Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prodotti tas-CBD/THC - Tikkettar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’regoli jirregolaw it-tikkettar, deskrizzjoni tal-prodott, u kwalunkwe “wellness claims” għal prodotti tas-CBD/THC, u kif jiġu investigati u ssanzjonati pretensjonijiet qarrieqa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nagħrraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

ARUC – Qligħ Annwali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qligħ li għamlet l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC – Rapport Annwali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 34136 u 34263 dwar ir-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), fejn ġie mwieġeb li “r-rapport operattiv annwali ġie mħejji mill-Awtorità skont kif previst fil-Kap. 628 tal-Liġijiet ta’ Malta.”, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 34263.

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34138, 34296 u 34475 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 14 PQ #34474 Sitting 436 - 23/02/2026 16:00 2026-02-23 Oral · Final From: DAVID AGIUS (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ARUC - Rapport Annwali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34263, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 32463. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6601 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 24 ta' Frar 2026 f'Seduta 437

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34138 u 34296 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC - Lista ta’ Cannabis Harm Reduction Associations

Question

Fid-dawl li l-lista ta' Cannabis Harm Reduction Associations hija pubblika u l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) mhux qed tipprovdi lista tal-kumpaniji privati li jiffurmaw l-istess assoċjazzjonijiet biex jipprovdu s-servizzi tagħhom, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-ARUC tistax tipprovdi, a fini ta' trasparenza, lista aġġornata ta' kull Cannabis Harm Reduction Association liċenzjata u l-kumpaniji privati (for profit) li ġew imwaqqfa u rreġistrati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis tagħti liċenzji biss lil assoċjazzjonijiet li joperaw fuq bażi ta’ mingħajr profitt ( not for profit ) li jkunu rreġistrati magħha stess sabiex ikabbru u eventwalment jiddistribwixxu l-kannabis lill-membri rispettivi tagħhom. Tajjeb jiġi rrimarkat illi l-assoċjazzjonijiet huma mwaqqfa minn individwi fil-kapaċità personali tagħhom u li jkunu qegħdin jaġixxu biss f’isimhom. In oltre, l-assoċjazzjonijiet jiksbu s-servizzi tagħhom mingħand diversi kumpaniji terzi skond in-natura tas-servizz meħtieġ.  F’dan l-isfond, l-Awtorità tiżgura li l-prezzijiet imħallsa lill-kumpanijit terzi huma skond ir-rati tas-suq għal servizzi simili jew kumparabbli f’setturi oħra.

Cannabis Harm Reduction Associations - Spezzjonijiet - Parametri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat tal-parametri ta’ kif issir spezzjoni ġewwa Cannabis Harm Reduction Association u l-eżitu ta' dawn l-ispezzjonijiet bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi l-ispezzjonijiet isiru billi l-ispetturi  ta’ l-ARUC jivverifikaw li l-Cannabis Harm Reduction Associations qed joperaw skond il-parametri tal-ligijiet, regolamenti u direttivi applikabbli. Matul kull spezzjoni, tiġi adottata l- four eye principle u għalhekk ikun żgurat li tali spezzjonijiet ma jitwettqux minn uffiċjal wieħed

ARUC - Cannabis Harm Reduction Associations - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-inspectors tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) fuq Cannabis Harm Reduction Associations bejn Jannar 2024 u Jannar 2026, maqsuma bejn: i.    is-sit ta’ kultivazzjoni; u ii.   is-sit ta’ distribuzzjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-interpellant l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), permezz tal-Compliance and Enforcement Unit, għamlet 101 spezzjoni fis-siti ta’ kultivazzjoni ta’ Cannabis Harm Reduction Associations filwaqt illi fir-rigward ta’ distribution sites saru 51 spezzjoni.

