Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta – serq u tbagħbis ta’ meters

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il dikjarazzjoni ta' serq u tbagħbis ta' meters daħlu għand l-Enemalta minn meta l-Gvern ħabbar maħfra lil min seraq l-elettriku? Tista' tagħti break down skont il-lokalità ta' fejn kienu jinsabu dawn il-meters? Tista' tgħid kemm-il dikjarazzjoni ġiet mingħand negozji u kemm minn djar residenzjali? Min kienu l-membri tal-kumitat li aċċettaw dawn id-dikjarazzjonijiet? Kemm kien l-ammont li l-Gvern irċieva minn dawn id-dikjarazzjonijiet? Min huma l-avukati li qed jirrappreżentaw lill-Enemalta f'dawn il-każijiet u kemm qed jitħallsu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Enemalta – każijiet dwar spejjeż kawżati fi djar kawża ta’ ħsarat fil-provvista tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' każijiet li tressqu lill-Enemalta dwar spejjeż ikkawżati fi djar f'Malta u Għawdex kawża ta' ħsarat fil-provvista tad-dawl, kawża minn qtugħ tal-provvista jew xort’oħra mill-Enemalta jew mill-power station fis-snin 2019, 2020, 2021 u 2022?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Enemalta rċeviet 613-il talba għal kumpens minħabba allegat ħsarat jew qtugħ fil-provvista tal-elettriku. Fl-istess perjodu rċeviet 241 talba oħra għal kumpens għal ħsarat oħra fosthom f’bini jew vetturi allegatament ikkawżati mill-infrastruttura tal-Enemalta. L-ebda waħda minn dawn it-talbiet ma kienet dovuta kawża ta’ qtugħ tal-provvista mill-Power Station.

Impjanti tal-Magħtab/Għallis – gass maqbud

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-ammonti ta' gassijiet li ġew maqbuda s'issa (xahar b’xahar u sena b’sena) mill-Impjant tal-Magħtab/Għallis? X'sar minn dan il-gass? Tista' tgħid jekk ġiex iġġenerat xi elettriku minn dan is-sors ta' enerġija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 2 tabelli bl-informazzjoni mitluba tal-gassijiet li ġew maqbuda s'issa. Dan il-gass ġie ttrattat kif spjegat hawn taħt. It-tabella A - Għallis Landfill - turi ġimgħa b'ġimgħa (kol B): • l-ammont ta' gass tal-miżbla ġġenerat mill-miżbla tal-Għallis ittrattat permezz tas-CHP, mill-2012 (kol C) sal-2023 (kol AF) • l-enerġija ġġenerata permezz tas-CHP mill-2012 (kol D) sal-2023 (kol AH) • l-ammont ta' gass flared, mill-2016 (kol L) sal-2023 (kol AG) · ringiela 58 turi l-valur annwali Tabella B - Magħtab + Żwejra - turi ġimgħa b’ġimgħa (kol B) l-ammont ta’ gass ittrattat permezz ta’ RTO mill-2013 (kol C) sal-2023 (kol M). Filwaqt li ringiela 58 turi l-valur annwali.

FIAU – Compliance Monitoring Committee — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pakketti finanzjarji li għandhom il-membri tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-FIAU ‘Compliance Monitoring Committee’ mhuma mħallsin l-ebda salarju jew paga jew xi tip allowance talli jkunu parteċipi f’dan il-kumitat.

MFSA – Executive Commitee — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pakketti finanzjarji li għandhom il-membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – Executive Commitee – membri li ddikjaraw kunflitt ta’ interess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm istanzi fis-snin 2020, 2021 u 2022 fejn membri tal-Executive Committee fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) iddikjaraw kunflitt ta' interess u ma pparteċipawx f'deċiżjonijiet? Meta kienu dawn l-istanzi u liema kienu l-membri tal-Executive Committee?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Il-11-il Distrett Elettorali – speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn huma installati l-ispeed cameras fil-11-il Distrett Elettorali, kemm hu l-ispeed limit għal kull camera, kemm hemm tabelli li jindikaw li hemm speed camera fil-qrib u kemm hemm tabelli qabel kull camera li jindikaw l-ispeed limit?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta mal-postijiet ta’ speed cameras, għandu jirreferi għat-tweġiba li qed jingħata għall-mistoqsija numru 6003. Għall-bqija tal-informazzjoni, tlabt li din tinġabar.

