Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 20995 tal-Leġiżlatura XII. (Korrezzjoni: Ara Dokument li tpoġġa f'Seduta 172, nhar l-Erbgħa, 15 ta' Novembru 2023)

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 188.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20996 tal-Leġiżlatura XIII.

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20994 tal-Leġiżlatura XIII.

BCA — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646 u 12894 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Membri tal-management ta' NGOs — Persuni li għaddejjin bi proċeduri kriminali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li għaddejjin bi proċeduri kriminali li huma membri tal-management ta' NGOs reġistrati?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diffiċli jkun hemm numru definit ta’ persuni li għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom u li huma amministraturi għaliex kull persuna hija meqjusa nnoċenti sakemm misjuba ħatja u mhux dejjem jixxandar l-isem tal-akkużat jew akkużata. Huwa biss meta l-individwu jinstab ħati ta’ reati kriminali u meta jkun mgħarraf bihom li l-Kummissarju għandu l-jedd li jneħħi jew jittermina r-rwol ta’ l-individwi fl-amministrazzjoni tal-għaqda. Tajjeb li wieħed jgħid li f’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm żewġ persuni li minħabba li għandhom proċeduri kriminali kontrihom issospendew lilhom infushom mill-amministrazzjoni tal-għaqdiet li kienu nvoluti fiha.

Membri tal-management ta' NGOs — Compliance ta' persuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid min jagħmel compliance ta' persuni li jkunu membri tal-management ta' NGOs reġistrati jew li se jiġu reġistrati u kemm jiswa dan il-proċess?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ livelli ta’ skrutinju. Hemm dak li jkun qed isir fil-proċess biex l-għaqda tkun iskritta mal-Uffiċċju tal-Kummissarju fil-fażi tal-VO Intent u l-Pre-Enrollment u hemm dak li jsir b’mod kontinwu tul il-ħajja tal-għaqdiet. Il-Proċess ta’ skrutinju tal-membri fl-amministrazzjoni tal-għaqdiet volontarji, fiż-żewġ istanzi jitmexxa u jsir direttament mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji fuq bażi ta’ informazzjoni li tkun provduta lill-uffiċċju kemm minn sorsi pubbliċi (Open Source), kif ukoll minn sorsi oħra uffiċjali u awtoritajiet kompetenti. Apparti minn hekk tintuża soluzzjoni teknoloġika ta’ skrutinju kontinwu sabiex tikkumplimenta x-xogħol li jsir mill-Uffiċċju tal-Kummissarju. Il-ħlas għal aċċess għal din is-sistema huwa ta’ €7,200 (plus VAT) u ħlas ta’ €1 għal kull amministratur li tkun saret riċerka fuqu.

Shareholders ta' kumpaniji liċenzjati mill-MFSA – Proċeduri kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddejjin bi proċeduri kriminali u huma shareholders ta' kumpaniji liċenzjati mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4838.

Diretturi ta' kumpaniji liċenzjati mill-MFSA — Persuni li għaddejjin bi proċeduri kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddejjin bi proċeduri kriminali u huma diretturi ta' kumpaniji liċenzjati mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4838.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pozizzjonijiet ingaġġati fuq bazi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

BCA – Kors ta’ fire safety għall-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) li ħadu kors bażiku ta' ‘Fire Safety’ matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min attenda, f'liema sena ngħata dan il-kors bażiku, kemm-il siegħa kien kull kors u jekk dan wassalx biex dawn l-istess ħaddiema jsiru Fire Marshalls? Jekk iva, jista' jgħid min intgħażel u jekk dawn hux qed jibbenefikaw minn xi allowance fil-paga? Jista' jgħid ukoll minn meta dawn il-ħaddiema bdew jieħdu allowance fil-paga (sena u xahar), jekk dawn l-istess ħaddiema humiex effettivament intitolati għal xi forma ta' allowance minħabba l-iskala tagħhom, u jekk din l-allowance hijiex skont il-ftehim kollettiv li kien ġie ffirmat f'Diċembru 2021?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tnejn u għoxrin (22) impjegat fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħadu kors bażiku ta' ‘Fire Safety’ matul is-snin 2022 u 2023. Disa’ (9) ħaddiema għas-sena 2022 u tlettax-il ħaddiem (13) għas-sena 2023. Il-kors kien ta’ erba’ siegħat. Dan il-kors wassal biex dawn il-ħaddiema kollha jsiru ‘Fire Marshalls’. Preżentament ħadd ma qed jibbenifika minn xi allowance relatata fil-paga.