ARUC - Inspectors

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm inspectors jaħdmu mal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), meta dawn ġew ingaġġati u b’liema proċess? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-livell ta' edukazzjoni rikjest?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi preżentament hemm żewġ (2) inspectors li qed jaħdmu fi ħdan il-Compliance and Enforcement Unit tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis flimkien maċ-Chief Officer rispettiv. Dawn l-inspectors ġew reklutati s-sena l-oħra permezz ta' proċess ta' reklutaġġ estern, li nħareġ pubblikament u twettaq matul il-perjodu minn April sa Ġunju. Ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà stabbiliti għal dan ir-rwol kienu kif ġej: ·        Kwalifika fil-Livell 4 tal-MQF (Livell Avvanzat jew ekwivalenti) jew ·        Kwalifika fil-Livell 3 tal-MQF (Livell Ordinarju jew ekwivalenti) flimkien ma' tliet (3) snin ta' esperjenza ta' xogħol rilevanti. F’dan l-isfond tajjeb jiġi nnotat ukoll illi riċentament l-Awtorita’ għamlet process ta’ recruitment sabiex jiġu ngaġġati aktar Spetturi li sfortunatament ma ħalliex il-frott mixtieq u bħalissa għaddej process ta’ recruitment ieħor.

Cannabis Harm Reduction Associations

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34137 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport jew jagħti dettalji tat-total ta’ pjanti tal-kannabis li ġew ikkultivati mill-Cannabis Harm Reduction Associations bejn Jannar 2024 u Diċembru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kilogramma ġiet imqassma lill-membri u kemm minnha ntremiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant, li kif gejt infurmat mill-ARUC  bejn Jannar 2024 u Dicembru 2025 ġew imqassma 1,087kg ta’ kannabis u ġew imkabbra 21,372 pjanta mill-Assocjazzjonijiet imsemmija. Minn dawn, ġew distruti b’mod responsabbli u sigur 5,749 kg materjal użat għat-tkabbir u materjal tal-pjanta li ma għandux użu fil-konsum tal-kannabis.

Atleti pożittivi għad-doping

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34140 u jgħid mil-liema dixxiplina sportiva nstabu pożittivi għad-doping atleti fl-2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infrumat li matul is-snin imsemmija id-dixxiplini sportivi affetwati kienu basketball, football, handball, hockey, powerlifting u r-regatta.

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34138 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC – Rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34136 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), hekk kif previst f'Artikolu 18 tal-Att li jirregola l-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern, u l-qligħ li għamlet l-ARUC iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li r-rapport operattiv annwali ġie mħejji mill-Awtorità skont kif previst fil-Kap. 628 tal-Liġijiet ta’ Malta. Intant, ninsab infurmat wkoll li l-kontijiet annwali tal-istess Awtorita’ qiegħdin fi stadju ta’ konklużjoni u ser ikunu qed jiġu ppreżentati quddiem din il-Kamra fil-ġimgħat li ġejjien.

Atleti pożittivi għad-doping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema dixxiplina sportiva nstabu pożittivi għad-doping atleti fl-2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Airmalta – Pjan tal-għeluq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjan biex l-Airmalta tkun kompletament magħluqa wara li t-titjiriet kienu waqfu fit-30 ta' Marzu 2024 u jekk iva, jista’ jindika time frame?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol għaddej u huwa stmat li jinħtieġu ftit xhur oħra biex dan jiġi konkluż.

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq l-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Cannabis Harm Reduction Associations

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport jew jagħti dettalji tat-total ta’ pjanti tal-kannabis li ġew ikkultivati mill-Cannabis Harm Reduction Associations bejn Jannar 2024 u Diċembru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kilogramma ġiet imqassma lill-membri u kemm minnha intremiet?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC – Rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), hekk kif previst f'Artikolu 18 tal-Att li jirregola l-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern, u l-qligħ li għamlet l-ARUC iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

AIMS - Għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33890 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li s’issa ġew reġistrati 58 għaqda sportiva u dawn jinsabu pubblikament; https://aims.org.mt/our-work/regulatory-legal-affairs/