Transport Malta – rapporti permezz ta’ SMS dwar emissjonijiet ta’ duħħan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport b’SMS daħal għand Transport Malta dwar emissjonijiet ta’ duħħan minn karozzi fl-2022 u jgħid kemm ittieħdu azzjonijiet f’dan ir-rigward? Kemm-il karozza m'għaddietx mit-test? Kemm jiswa SMS?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ħ’Attard – Triq il-Linja — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmak fl-aħħar parti ta’ Triq il-Linja f’Ħ’Attard, liema parti tmiss ma’ Triq l-Imdina?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5805. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1314 li tpoġġa fis-Seduta 85 tas-6 ta' Frar 2023 )

Pulizija – ċitazzjonijiet fuq speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet tal-ispeed cameras matul l-2022 maqsumin skont il-camera?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ kemm ingħataw ċitazzjonijiet tal-ispeed cameras matul l-2022 maqsumin skont il-camera huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta – persuni li nqabdu jisirqu d-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jisirqu d-dawl? Tista’ tgħid kemm minn dawk li nqabdu, tressqu l-Qorti bejn l-2015 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta kellha 1,075 każ ta’ suspett ta’ serq ta’ elettriku. Fit-23 każ minnhom saret kwerela lil pulizija. F’erba’ każi oħra, l-Enemalta ħadet passi ċivilment. Fil-maġġoranza tal-każi, ma kienx hemm bżonn passi ulterjuri għaliex kif tipprovdi l-liġi sar ftehim bejn l-Enemalta u l-konsumaturi.

Dentistrija – istituzzjonijiet edukattivi – programmi ta’ edukazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il istituzzjoni edukattiva għamlet talbiet mal-Kunsill Mediku sabiex ikunu akkreditati/reġistrati biex joffru programmi ta' edukazzjoni ogħla li jwasslu għall-dottorat jew baċellerat fid-dentistrija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Mediku irċieva applikazzjoni waħda minn istituzzjoni sabiex toffri programmi ta' edukazzjoni ogħla li jwasslu għall-dottorat jew baċellerat fid-dentistrija.

Lista ta’ benefiċjarji tal-iskema Construction Industry Scheme

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' benefiċjarji tal-iskema tal-Malta Enterprise 'Construction Industry Scheme' li ħarġet fis-sena 2020 inkluż l-ismijiet ta' kull benefiċjarju, kemm ingħata u l-proġett għaliex ingħata l-grant?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hi koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji. L-ammont ta’ assistenza approvata lill-40 benefiċjarju taħt l-iskema Support for the Construction Indusry to Replace existing machinery with new, more Environmentally Friendly Machinery and Equipment tammonta għal 4 miljuni. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet wara li jsir dan l-investiment ser ikun: Unburnt Hydrocarbon HC9g): 83% Carbon Dioxide CO2 kg:50.5% Carbon Monoxide CO (g): 80.8% Nitrogen Oxides Nox: 96.45% Particulate Matter PM: 91% Sulphur Dioxide SO2: 42%
Leg 13 PQ #23108 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għola – żieda fin-numru ta’ studenti barranin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk bil-ftuħ tal-Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għolja tal-Istat ġiex imħabbar żieda qawwija fin-numru ta' studenti barranin? Tista’ tinforma lill-Kamra bin-nazzjonijiet diversi u tgħid minn fejn ġejjin dawn l-istudenti barranin, in-numru ta’ studenti minn kull nazzjon, kemm minn dawn l-istudenti qed jingħataw edukazzjoni b'xejn u kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu l-miżati sħaħ skont kif imħabbra mill-istituzzjonijiet infushom? Kemm minn dawn l-istudenti barranin jgħixu f'Malta permanenti mal-ġenituri tagħhom, u kemm ġew apposta minn pajjiżhom biex jistudjaw f’Malta? Kemm minn dawn l-istudenti barranin li qed jistudjaw fl-istituzzjonijiet tal-Istat ġew permezz tal-programm Ewropew ta’ skambju Erasmus Plus?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni dwar l-istudenti barranin li jattendu l-Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għolja, in-nazzjonalità u n-numru ta’ studenti minn kull nazzjon, hija kif muri fit-tabella hawn taħt: Nazzjonalit à Studenti Albanian 11 American 10 Australian 6 British 47 Bulgarian 54 Canadian 7 Chinese 11 Croatian 6 Danish 11 Dutch 8 Egyptian 11 Eritrean 8 Ethiopian 7 Filipino 24 French 8 German 13 Hungarian 23 Icelander 13 Indian 138 Irish 6 Italian 81 Latvian 7 Libyan 58 Macedonian 20 Nigerian 20 Pakistani 11 Polish 10 Romanian 24 Russian 9 Serbian 70 Slovakian 6 Somali 9 South African 5 Spanish 7 Sudanese 5 Syrian 26 Thai 5 Turkish 20 Others 73 minn 38 pajjiż Grand Total 900 Minnhom bħalissa hemm 773 li qegħdin jirċievu edukazzjoni b’xejn. Uħud jistgħu jintalbu jħallsu f’Jannar jekk l-eżenzjoni tal-ħlas pprovduta mill-Ministeru ma’ tinħariġx minħabba nuqqas ta’ eliġibbiltà. Hemm 127 qegħdin iħallsu għal kors. Infurmata wkoll li 773 student jgħixu Malta filwaqt li 127 ġew speċifikament biex jistudjaw. Minnhom 62 qegħdin fuq ERASMUS.
Leg 13 PQ #22029 Sitting 488 2021-07-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – Kumitat Eżekuttiv – laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kienu d-dati fl-2020 u 2021, li fihom iltaqa' l-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta? Min kien preżenti għal dawn il-laqgħat, laqgħa, b'laqgħa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat E¿ekuttiv iltaqa ’wieħed u ħamsin (51) darba fl-2020, u tnejn u għerbin (42) darba fl-2021. Madankollu, minħabba obbligi ta’ protezzjoni tad-dejta u kunfidenzjalità, l-MFSA hija pprojbita milli tizvela kwalunkwe dejta personali tal-parteċipanti fir-rigward ta’ laqgħat bħal dawn. Id-dati meta ltaqa' l-Kumitat Ezekuttiv qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward min huma l-membri tal- Kumitat Ezekuttiv għall-perjodu in kwistjoni, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 18647.
Leg 13 PQ #22030 Sitting 488 2021-07-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

