Legislature:
Category:
Reset
Active:

BCA — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12530 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta għadha qed tinġabar.

BCA — Uffiċjali tal-Infurzar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12531 u jgħid kemm-il uffiċjal tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħa kors bażiku ta’ ‘Fire Safety’ fis-sena 2021, fl-2022 u fl-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm-il siegħa kien kull kors u min attenda u jekk dan il-kors kienx iwassal biex ħaddiema tal-Awtorità jsiru ‘Fire Marshalls’? Jekk iva, jista’ jgħid min intgħażel u kemm qed jingħata allowance fil-paga?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi żmien in kwisjtoni, 15-il uffiċjal tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħadu kors bażiku ta’ ‘Fire Safety’ ta’ erba’ sigħat. Il-kors kien iwassal biex dawn il-ħaddiema kollha jsiru ‘Fire Marshalls’. Ħadd minn dawn l-uffiċjali mhu qed jingħata allowance fil-paga.

BCA – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12532 u jgħid min kien l-individwu li kien qed jingħata direct orders mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u waqaf jieħu d-direct orders biex daħal jaħdem mal-BCA? Jista’ jgħid ukoll f’liema pożizzjoni daħal jaħdem dan l-individwu fil-BCA u kemm kienet l-paga tiegħu, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ dan l-individwu? Jista’ jikkonferma wkoll li matul l-aħħar ġimgħa tal-impjieg tal-eks CEO tal-BCA, preċiżament fl-aħħar ta’ Mejju 2022, il-Kap tat-Taqsima tar-Riżorsi Umani tat struzzjonijiet sabiex b’effett immedjat dan l-istess individwu jsirlu aġġustament fis-salarju annwali tiegħu, b’żieda ta’ €10,000?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-persuna li għaliha qed issir riferenza kienet tat servizzi professjonali qabel ma ġiet impjegata mal-istess Awtorità. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti relattivi. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f'Novembru 2021, l-Awtorità ħarġet sejħa pubblika għal kariga ta' Chief Officer u wara li ġew segwiti l-proċeduri stabbiliti ntgħażlet il-persuna inkwistjoni għal dik il-kariga. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-persuna li għaliha qed issir riferenza. Din il-persuna ma kellha ebda aġġustament fis-salarju tagħha kif suġġerit fl-istess mistoqsija parlamentari. Madanakollu, ġejt infurmat ukoll li f’April 2022, din il-persuna ngħatat allowance addizzjonali b’approvazzjoni tal-Kap Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien.

BCA – Periti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha periti impjegati magħha l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u x’inhu l-irwol ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istess periti hux qed jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’ u spezzjonijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni, fil-preżent u/jew fil-passat, u jekk iva min, fejn u kemm saru minn kull perit?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fil-preżent għandha perit wieħed impjegat magħha fir-rwol ta’ Senior Head fil-Policy Section. Dan il-Perit mhux inkarigat li jirrevedi method statements u lanqas iwettaq spezzjonijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni.

BCA — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

BCA — Uffiċjali tal-Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħa kors bażiku ta’ ‘Fire Safety’ fis-sena 2021, fl-2022 u fl-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm-il siegħa kien kull kors u min attenda u jekk dan il-kors kienx iwassal biex ħaddiema tal-Awtorità jsiru ‘Fire Marshalls’? Jekk iva, jista’ jgħid min intgħażel u kemm qed jingħata allowance fil-paga?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

BCA – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-individwu li kien qed jingħata direct orders mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u waqaf jieħu d-direct orders biex daħal jaħdem mal-BCA? Jista’ jgħid ukoll f’liema pożizzjoni daħal jaħdem dan l-individwu fil-BCA u kemm kienet l-paga tiegħu, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ dan l-individwu? Jista’ jikkonferma wkoll li matul l-aħħar ġimgħa tal-impjieg tal-eks CEO tal-BCA, preċiżament fl-aħħar ta’ Mejju 2022, il-Kap tat-Taqsima tar-Riżorsi Umani tat struzzjonijiet sabiex b’effett immedjat dan l-istess individwu jsirlu aġġustament fis-salarju annwali tiegħu, b’żieda ta’ €10,000?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — persuni li għandhom car allowance

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9596 u jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad u kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 10 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 1,008 ħaddiema Maltin u 2 ħaddiema barranin fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tiegħi hemm total ta' 10310 uffiċjal pubbliku li minnhom, 10258 huma ċittadini Maltin.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar iħaddem 803 persuni li huma ċittadini Maltin.

Ministeru għall-Ġustizzja — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li hemm 120 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, li minnhom 118 huma ċittadini Maltin.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninsab infurmat li hemm 1665 ħaddiema f’dan l-Ministeru li 1595 minnhom huma ċittadini Maltin.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnha fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 29 ħaddiem kollha ċittadini Maltin fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali pubbliċi Maltin huwa 22 ħaddiem.

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9611, ninformah li fis-Segretarjat hemm 24 persuni li huma ċittadini Maltin.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li hemm 3018 Uffiċjal Pubbliku kollha ċittadini Maltin fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi.

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li hemm 621 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu li minnhom 620 huma ċittadini Maltin.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enġerija u l-Intrapriża — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnha fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li hemm 394 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, li 389 minnhom huma ċittadini Maltin.