Jista' l-Ministru jgħid meta ħierġa l-applikazzjoni għal ingaġġ ta' Direttur tal-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-artikolu 23(1) tal-Att kontra Money Laundering, id-Direttur tal-Korp għandu jinħatar mill-Bord wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet.
Fil-ġranet li ġejjin mistenni jinħatar iċ-Chairman tal-Bord u l-membri l-oħra skont l-artikolu 19 tal-istess Att, u wara tkun tista' tinħareġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi l-Manual of Allowances li diġà huwa pubbliku fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 567 impjegat li għandhom mobile allowance fil livell ta’ diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi. Infurmat ukoll li fid-diversi taqsimiet relatati mal-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 49 persuna li għandhom mobile allowance.
Ministeru għas-Saħħa — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirrferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninformah li hemm 9 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi minnu, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9554, ninformah li hemm erba’ (4) persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9554, ninformah li hemm 14-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ċiklisti jistgħux jużaw il-flyover tal-Kappara? Jista' jgħid ukoll jekk hux se jiġu installati sinjali ġodda għaċ-ċiklisti f'din iż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal-flyover tal-Kappara kompla jitwettaq fuq pjanti li tfasslu taħt Gvern Nazzjonalista. Kif diġa mħabbar f’April, bdejna naħdmu fuq rotot għal mobilità attiva li tinkludi wkoll dawn iż-żoni.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-cycle lane li suppost tgħaqqad l-Università mal-Kappara għadha mhix kompluta u mqabbda?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta bħalissa qed tħejji numru ta’ rotot biex dawn ikunu iktar effiċjenti u siguri għal min jużhom b’mod attiv (inkluz bir-rota) u l-inħawi tal-Kappara u l-Università qegħdin inklużi fiż-żona fejn dawn ir-rotot qed jiġu mħejjija. L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett ser tittratta rotot fl-inħawi tal-Blata l-Bajda, il-Floriana u l-Marsa li ġew identifikati fis-Sustainable Urban Mobility Plan għar-reġjun tal-Belt Valletta. L-inħawi tal-Kappara u l-Università ser ikunu qed jiġu kkunsidrati iktar fid-dettall fil-fażijiet sussegwenti għall-ewwel fażi msemmija aktar 'il fuq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8107 dwar ittra tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) datata 26 ta' Settembru 2016 indirizzata lil Bank (Pilatus), jista’ l-Ministru jgħid min kien jifforma parti mill-Compliance Monitoring Committee (CMC) f’dak iż-żmien, min ħa sehem f’dik il-laqgħa u meta saret?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 8107 fejn ġie spjegat b’mod ċar illi kull dokumentazzjoni u informazzjoni li għandu l-Korp hi kunfidenzjali skont l-artikolu 34 tal-Att kontra Money Laundering u għalhekk ma tistax tingħata iktar informazzjoni. Dan jgħodd fir-rigward ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Compliance Monitoring Committee.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sodod tal-anzjani bħalissa f’kull lokalità f’Malta u Għawdex li huma:
a. tal-privat (inkluż dawk mikrija mill-Gvern);
b. tal-Knisja; u
ċ. tal-Istat?
Kemm żdiedu sodod f’kull lokalità ta’ Malta u Għawdex mill-2013 sal-2022? Kemm kien hemm sodod f’kull lokalità ta’ Malta u Għawdex sal-aħħar tal-2012?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ġiet imwaqqfa fl-2018 u bdiet tirregola s-Settur tal-Anzjani mill-2019. Għalhekk, fuq il-Mejda tal-Kamra qed titpoġġa l-informazzjoni rispettiva mis-sena 2020 sas-sena 2022.