BCA – Kors ta’ fire safety għall-ħaddiema – allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-management tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) kienx ħareġ sejħa interna għall-attenzjoni tal-ħaddiema kollha biex ikunu informati bid-dettall tal-kors tal-‘Fire Safety’ u li setgħu jibbenefikaw minn allowance fil-paga? Jista' jgħid liema kriterji adottat il-BCA biex waslet tagħżel ħaddiema fuq oħrajn li ta’ dan bdew jirċievu allowance fil-paga? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inkartament li juri l-eżerċizzju li wassal biex l-Awtorità tagħżel ħaddiema fuq oħrajn, minkejja li kollha għamlu l-istess kors? Jista' jgħid ukoll x’inhu l-valur annwali ta' din l-allowance u fuq liema kriterji ġie bbażat dan il-valur? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettall li fih jinkludi d-dħul minn allowance li akkwista kull ħaddiem magħżul, xahar b'xahar, sena b'sena, irrispettivament min-nomina li ngħatat lil din l-allowance u ċjoè jekk din tissejjaħx ‘Fire Marshall Allowance’, ‘Deputising Allowance’ jew xi ħaġa oħra?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12989.

BCA – Sejħa pubblika għall-kariga ta’ Chief Officer

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12648 jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa pubblika maħruġa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) li qed issir referenza għaliha f’din it-tweġiba? Jista’ jgħid: a. fejn kienet ġiet ippubblikata għall-attenzjoni tal-pubbliku; b. kemm-il ġurnata damet ippubblikata; ċ. kemm-il persuna applikat għall-pożizzjoni ta' Chief Officer; d. kemm kien hemm applikanti eliġibbli; e. kemm saru interviews; u f. kemm minn dawn ikklassifikaw fil-klassifika finali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-proċess tal-għażla sar b’konformità mal-proċedura stabbilita. Is-sejħa ntbagħtet lill-Jobsplus kif mitlub u ġew elenkati l-kandidati prospettivi. Minn dawn it-tliet kandidati li ġew identifikati fil-lista tal-Jobsplus, wieħed biss wera interess u applika. Il-kandidat li applika ġie kkonfermat bħala eliġibbli, saret l-intervista u nħareġ ir-riżultat.

BCA — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530 u 12646 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

BCA – Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12648, jista' l-Ministru jikkonferma li ġie nfurmat mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA) li kien fix-xahar t’April 2022 li din il-persuna li tokkupa kariga ta' Chief Officer ingħatat żieda annwali ta' €10,000?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Awtorità li, l-allowance li għalijha ssir riferenza fil-mistoqsija parlamentari 12648 ġiet awtorizzata mill-Kap Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien, li serva fl-Awtorità sa’ l-aħħar ta’ Mejju, 2022.

BCA – Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12648, jista' l-Ministru jikkonferma li matul l-aħħar ġimgħa tal-impjieg tal-eks CEO tal-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA), preċiżament fl-aħħar ta' Mejju 2022, il-Kap tat-Taqsima tar-Riżorsi Umani tat istruzzjonijiet sabiex b'effett immedjat dan l-istess individwu jsirlu aġġustament fis-salarju annwali tiegħu, b'żieda ta' €10,000, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-korrispondenza?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12984.

BCA – Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12648, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba uffiċjali li saret minn din il-persuna u l-ġustifikazzjoni li ressqet biex tkun tista' tikkwalifika u tibbenefika minn żieda ta' €10,000 fis-sena, kif ukoll l-approvazzjonijiet kollha meħtieġa, jiġifieri dawk tal-eks Kap Eżekuttiv, il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, is-Segretarju Permanenti u l-Industrial Relations Unit fi ħdan l-OPM?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12984.

BCA – Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12648, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont xahar b'xahar ta' kif dan l-aġġustament pożittiv tqassam fil-paga annwali tal-persuna msemmija, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12984.

BCA – Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12648, jista’ l-Ministru jgħid jekk din iż-żieda annwali hijiex konformi ma' dak li hemm maqbul fil-Management Pay Structure adottata mill-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni (BCA), wara li din ġiet maqbula bejn is-Segretarju Permanenti ta' dak iż-żmien u l-Industrial Relations Unit fi ħdan l-OPM, kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-Management Pay Structure li qed issir referenza għaliha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12984.