illum hu magħruf bħala t-tali Direttorat, stabilixxa ruħu bħala direttorat indipendenti fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali fl-1 ta’ Jannar 2020. Qabel din id-data is-Servizz għall-Protezzjoni tat-Tfal kien jifforma parti integrali mis-servizzi li joffru għajnuna lil minuri taħt il-kappa tal-Aġenzija Appoġġ. Id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jagħmel riferenza ukoll għall-fatt illi l-Att 602, ossia l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2020, u b’hekk skattaw it-termini tal-liġi li jirrikjedu li l-każijiet tal-minuri jidhru quddiem Qorti tal-Maġistrati.
Bejn is-sena 2013 u s-sena 2020 is-Servizz għall-Protezzjoni tat-Tfal kif kien magħruf fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u, mill- l-1 ta’ Jannar 2020 ’l hawn, id-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri, irċievew total ta 6,838 rapport.
Ir-rapporti kollha elenkati f’dan il-perjodu ġew investigati u ma hemm l-ebda każ illi ma ġiex meqjus mis-Servizz / Direttorat in kwistjoni. Sena, sena l-għadd ta’ rapporti li daħlu u ġew investigati kienu kif ġej:
i. 2013 – 784 każ
ii. 2014 – 821 każ
iii. 2015 – 874 każ
iv. 2016 – 790 każ
v. 2017 – 628 każ
vi. 2018 – 549 każ
vii. 2019 – 1,174 każ
viii. 2020 – 1,218 -il każ
Id-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri ressaq quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Minorenni ai termini tal-artikolu 19 tal-Kap 602, 13 il-każ u dawn kollha tressqu quddiem il-Qorti bejn Lulju 2020 sa Diċembru 2020. Preċedentament, ir-rimedju tas-Servizzi tal-Protezzjoni tal-Minuri ma kinux ġudizzjarji, iżda kien hemm mekkaniżmu differenti fejn il-professjonisti kienu jressqu applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħarsien quddiem il-Ministru hekk skont id-disposiżżjonijiet tal-Att 569, illi illum m’għadux in vigore. Biss, skont l-istess Att 569, il-ġenituri in causa kellhom il-fakultà illi jappellaw, quddiem l-Qorti tal-Minorenni, id-deċiżjoni tal-Ministru, u minn dawn l-appelli kien hemm total ta’ 120 dehra quddiem il-Qorti. Dawn id-dehriet jinqasmu bil-mod sussegwenti:
i. 2013 – 29 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni
ii. 2014 – 21 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni
iii. 2015 – 11 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni
iv. 2016 – 4 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni
v. 2017 – 6 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni
vi. 2018 – 20 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni
vii. 2019 – 39 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni
viii. 2020 – 15 appell quddiem l-Qorti tal-Minorenni (dan in-numru jwassal sal-aħħar ta’ Ġunju 2020).
Sabiex tingħata risposta ġusta u korretta għall-mistoqsija, “kemm minn dawn l-investigazzjonijiet li dehru quddiem il-Qorti irriżultaw f’infurzar ta’ Ordni ta’ Ħarsien”, wieħed irid jiddistingwi l-istatitika li kienet ai termini tal-Att 569 li kellu ġurisdizzjoni ċivili, u l-istatistika ai termini tal-Att 602 li s’issa għandha ġurisdizzjoni Kriminali.
Dawk il-każijiet kollha, illi dehru għall-appell quddiem il-Qorti tal-Minorenni bejn is-sena 2013 u Ġunju tas-sena 2020, ossia 120 każ, kollha ġew ikkonfermati għall-Ordni ta’ Ħarsien. Tajjeb li wieħed jirrimarka illi din il-Qorti ma assenjatx l-Ordni ta’ Ħarsien, iżda il-Qorti kellha l-inkargu li tirrevedi l-mertu tal-każ u b’hekk tikkonferma l-ordni. Sussegwentement, wara li daħal fis-seħħ l-Att 602, id-Direttorat ippreżenta total ta’ 13 -il każ, u minn dawn ġew ordnati li jinħarġu 2 Ordnijiet ta’ Ħarsien. Sal-lum, il-maġġor parti ta’ dawn il-każijiet huma sub judice.