FIAU – Central Monitoring Committee – laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien preżenti fil-laqgħat tas-Central Monitoring Committee tal- Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) laqgħa b'laqgħa għas-sena 2020 u għas-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CMC huwa kumitat intern tal-FIAU stabbilit sabiex jassisti lil tali Korp fir-responsabbiltajiet tiegħu ta’ AML/CFT relatati mal-infurzar amministrattiv. Il-Compliance Monitoring Committee (u mhux Central Monitoring Committee) huwa kkostitwit kif gej: I) Direttur li għandu jaġixxi bħala president tas-CMC; II) Deputat Direttur li għandu jaġixxi bħala president tas-CMC fl-assenza tad-Direttur; III) Kap tat-Taqsima għall-Infurzar ( Enforcement Section ); IV) Wieħed mill-uffiċjali tat-Taqsima Legali ( Legal Affairs Section ) li ma huwiex taħt il-grad ta’ uffiċjal anzjan ( Senior Officer ); V) Wieħed mill-uffiċjali tat-Taqsima għall-Infurzar ( Enforcement Section ) li ma huwiex taħt il-grad ta’ uffiċjal tal-infurzar anzjan ( Senior Enforcement Officer ); u VI) Wieħed mill-uffiċjali mit-Taqsima għall-Infurzar ( Enforcement Section ), li għandu jaġixxi bħala segretarju tas-CMC. Rigward min huma l-membri tac-CMC ghall-perjodu in kwistjoni, din l-informazzjoni ma tistax tinghata skond l-artiklu 34 ta’ l-Att kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terrorizmu.

Rapporti ta’ servizzi fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn saru rapporti dwar servizzi fit-toroq li qed isiru f’Malta u Għawdex? Jista’ jipprovdi r-rapport tas-servizzi tal-pajpijiet tar-rain water culverts u tad-drainage system kemm tat-toroq residenzjali kif ukoll tat-toroq kollha li saru jew qed isiru anke jekk parzjalment minn fondi tal-Unjoni Ewropea speċjalment tal-Flyover tal-Marsa u tas-Central Link?

Response (BORG, IAN)

Peress li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent fit-toroq, b’ħafna u ħafna xogħlijiet f’kull lokalità biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità ogħla wara għexieren ta’ snin ta’ telqa, u peress li jeżistu ħafna tipi ta’ rapporti, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Agius jispeċifika eżattament x’tip ta’ rapporti jrid kopja tagħhom u għal liema toroq eżattament qed jagħmel referenza għalihom. Peress li fil-Marsa hemm seba’ strutturi ta’ flyovers u mhux waħda, jista’ wkoll l-Onorevoli Agius jindika għal liema waħda qed jirreferi? Fl-aħħarnett, jista’ jispeċifika għal liema mit-toroq li qed jinbnew mill-ġdid permezz ta’ Central Link Project qed jirreferi?

Inclusion Fund – flus minn applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-flejjes li rċeviet l-Awtorità tal-Ippjanar, grazzi għall-Inclusion Fund hekk kif muri mir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20881, kemm għaddiet flus l-istess awtorità lill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità mill-2014 sa meta tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-pagamenti, u bid-data ta’ meta dawn ġew magħmula?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar gabret €183,086 għall-Inclusion Fund. 10% tal-ammonti miġbura nżammu mill-Awtorità biex ikopru spejjeż amministrattivi tal-fond tal-istess Awtorità. Dawn jammontaw ghal €18,308.60. Minn dawn il-flus, l-Awtorità għaddiet €99,243 lill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Id-dati ta’ meta ġew magħmula l-pagamenti huma kif rappurtati fit-tabellali qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Pagament ieħor ta’ €18,423.00 bhalissa qed jiġi pproċessat u l-bilanċ ta €47,111.40 ikun jista’ jiġi trasferit meta tiġi ppreżentata l-commencement notice rispettiva tal-iżvilupp li fuqu nġabret il-kontribuzzjoni.

Tal-Pietà – parkeġġ fi Triq Zammit Clapp u Vjal l-Indipendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew jekk preżentament hemmx, applikazzjonijiet għand l-Awtorità tal-Artijiet sabiex il-parkeġġ indikat fil-mistoqsija parlamentari 20882, jgħaddix taħt il-ġestjoni ta’ xi entità? Jekk iva, liema hi l-entità jew entitajiet li qed jagħmlu din it-talba, għal liema skop u taħt liema titolu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m`hemm ebda applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Artijiet biex il-parkeġġ indikat fil-mistoqsija parlamentari 20882 jgħaddi taħt il-ġestjoni ta` xi entita.