Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodozzjoni Soċjali u Affordabbli — Positions of Trust - Salarji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13237, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20994 tal-Leġiżlatura XIII, liema tweġibiet ma jwieġbux dak li ġie mistoqsi, jista' l-Minsitru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

BCA — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13429 li ngħatat fis-seduta 189.

BCA — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid x’inhu x-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13429 li ngħatat fis-seduta 189.

BCA — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13429 li ngħatat fis-seduta 189.

BCA — Kors ta’ fire safety għall-ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12989, jista’ l-Ministru jikkonferma li mit-tnejn u għoxrin (22) impjegat li saru Fire Marshall matul is-snin 2022 u 2023, ħmistax (15) huma Uffiċjali tal-Infurzar u sebgħa (7) huma impjegati li jokkupaw karigi oħra fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma l-karigi li kienu jew għadhom jokkupaw is-seba’ (7) impjegati l-oħra? U la preżentament ħadd minn dawn il-Fire Marshalls m’hu qed jibbenefika minn xi allowance, jista’ jgħid jekk qatt kienx hemm xi wħud minn dawn l-istess Fire Marshalls li bbenefikaw minn xi forma ta’ allowance bejn is-sena 2022 u 2023? U jekk iva, jista’ jgħid liema kariga kienu jew għadhom jokkupaw dawn l-istess Fire Marshalls li bbenefikaw minn xi allowance fis-snin imsemmija?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 2022 u 2023, ħmistax-il (15) Uffiċjali tal-Infurzar u sebgħa (7) impjegati li jokkupaw karigi oħra fi ħdan l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), segwew it-taħriġ neċessarju sabiex jekk jkun hemm il-ħtieġa jistgħu jaġixxu bħala Fire Marshall. Infurmat li b’deċiżjoni tal-istess Awtorità, dawk il-ħaddiema magħżula biex jagħqdu l-funzjoni ta’ fire marshalls f’każ ta’ bżonn, minn fost il-ħaddiema li temmew it-taħriġ, ġew ikkumpensati temporanjament sakemm ġew ingaġġati ħaddiema fl-istess Awtorità li fost il-funzjonijiet tagħhom hemm inkluż din il-funzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu — Position of Trust – Salarji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13243, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

BCA — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12530, 12646, 12894 u 13147 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm-il direct order ingħata lil dawn il-konsulenti mill-bidu tat-twaqqif tal-Awtorità, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ dawn id-direct orders kif ukoll tax-xogħol li jridu jwettqu għall-ħlas li qed jingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’kienu x-xogħlijiet imwettqa minn dawn l-konsulenti u jekk dan kienx jinkludi wkoll li jagħmlu reviżjoni tal-‘Method Statements’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mħejjija mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), ta’ konsulenti li bdew l-ingaġġ tagħhom mal-Awtorità mit-twaqqif tagħha, filwaqt li t-tagħrif tal-Method Statements nitlob sabiex issir referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7829.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Positions of Trust - Salarji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13231 li ngħatat fit-13 ta' Novembru 2023, peress li din ma tweġibx dak mistoqsi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li okkupaw Position of Trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

BCA – Periti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12529, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-uniku perit li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għandha impjegat magħha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità qed tkompli tinvesti fl-istruttura tagħha u tinkludi fir-reklutaġġ tagħha aktar professjonisti. Ninfurmah ukoll li minn dak iż-żmien minn meta twieġbet il-mistoqsija parlamentari li qed issir referenza għaliha, l-Awtorità ingaġġat aktar ħaddiema f’din il-professjoni li huma warranted jew kandidati għal warrant.

Ministeru għal Għawdex — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Tista’ tgħid ukoll liema kienu u liema huma u tagħti break down tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.