It-total akkumulattiv tal-Ordnijiet kollha ta’ Ħarsien li nħarġu bejn Jannar 2013 sa Diċembru 2020, kien ta’ 209, li huma mqassma kif indikat tajjeb hawn taħt;
i. 2013 – 33
ii. 2014 – 27
iii. 2015 – 21
iv. 2016 – 9
v. 2017 – 15
vi. 2018 – 50
vii. 2019 – 39
viii. 2020 – 15
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm foster carers u tfal fostered matul is-snin 2013-2020 (kemm fostered ma’ membri tal-familja u anke ma’ familji oħrajn)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li diġa’ tajt, għall-mistoqsijiet parlamentari 18887, 18888 u 18889, fejn kont diġà preżentajt l-istatistika kollha għas-snin 2000 – 2020, dwar is-suġġett tal-fostering.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li tpoġġew ma’ foster families matul is-snin 2013 – 2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Tfal li ġew
placed
fil-
foster care
2013
26
2014
28
2015
16
2016
7
2017
26
2018
50
2019
39
2020
31
2021
Il-figuri jiġu rrappurtati wara 30 ta’ Ġunju u 31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Mill Fostering jirriżulta li kien hemm żieda fl-aħħar snin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li kienu qed jistennew biex jiġu fostered matul is-snin 2013 -2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’ tfal jistennew
fostering placement
sal-aħħar ta’ kull sena
2013
2
2014
3
2015
20
2016
41
2017
46
2018
37
2019
41
2020
35
2021
Tagħrif jiġi ppublikat wara t-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizz qed jiġi mogħti lill-minuri meta dawn jiġu mitluba biex jidhru quddiem il-Review Board?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Bord ta’ Reviżjoni (Review Board) huwa mwaqqaf skont id-diżposizzjonijiet ta’ Artiklu 31 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-funzjonijiet ta’ dan il-Bord ta’ Reviżjoni huma dettaljati f’ Artikoli 32 – 35 tal-istess Att.
Mil-lat operattiv, imbagħad, il-minuri jkunu assititi b’mod komprehensiv, u professjonali, mill-professjonisti varji li jaħdmu kemm mad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri u kemm mad-Direttorat għall-Ħarsien Alternattiv.
Fost l-oħrajn:
· Jitħejja l-Pjan ta’ Kura (
Care Plan
) wara li tkun ħarġet l-Ordni ta’ Ħarsien u jsiru l-aġġornamenti meħtieġa għall-Bord ta’ Reviżjoni kif dettat mill-liġi;
· Bi tħejjija għall-Bord ta’ Reviżjoni, isiru laqgħat msejħin
Case Reviews
, fejn il-pjan ta’ kura tal-minuri kkonċernat/a jiġi diskuss mal-partijiet involuti. Il-minuri huwa parti integrali minn dawn il-laqgħat sabiex il-pjan ta’ kura li jkun ser jiġi preżentat waqt il-laqgħa tal-Bord ta’ Reviżjoni jkun wieħed ibbażat fuq ix-xewqat tal-istess minuri;
· Hekk kif tgħid il-Liġi ta’ Malta rigward Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), Kapitlu 602, il-Bord ta’ Reviżjoni jitlob lill-minuri sabiex jattendi għall-laqgħa, wara li jkun iltaqa’ mal-professjonisti involuti, u n-nies li jieħdu ħsieb lill-minuri kemm jekk jirrisjedu ma’
Foster Carers
, u kif ukoll jekk jirrisjedu ġewwa dar residenzjali. F’ dawn il-laqgħat, ikun preżenti l-minuri flimkien mal-ħaddiema soċjali tiegħu mis-servizz tal-
Looked After Children
.
· Meta tkun ser tasal din il-laqgħa mal-Bord ta’ Reviżjoni, il-ħaddiem soċjali ewlieni/ewlenija mis-servizz tal-
Looked After Children
jiltaqa’ mal-minuri sabiex jagħtuhom is-sapport kollu qabel waqt u wara l-laqgħa mal-Bord. Il-preżenza tal-minuri hija importanti, ‘l għaliex il-vuċi tal-minuri għandha tinstema’ u tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Barra minn hekk, il-ħaddiema soċjali jinvolvu wkoll lill-persuni li jieħdu ħsieb lit-tfal bħal
foster carers
u
care workers
, sabiex ikomplu jippreparaw lit-tfal b’mod adekwat sakemm tasal il-ġurnata tal-Bord. Dan isir minħabba l-fatt illi l-ħaddiema soċjali ikunu bnew relazzjoni kemm mal-minuri li huma jsegwu u kemm ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom u b’hekk dan kollu jgħin biex il-minuri jħossuhom aktar komdi meta jidhru quddiem il-Bord. Aktar importanti minn hekk, huwa l-fatt li kull deċiżjoni li tittieħed u / jew tkun proposta min-naħa tal-professjonisti tagħna ssir dejjem abbażi tal-prinċipju li dejjem għandu jiġi mħares l-awqa interess tal-minuri.
Servizz Looked After Children – turnover ta’ ħaddiema soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turnover ta’ ħaddiema soċjali fis-servizz tal-Looked After Children mis-sena 2000 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Turnover ta' Ħaddiema Soċjali
LOOKED AFTER CHILDREN
Riżenji
Ingaġġati
2010
0
0
2011
0
3
2012
1
4
2013
1
1
2014
0
0
2015
0
0
2016
0
0
2017
0
19
2018
0
5
2019
0
5
2020
0
5
TOTAL
2
42
N.B. Minħabba raġunijiet ta’ Data Protection (GDPR), tagħrif għas-snin preċedenti, qabel l-2010, mhuwiex aktar disponibbli.