Lista ta’ stennija għal anzjani li mhumiex dipendenti għalkollox
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għal dawk l-anzjani li mhumiex dipendenti għalkollox u m’għandhomx bżonn kura fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 1556 anzjan li qed jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani fil-komunità. Dawn huma anzjani li m’għandhomx bżonn kura fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Projections tal-Gvern dwar id-djar tal-anzjani u s-sodod għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-projections tal-Gvern għad-djar tal-anzjani u s-sodod għall-anzjani fid-dawl li l-popolazzjoni ta’ Malta żdiedet, iżda 20% tagħha huma barranin u l-birth rate tal-Maltin naqset:
a. għas-snin li ġejjin sal-2030; u
b. għall-għaxar snin ta’ wara, sal-2040?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Anzjanità Attiva, barra ż-żieda fil-popolazzjoni u l-fatturi l-oħra li ssemmew, hemm fatturi oħra, bħal tul ta’ ħajja itwal u iktar servizzi fil-komunità li jridu jiġu kkunsidrati. Huwa stmat li l-Gvern jixtri madwar 200 sodda ġdida fis-sena meta wieħed jikkunsidra wkoll l-imwiet li jkun hemm fil-care homes kull sena u ż-żieda fis-sodod ta’ kull sena, flimkien mad-domanda. Però s-sitwazzjoni tiġi evalwata l-ħin kollu sabiex ikun hemm rispons adegwat minnufih jekk ikun hemm xi problema, bħal meta tagħlaq xi dar tal-anzjani. Għalhekk, id-dipartiment jimmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni.
Aktar importanti minn żieda fis-sodod, il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed iżid bosta servizzi sabiex aktar anzjani ikunu jistgħu ikomplu jgħixu b’mod b’saħħtu u attiv fil-komunità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il dar tal-anzjani kellha permess ta’ lukanda u issa qed tilqa’ l-anzjani għax inqalbet f’residenza?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Social Care Standards Authority (SCSA) ma jkollhiex informazzjoni jekk Dar għall-Anzjani kellhiex xi darba permess ta’ lukanda. Għas-SCSA l-importanti hu li d-djar residenzjali tal-anzjani li jiġu pproċessati huma skont l-istandards regolatorji dwar Servizzi Residenzjali għall-Anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-minimum requirements li jrid ikollha kull dar tal-anzjani? X’inhi l-bed occupancy vs il-health carer ratio?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-requirements li jrid ikollha kull dar tal-anzjan huma msemmija fl-istandards soċjali regolatorji dwar Servizzi Residenzjali għall-Anzjani kif ukoll li huma msaħħa bl-Avviż Legali L.S. 582.16.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet minn djar tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk applikazzjonijiet għal djar tal-anzjani jistgħux jingħataw żieda ta’ żewg sulari fuq dak li tiddetta l-policy? Jekk iva, meta tiġi evalwata applikazzjoni għal din it-talba ta’ permess tal-iżvilupp, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar:
a. timxix skont projections nazzjonali li juru li hemm ħtieġa fil-futur skont kif stipulat mill-Ministeru għall-Anzjani; u/jew
b. titlobx contingency plan finanzjaru ta’ tali applikazzjoni biex tara jekk il-proġett huwiex vijabbli skont il-bed occupancy u l-health carer ratio qabel ma jingħataw is-sulari żejda?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjonijiet għal bini li huwa esklussivament għal djar tal-anzjani jista’ jingħata għoli ta’ żewg sulari aktar minn dak kif stipulat fil-Pjani Lokali diment li l-kriterji kollha li titlob il-“Height Limitation Adjustment Policy for Retirement Homes” jiġu sodisfatti. Lokalitajiet li jinsabu barra ż-żona tal-iżvilupp, siti skedati u protetti, siti fi trufijiet fejn hemm diżlivelli, siti ġo wħud minn “settlements” żgħar kif ukoll ġo “Residential Priority Areas” ma jikkwalifikawx taħt din il-policy.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kunflitti ta' interess li għandha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korp ma jitlobx lill-uffiċjali tiegħu dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess b’mod ġenerali.
L-uffiċjali tal-Korp jiddikjaraw jekk għandomx kunflitt ta’ interess għal kull ka\ individwali li huma jkunu b’xi mod parteċipi fih.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7133.
FIAU – kumpaniji jew professjonisti li ngħataw multa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kumpaniji jew professjonisti li bejn l-2019 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ngħataw multa mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) li taqbeż l-10% tat-turnover tal-istess subject person?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 7153.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fil-prezz tal-ħobż lokali matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni, kif mitluba, bdiet tinġabar mill-Unjoni Ewropea mill-2017 ’il quddiem. Nirreferih għat-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.