Supervised Access Visits — Ħaddiema li jipprovdu servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turnover ta’ ħaddiema li jipprovdu servizz ta’ Supervised Access Visits mis-sena 2000 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
SUPERVISED ACCESSED VISITS (Turnover ta' Ħaddiema)
SOCIAL SUPPORT WORKER (jagħmlu xogħol ta' superviżjoni)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2016
1
4
2017
8
15
2018
9
14
2019
7
5
2020
1
4
Sub-Total
26
42
SOCIAL WELFARE PROFESSIONAL (jagġmlu xogħol ta' superviżjoni)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2010
0
1
2011
0
1
2017
0
7
2018
4
7
2019
6
12
2020
7
3
Sub-Total
17
31
Ħaddiema Soċjali (SOCIAL WORKER)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2010
1
0
2019
0
3
2020
0
1
Sub-Total
1
4
SUPPORT WORKER (jgħinu fix-xogħol ta' superviżjoni)
SENA
Riżenji
Ingaġġati
2017
0
2
2018
1
0
2019
0
2
2020
0
4
Sub total
1
8
TOTAL SĦIĦ
45
85
N.B.
Minħabba raġunijiet ta’ Data Protection (GDPR), tagħrif għas-snin preċedenti, qabel l-2010, mhuwiex aktar disponibbli.
Mis-sena 2010 ’l hawn fejn hemm sena maqbuż taħt kull kategorija dan huwa għax ma kienx hemm ċaqlieq f’ dik is-sena partikolari.
Il-maġġoranza assoluta ta’ ingaġġi, u allura anki riżenji, saru mill-2016 ’l hawn wara li kien ngħata l-capacity building meħtieġ (minħabba ż-żieda fid-domanda) biex dan is-servizz jimpjega l-personnel meħtieġ bi kwalifiċi fuq bażi full time minflok il-casual part-timers kif kien isir qabel u li mhux dejjem kienu jkunu kwalifikati.
Persuni li għamlu trapjant tal-mudullun – tilqima kontra l-COVID-19
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jirċievu t-tilqima kontra l-COVID-19, dawk il-persuni li għamlu trapjant tal-mudullun?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19412, ninfurmah ukoll illi l-kategoriji ta’ persuni li huma vulnerabbli li jikkwalifikaw għal vaċċin huma skont l-Avviż Legali 111 tal-2020. Persuni li għamlu trapjant ta’ kull ġeneru huma mniżżla bħala parti mill-grupp ta’ persuni vulnerabbli.
Il-prijorita’ għal dawn il-kategoriji ġiet meħuda mill-lista ta’ riskju ppubblikata mis-
Centers for Disease Control.
Ħaddiema li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità – vaċċin kontra l-COVID-19
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19484 u tgħid hux kull ħaddiem li jaħdem ma’ persuni b'diżabilità, ingħatax il-vaċċin kontra l-COVID-19?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 557 ħaddiem li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità fi djar li huma liċenzjati mill-Awtorita’ ta’ Standards ta' Ħarsien Soċjali, li setgħu jieħdu l-vaċċin u li taw il-kunsens tagħhom, ingħataw l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, bl-għan li t-tieni doża tkun ngħatat sad-19 ta’ Marzu 2021.
Studenti li qed jispiċċaw barra mis-sistema edukattiva obbligatorja
Question
Tista’ l-Ministru tgħidilna jekk il-Ministeru jew id-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’Malta hux qed iżomm rekord, u rekord aġġornat, dwar in-numri ta’ studenti fil-livell primarju, u fil-livell sekondarju li għal xi raġuni, fosthom l-esklużjoni, qed jispiċċaw barra mis-sistema edukattiva obbligatorja? Jekk iva, tista’ tgħaddilna n-numri tal-istudenti fil-livell primarju, u fil-livell sekondarju b’mod separat skont it-tip għall-aħħar 5 snin, li għal xi raġuni qed jispiċċaw barra mis-sistema edukattiva obbligatorja?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema edukattiva li qed inħaddnu ma tippermetti l-ebda student jispiċċa barra mis-sistema edukattiva obbligatorja.
Tista’ l-Ministru telenka liema policy jew gwida titħaddem għall-proċess attwali ta’ statementing b’rabta mal-aċċess għall-appoġġ u jew servizzi fl-iskejjel jew edukazzjoni bi ħtiġijiet speċjali? Liema hi l-gwida tal-proċedura u tal-appoġġ mogħti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu linji gwida ta’ proċedura biex skejjel jirreferu tfal lil Statementing Board. Id-dokument li qed nirreferi għalih huwa dak imsemmi ta' "The Statementing Process: Referral Guidelines for Schools".